EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0078

Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120–161 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/01/2018; Imħassar b' 32014L0065 U Validitià estiża bi 32016L1034

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/78/oj

15.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/120


DIRETTIVA 2010/78/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50, l-Artikolu 53(1) u l-Artikoli 62 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja fl-2007 u fl-2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli ta’ superviżjoni b’bażi nazzjonali waqgħu lura meta mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta istituzzjonijiet finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fl-oqsma tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni u l-fiduċja bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(2)

F’diversi riżoluzzjonijiet qabel u matul il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew appella biex ikun hemm iżjed superviżjoni Ewropea integrata, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ugwali reali għall-operaturi kollha fil-livell tal-Unjoni u tiġi riflessal-integrazzjoni li qed tiżdied tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni, tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea, tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika dwar is-servizzi finanzjarji (2005-2010) – White Paper, tat-23 ta’ Settembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-hedge funds u l-ekwità privata, u tad-9 ta’ Ottubru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza, u fil-pożizzjonijiet tiegħu tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu).

(3)

F’Novembru 2008, il-Kummissjoni tat mandat lil Grupp ta’ Livell Għoli ppresedut mis-Sur Jacques de Larosière biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jissaħħu l-arranġamenti superviżorji Ewropej bil-ħsieb li ċ-ċittadin jiġi protett aħjar u terġa’ tinbena l-fiduċja fis-sistema finanzjarja. Fir-rapport finali tiegħu ppreżentat fil-25 ta’ Frar 2009 (ir-“Rapport de Larosière”), il-Grupp ta’ Livell Għoli rrakkomanda li l-qafas superviżorju jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi estensivi fl-istruttura superviżjorja tas-settur finanzjarju fl-Unjoni. Ir-Rapport de Larosière rrakkomanda wkoll li tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) – waħda għal kull wieħed mis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol – u Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(4)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 intitolata “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġislazzjoni li joħloq is-SESF, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 intitolata “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea”, hija pprovdiet iżjed dettalji tal-arkitettura possibbli ta’ dak il-qafas superviżorju ġdid.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu wara l-laqgħat tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill Ewropew irrakkomanda li tiġi stabbilita Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet ASE ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, li ssaħħaħ is-sorveljanza ta’ gruppi transkonfinali, li tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Intern. Huwa enfasizza li l-ASE għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-SESF jista’ jkollha rwol b’saħħtu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

(6)

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal tliet regolamenti li jistabbilixxu s-SESF inkluż il-ħolqien ta’ tliet ASE.

(7)

Sabiex is-SESF taħdem b’mod effikaċi, huma meħtieġa tibdiliet fl-atti legali tal-Unjoni fil-qasam tal-operat tat-tliet ASE. Dawn it-tibdiliet jikkonċernaw id-definizzjoni tal-ambitu ta’ ċerti setgħat tal-ASE, l-integrazzjoni ta’ ċerti setgħat stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni, u emendi li jiżguraw il-funzjonament bla tfixkil u effikaċi tal-ASE fil-kuntest tas-SESF.

(8)

L-istabbiliment tat-tliet ASE għandu jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta’ ġabra unika ta’ regoli biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament aktar effikaċi tas-Suq Intern.

(9)

Ir-regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprovdu li, fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġislazzjoni rilevanti, l-ASE jistgħu jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi, li għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni għall-adozzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) permezz ta’ atti ddelegati jew ta’ implimentazzjoni. Din id-Direttiva għandha tidentifika l-ewwel sett ta’ tali oqsma u għandha tkun mingħajr preġudizzju għaż-żieda futura ta’ oqsma oħra.

(10)

Il-leġislazzjoni rilevanti għandha tiddefinixxi dawk l-oqsma fejn l-ASE għandhom is-setgħa li jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi u kif għandhom jiġu adottati. Il-leġislazzjoni rilevanti għandha tistipula l-elementi, il-kondizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif imfissra fl-Artikolu 290 TFUE fil-każ tal-atti ddelegati.

(11)

L-identifikazzjoni tal-oqsma għall-istandards tekniċi għandha ssib bilanċ adatt bejn il-ħolqien ta’ sett uniku ta’ regoli armonizzati u tevita regolamentazzjoni li tkun ikkumplikata u infurzar mingħajr bżonn. L-uniċi oqsma magħżula għandhom ikunu dawk fejn regoli tekniċi konsistenti jikkontribwixxu b’mod sinifikanti u effikaċi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-leġislazzjoni rilevanti, filwaqt li jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar il-politika jittieħdu mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni skont il-proċeduri tas-soltu tagħhom.

(12)

Kwistjonijiet soġġetti għal standards tekniċi għandhom ikunu ġenwinament tekniċi, fejn l-iżvilupp tagħhom jitlob l-għarfien espert ta’ esperti superviżorji. L-istandards tekniċi adottati bħala atti ddelegati għandhom jiżviluppaw, jispeċifikaw u jiddeterminaw aktar il-kondizzjonijiet għall-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli inklużi fl-istrumenti bażiċi adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jissuplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv. L-istandards tekniċi adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni uniformi ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti. Għalhekk l-istandards tekniċi m’għandhomx jinvolvu għażliet ta’ politika.

(13)

Fil-każ ta’ standards tekniċi regolatorji jixraq li tiddaħħal il-proċedura prevista fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (4), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (5), u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (6), rispettivament. L-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament. Il-Kunsill Ewropew approva l-approċċ “Lamfalussy” ta’ erba’ livelli biex jagħmel il-proċess regolatorju għal-leġislazzjoni finanzjarja tal-Unjoni aktar effiċjenti u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta miżuri tat-tieni livell f’ħafna oqsma, u numru kbir ta’ regolamenti u direttivi tal-Kummissjoni tat-tieni livell huma fis-seħħ. F’każijiet fejn l-istandards tekniċi regolatorji jkunu maħsubin biex jiżviluppaw, jispeċifikaw jew jiddeterminaw aktar il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ tali miżuri tat-tieni livell, huma għandhom jiġu adottati biss ladarba l-miżuri rilevanti tat-tieni livell ikunu ġew adottati u għandhom ikunu kompatibbli ma’ dik il-miżura tat-tieni livell.

(14)

L-istandards tekniċi vinkolanti jikkontribwixxu għal ktieb uniku tar-regoli għal-leġislazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji approvat mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2009. Sal-punt li ċerti rekwiżiti fl-atti leġislattivi tal-Unjoni ma jkunux armonizzati bis-sħiħ, u f’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni fir-rigward tas-superviżjoni, standards tekniċi li jiżviluppaw, jispeċifikaw jew jiddeterminaw il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni għal dawk ir-rekwiżiti m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni addizzjonali jew jimponu rekwiżiti aktar stretti. Għalhekk l-istandards tekniċi għandhom jippermettu lill-Istati Membri li jagħmlu dan f’oqsma speċifiċi, meta dawk l-atti leġislattivi jipprovdu għal tali superviżjoni.

(15)

Kif stipulat fir-regolamenti li jistabbilixxu s-SESF, qabel ma jippreżentaw l-istandards tekniċi lill-Kummissjoni, l-ASE għandhom, fejn adatt, iwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwarhom u janalizzaw l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati.

(16)

L-istandards tekniċi jistgħu jipprevedu miżuri transitorji, waqt li jipprevedu skadenzi adegwati, jekk l-ispejjeż tal-implimentazzjoni immedjata jkunu eċċessivi meta mqabblin mal-benefiċċji involuti.

(17)

Ir-regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprevedu mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma speċifikati fl-atti legali tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, fejn il-leġislazzjoni rilevanti teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-ASE, fuq it-talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, għandha tkun tista’ tassisti lil dawn l-awtoritajiet biex jilħqu ftehim fil-limitu taż-żmien stipulat mill-ASE li għandu jqis kwalunkwe limitu ta’ żmien fil-leġislazzjoni rilevanti u l-urġenza u l-komplessità tan-nuqqas ta’ qbil. Fil-każ li dan in-nuqqas ta’ qbil jippersisti, l-ASE għandhom ikunu jistgħu jsolvu l-kwistjoni huma.

(18)

Ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-ASE jeħtieġu li l-każijiet fejn il-mekkaniżmu biex jiġu riżolti n-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiġu applikati għandhom jiġu speċifikati fil-leġislazzjoni settorjali. Din id-Direttiva għandha tidentifika l-ewwel sett ta’ tali każijiet u tkun mingħajr preġudizzju għall-inklużjoni futura ta’ każijiet oħra. Din id-Direttiva m’għandhiex tipprevjeni lill-ASE milli jaġixxu f’konformità ma’ setgħat oħra jew milli jwettqu kompiti speċifikati fir-Regolamenti tagħhom li jistabbilixxu, inkluża l-medjazzjoni mhux vinkolanti u milli jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti tal-Unjoni. Madankollu, f’dawk l-oqsma fejn diġà hemm stabbilita xi forma ta’ medjazzjoni mhux vinkolanti fl-att legali rilevanti, jew fejn hemm limiti ta’ żmien għal deċiżjonijiet konġunti li għandhom jittieħdu minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar minn waħda, ser ikunu meħtieġa emendi biex tkun żgurta ċ-ċarezza u l-anqas xkiel fil-proċess biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta, iżda wkoll li fejn meħtieġ, l-ASE għandhom ikunu jistgħu jsolvu n-nuqqasijiet ta’ qbil. Il-proċedura vinkolanti għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil hija maħsuba biex issolvi sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma jkunux jistgħu jsolvu bejniethom kwistjonijiet proċedurali jew sostantivi li jirrigwardaw il-konformità mal-atti legali tal-Unjoni.

(19)

Din id-Direttiva għandha għalhekk tidentifika sitwazzjonijiet li fihom kwistjoni proċedurali jew sostantiva ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni teħtieġ li tiġi riżolta u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma jkunux jistgħu jirriżolvu l-kwistjoni waħedhom. F’sitwazzjoni bħal din, waħda mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali konċernati għandha tkun kapaċi li tqajjem il-kwistjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea konċernata. Dik l-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi skont il-proċedura stipulata fir-regolament li jkun stabbilixxiha u skont din id-Direttiva. L-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tkun tista’ tesiġi li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni u jiżguraw konformità mal-liġi tal-Unjoni, b’effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. F’każijiet fejn l-att legali rilevanti tal-Unjoni jikkonferixxi diskrezzjoni fuq l-Istati Membri, id-deċiżjonijiet meħuda minn Awtorità Superviżorja Ewropea ma għandhomx jissostitwixxu l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(20)

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (7) tipprevedi l-medjazzjoni jew id-deċiżjonijiet konġunti fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ fergħat sinifikanti għall-għanijiet ta’ sħubija fil-kulleġġi superviżorji, il-validazzjoni tal-mudelli u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ grupp. F’dawk l-oqsma kollha, l-emendi għandhom jiddikjaraw biċ-ċar li fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil matul il-perijodu ta’ żmien speċifikat, l-ASE (ABE) tista’ ssolvi n-nuqqas ta’ qbil billi tuża l-proċess spjegat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Dak l-approċċ jagħmilha ċara li, filwaqt li l-ASE (ABE) m’għandhiex tissostitwixxi l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, għandu jkun possibbli li n-nuqqasijiet ta’ qbil jiġu solvuti u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni qabel tittieħed jew tinħareġ deċiżjoni finali lil xi istituzzjoni.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm transizzjoni bla xkiel tal-kompiti attwali tal-Kumitat Ewropew tas-Sorveljanti tal-Banek, tal-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej u tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej għall-ASE l-ġodda, ir-referenzi għal dawk il-Kumitati għandhom jiġu sostitwiti fil-leġislazzjoni rilevanti b’referenzi għall-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtortià Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tal-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), rispettivament.

(22)

Sabiex jingħata effett sħiħ lill-qafas ġdid previst fit-TFUE, huwa meħtieġ li jiġu adattati u sostitwiti s-setgħat ta’ implimentazzjoni mfassla skont l-Artikolu 202 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) bid-dispożizzjonijiet adatti f’konformità mal-Artikoli 290 u 291 TFUE. Dik ir-reviżjoni għandha tiġi finalizzata fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u s-setgħat li jibqa’ konferiti skont l-Artikolu 202 tat-Trattat KE għandhom jieqfu milli japplikaw f’dik id-data.

(23)

L-allinjament tal-proċeduri ta’ kumitat mat-TFUE u, b’mod partikolari, mal-Artikoli 290 u 291 tiegħu, għandu jsir skont il-każ individwali. Biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fid-direttivi emendati b’din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE.

(24)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att iddelegat. B’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu għandu jkun jista’ jittawwal bi tliet xhur fir-rigward ta’ oqsma ta’ tħassib partikolari. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu jistgħu jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni. Approvazzjoni bikrija bħal din ta’ atti ddelegati hija partikolarment xierqa meta jkun meħtieġ li jiġu rispettati l-iskadenzi, pereżempju meta jkun hemm skedi ta’ żmien fl-att bażiku sabiex il-Kummissjoni tadotta atti ddelegati.

(25)

Fid-Dikjarazzjoni (Nru 39) dwar l-Artikolu 290 TFUE, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, il-Konferenza ħadet nota tal-ħsieb tal-Kummissjoni li tkompli tikkonsulta mal-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ atti ddelegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f’konformità mal-prattika stabbilita tagħha.

(26)

L-arkitettura superviżorja ġdida stabbilita mis-SESF ser teħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jikkooperaw mill-qrib mal-ASE. Emendi fil-leġislazzjoni rilevanti għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm ostakoli legali għall-obbligi tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li jinsabu fir-regolamenti li jistabbilixxu l-ASE.

(27)

Informazzjoni trasmessa lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ASE jew lill-BERS jew skambjata bejniethom għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, li huma suġġetti għalih il-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni.

(28)

Ir-regolamenti li jistabbilixxu l-ASE jipprovdu li dawn jistgħu jiżviluppaw kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi u jassistu fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li jappartjenu għal sistemi superviżorji f’pajjiżi terzi. Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (8) u d-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu emendati sabiex jippermettu lill-ASE jistabbilixxu ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u jiskambjaw informazzjoni meta dawn il-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jipprovdu garanziji li s-segretezza professjonali tiġi protetta.

(29)

Lista jew reġistru wieħed ikkonsolidat għal kull kategorija ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni, li attwalment huwa d-dmir ta’ kull awtorità nazzjonali kompetenti, ser itejbu t-trasparenza u hija aktar xierqa fil-kuntest tas-suq finanzjarju uniku. L-ASE għandu jingħatalhom il-kompitu li jistabbilixxu, li jippubblikaw u li jaġġornaw regolarment ir-reġistri u l-listi tal-atturi finanzjarji fl-Unjoni. Dan jikkonċerna l-lista ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, ir-reġistru tal-kumpanniji kollha tal-investiment u l-lista tas-swieq irregolati skont id-Direttiva 2004/39/KE. Bl-istess mod, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandu jingħatalha d-dmir li tistabbilixxi, li tippubblika u li regolarment taġġorna l-lista tal-prospetti u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (9).

(30)

F’dawk l-oqsma fejn l-ASE għandhom l-obbligu li jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi, dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-ħolqien tal-ASE sakemm ma tiġix stabbilita skadenza oħra mill-att leġislattiv rilevanti.

(31)

Il-kompiti tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) fir-rigward tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (10) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali li tippromwovi t-tħaddim bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagamenti, konformi mar-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE.

(32)

L-istandards tekniċi li għandhom jiġu abbozzati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) f’konformità ma’ din id-Direttiva u fir-rigward tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (11)għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali dwar tali istituzzjonijiet kif previst fid-Direttiva 2003/41/KE.

(33)

Skont l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ tittrasferixxi l-approvazzjoni ta’ prospett lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, soġġett għall-qbil ta’ dik l-awtorità kompetenti. L-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jeħtieġ li tali ftehimiet ta’ delega jiġu nnotifikati lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) mill-inqas xahar qabel jidħlu fis-seħħ. Madankollu, minħabba l-esperjenza fit-trasferiment tal-approvazzjoni skont id-Direttiva 2003/71/KE, li tipprevedi skadenzi iqsar, huwa adatt li l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 ma jiġix applikat għal dik is-sitwazzjoni.

(34)

Attwalment m’hemmx ħtieġa li l-ASE jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi dwar ir-rekwiżiti eżistenti li l-persuni li effettivament jiddirieġu n-negozju tal-kumpanniji tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli u l-kumpanniji tal-ġestjoni tagħhom ikunu ta’ fama tajba biżżejjed u jkollhom biżżejjed esperjenza biex jiżguraw il-ġestjoni tajba u prudenti tagħhom. Madankollu, minħabba l-importanza ta’ dawk ir-rekwiżiti, l-ASE għandhom jagħtu prijorità lill-identifikazzjoni tal-aħjar prattika fil-linji gwida u lill-iżgurar tal-konverġenza tal-proċessi superviżorji u prudenzjali lejn dawk l-aħjar prattiki. Huma għandhom ukoll jidentifikaw l-aħjar prattika u jiżguraw il-konverġenza fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali relattivi għall-uffiċċju ewlieni ta’ dawk il-korpi.

(35)

Il-ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq intern, għandha tiżgura armonizzazzjoni adegwata tal-kriterji u tal-metodoloġija li għandhom ikunu applikabbli mill-awtoritajiet kompetenti biex jevalwaw ir-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. B’mod aktar partikolari, l-għan tal-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi fir-rigward tal-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, l-Approċċ tal-Kejl Avvanzat, l-approċċ tal-mudell intern għar-riskji tas-suq, kif previst minn din id-Direttiva, għandu jkun li jkunu żgurati l-kwalità u r-robustezza ta’ tali approċċi, kif ukoll il-konsistenza tar-reviżjoni tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk l-istandards tekniċi għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jħallu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jiżviluppaw approċċi differenti bbażati fuq l-esperjenza u l-ispeċifiċitajiet tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/48/KE u fid-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (12) u soġġett għar-rekwiżiti tal-istandards tekniċi rilevanti.

(36)

Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib fil-funzjonament tas-Suq Intern permezz tal-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri, l-investituri u l-benefiċjarji u b’hekk in-negozji u l-konsumaturi, il-ħarsien tal-integrità, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà u tas-sostenibilità tas-sistema finanzjarja, il-preservazzjoni tal-ekonomija reali, il-ħarsien tal-finanzi pubbliċi u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba fl-iskala tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(37)

Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2014, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-ASE tal-abbozzi ta’ standards tekniċi previsti f’din id-Direttiva u tippreżenta proposti xierqa.

(38)

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (13), id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (14), id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (15), id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2003/71/KE, id-Direttiva 2004/39/KE, id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (16), id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (17), id-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE u d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (18) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 98/26/KE

Id-Direttiva 98/26/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 għandu immedjatament jgħarraf lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem ‘AETS’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)

(*)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84”."

(2)

Fl-Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawhom lill-AETS u jinformawha bl-awtoritajiet magħżula skont l-Artikolu 6(2). L-AETS għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-website tagħha.”.

(3)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 10a

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/87/KE

Id-Direttiva 2002/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 10 għandu jinforma lill-impriża prinċipali li tmexxi grupp jew, fin-nuqqas ta’ impriża prinċipali, il-korp irregolat bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fl-aktar settur finanzjarju importanti fil-grupp, li l-grupp ikun ġie identifikat bħala konglomerat finanzjarju u bil-ħatra tal-koordinatur.

Il-koordinatur għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw korpi regolati fil-grupp u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumpannija possedenti finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, kif ukoll lill-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) stabbilit bl-Artikoli 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (**), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (***) u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (****) (minn hawn ‘il quddiem il-‘Kumitat Konġunt’) rispettivament.

(**)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12."

(***)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48."

(****)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”;"

(b)

Il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika lista ta’ konglomerati finanzjarji identifikati fuq is-sit elettroniku tiegħu u għandu jżommha aġġornata. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz ta’ hyperlink f’kull wieħed mill-websites tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.”.

(2)

Fl-Artikolu 9(2) il-punt li ġej huwa miżjud:

“(d)

arranġamenti fis-seħħ għall-kontribut u l-iżvilupp, jekk ikun meħtieġ, ta’ arranġamenti u pjanijiet adegwati ta’ rkupru u riżoluzzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu aġġornati regolarment.”.

(3)

It-titolu tat-Taqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“MIŻURI BIEX TIĠI FFAĊILITATA S-SUPERVIŻJONI SUPPLIMENTARI U S-SETGĦAT TAL-KUMITAT KONĠUNT”.

(4)

L-artikolu li ġej jiddaħħal fit-Taqsima 3:

“Artikolu 9a

Rwol tal-Kumitat Konġunt

Il-Kumitat Konġunt għandu, f’konformità mal-Artikolu 56 ar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, jiżgura s-sorveljanza transsettorjali u transkonfinali koerenti u l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni.”.

(5)

L-Artikolu 10(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplimentari adegwata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, koordinatur wieħed, responsabbli għall-koordinament u l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari, għandu jiġi maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, inklużi dawk tal-Istat Membru li fih il-kumpannija possedenti finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. L-identità tal-koordinatur għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-Kumitat Konġunt.”.

(6)

Fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni supplimentari fuq bażi legali wiesgħa, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti, u, fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, għandu jkollhom stabbiliti arranġamenti ta’ koordinament. L-arranġamenti ta’ koordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-koordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 12(2) u l-Artikoli 16 u 18, u għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti.

F’konformità mal-Artikolu 8 u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida li jkollhom bħala għan il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.”.

(7)

Fl-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw mal-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli settorjali: il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*****).

(*****)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.”."

(8)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 12a

Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-Kumitat Konġunt

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Kumitat Konġunt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu f’konformità mal-Artikoli 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.”.

(9)

L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprevjenu persuni fiżiċi jew ġuridiċi inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari, sew jekk ikunu korp regolat jew le, milli jiskambjaw ma’ xulxin informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni supplimentari u milli jiskambjaw informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva u mal-ASE f’konformità mal-Artikoli 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, fejn meħtieġ permezz tal-Kumitat Konġunt.”.

(10)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(2), l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema miżuri jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kumpanniji possedenti finanzjarji mħallta. F’konformità mal-Artikoli 16 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, jistgħu jiżviluppaw linji gwida għal miżuri fir-rigward ta’ kumpanniji possedenti finanzjarji mħallta.”.

(11)

L-Artikolu 18(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, fejn japplika l-Artikolu 5(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-entitajiet regolati, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz humiex soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz, li hija ekwivalenti għal dik prevista minn din id-Direttiva dwar is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun il-koordinatur kieku kellhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(2), fuq it-talba tal-impriża prinċipali jew fuq it-talba ta’ xi waħda mill-korpi regolati awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra, u għandha tagħmel kull sforz biex tikkonforma ma’ kwalunkwe linji gwida ppreparati permezz tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikoli 16 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu (1):

“1a.   Meta awtorità kompetenti ma taqbilx mad-deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti oħra skont il-paragrafu 1, għandu japplika l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.”.

(12)

L-Artikolu 19(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 218(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Konġunt, il-Kumitat Bankarju Ewropew, il-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat ta’ Konglomerati Finanzjarji, teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.”.

(13)

Fl-Artikolu 20(1), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Dawk il-miżuri m’għandhomx jinkludu s-suġġett tas-setgħa delegata u mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-punti elenkati fl-Artikolu 21a.”.

(14)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, jista’ jipprovdi linji gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta’ superviżjoni supplementari ta’ awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi x’aktarx li jiksbu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif definiti f’din id-Direttiva, fir-rigward tal-korpi regolati f’konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’pajjiż terz. Il-Kumitat Konġunt għandu jżomm dawn il-linji gwida taħt reviżjoni u għandu jqis kwalunkwe tibdiliet fis-superviżjoni supplementari mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.”.

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Sal-1 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Artikolu 20 u tippreżenta kwalunkwe proposta leġislattiva adatta sabiex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE u l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fir-rigward ta’ din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ implimentazzjoni diġà adottati, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 21 biex jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jibqgħu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jieqfu milli japplikaw fl-1 ta’ Diċembru 2012.”.

(15)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 21a

Standards tekniċi

1.   Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ASE, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (KE) Nru 1095/2010 rispettivament jistgħu jiżviluppaw standard tekniċi regolatorji fir-rigward ta’:

(a)

l-Artikolu 2(11), sabiex tiġi speċifikata l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE fil-kuntest ta’ din id-Direttiva;

(b)

l-Artikolu 2(17), sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri jew jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ ‘awtoritajiet kompetenti rilevanti’;

(ċ)

l-Artikolu 3(5) sabiex jiġu speċifikati l-parametri alternattivi għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju,

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ASE, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (KE) Nru 1095/2010 rispettivament jistgħu jiżviluppaw standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’:

(a)

l-Artikolu 6(2) sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-metodi tal-kalkolu elenkati fl-Anness I parti II, iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4);

(b)

l-Artikolu 7(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonjiiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tal-‘konċentrazzjonijiet tar-riskju’ fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2);

(c)

l-Artikolu 8(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tal-‘transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp’ fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tielet subparagrafu ta l-Artikolu 8(2).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2003/6/KE

Id-Direttiva 2003/6/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(5), is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem ‘AETS’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******) (l-‘ASE(AETS)’), tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti adotatti mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ prattiki tas-suq aċċettati.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(******)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(2)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“11.   L-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-atti adottati mill-Kummissjoni skont is-sitt inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 10.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(3)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test eżistenti għandu jiġi nnumerat bħala l-paragrafu 1.

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“2.   L-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

(4)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“(5)   Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS l-informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2.

Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku miżura jew sanzjoni amministrattiva, hija għandha kontemporanjament tirrapporta dak il-fatt lill- AETS.

Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE, l-AETS) għandha żżid referenza mas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tad-ditti ta’ investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/39/KE.”.

(5)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 15a

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

(6)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, ir-raba’ subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), awtorità kompetenti li ma jkunx hemm azzjoni fuq it-talba tagħha għal informazzjoni fi żmien raġonevoli jew li t-talba tagħha għal informazzjoni tiġi rrifjutata tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-AETS. Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza, l- AETS tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-possibbiltà tal-AETS li taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tagħha għall-ftuħ ta’ inkjesta jew li t-talba tagħha għal awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor ma jkunx hemm azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli jew li tiġi rrifjutata tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-AETS. Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-aħħar sentenza, l-AETS tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-possibilità li l-AETS taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 4, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-forom ta’ skambju ta’ informazzjoni u għal spezzjonijiet transkonfinali kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(7)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 17a

Sal-1 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Artikoli 1, 6, 8, 14, u 16 u tippreżenta kwalunkwe proposta leġislattiva adatta sabiex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa tal-atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE u l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fir-rigward ta’ din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ implimentazzjoni diġà adottati, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 17 biex jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jibqgħu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jieqfu milli japplikaw fl-1 ta’ Diċembru 2012.”.

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 2003/41/KE

Id-Direttiva 2003/41/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-istituzzjoni tkun irreġistrata f’reġistru nazzjonali mill-awtorità kompetenti jew tkun awtorizzata; fil-każ tal-attivitajiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 20, ir-reġistru għandu jindika wkoll l-Istati Membri li fih l-istituzzjoni tkun qed topera; dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (minn hawn ‘il quddiem ‘AEAPX’)stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (*******) (l-‘ASE(AEAPX)’) li għandha tippubblikaha fuq il-websajt tagħha;

(*******)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.”;"

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fil-każ ta’ attività transkonfinali kif imsemmija fl-Artikolu 20, il-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni tal-istituzzjoni għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini. Meta jagħtu din l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-AEAPX.”

(2)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-test eżistenti għandu jiġi nnumerat bħala l-paragrafu 1;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“2.   L-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-forom u l-formati għad-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1(c)(i) sa (vi).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.”.

(3)

Fl-Artikolu 14(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kwalunkwe deċiżjoni li tipprojbixxi l-attivitajiet ta’istituzzjoni għandu jkun fiha raġunijiet dettaljati u tkun notifikata lill-istituzzjoni kkonċernata. Din għandha tkun notifikata wkoll lill-AEAPX.”.

(4)

Fl-Artikolu 15(6), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sabiex ikun hemm aktar armonizzazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw il-kalkolu tar-riżervi tekniċi li jistgħu jkunu ġġustifikati – b’mod partikolari r-rati ta’ mgħax u suppożizzjonijiet oħra li jinfluwenzaw il-livell tar-riżervi tekniċi – il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu parir mingħand l-AEAPX, għandha, kull sentejn jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, toħroġ rapport dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-iżvilupp tal-attivitajiet transkonfinali.”.

(5)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“11.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-AEAPX id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom ta’ natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet tax-xogħol, li mhumiex koperti mir-referenza għal-liġi nazzjonali soċjali u dik tax-xogħol fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari u mill-inqas kull sentejn u l-AEAPX għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha.

Biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-formati u l-mudelli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti meta jittrasmettu u jaġġornaw l-informazzjoni rilevanti għall-AEAPX. L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.”.

(6)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-AEAPX u l-Kummissjoni”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal:

“2a.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AEAPX għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-AEAPX l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-AEAPXbi kwalunkwe diffikultajiet kbar li tista’ toħloq l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni, l-AEAPXu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jeżaminaw dawk id-diffikultajiet kemm jista’ jkun malajr sabiex tinstab soluzzjoni addattata.”.

Artikolu 5

Emendi għad-Direttiva 2003/71/KE

Id-Direttiva 2003/71/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem AETS’) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********) tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-eżenzjonijiet li jikkonċernaw il-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1 u l-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(********)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(2)

Fl-Artikolu 5(2), is-subparagrafi li ġejjin huwa miżjuda:

“Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 fir-rigward tal-mudell uniformi għall-preżentazzjoni tas-sommarju u biex l-investituri jkunu jistgħu jqabblu t-titolu kkonċernat ma’ prodotti rilevanti oħra.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   L-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(4)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   L-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(5)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2 is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS bl-approvazzjoni tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu fl-istess ħin li dik l-approvazzjoni tiġi nnotifikata lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f’suq regolat, skont il-każ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom fl-istess ħin jipprovdu lill-AETS b’kopja tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ tittrasferixxi l-approvazzjoni ta’ prospett lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, soġġett għal notifika minn qabel lill-AETS u għall-qbil tal-awtorità kompetenti. Tali trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f’suq regolat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-aworità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. Il-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika minn dik id-data. L-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 m’għandux japplika għat-trasferiment tal-approvazzjoni tal-prospett skont dan il-paragrafu.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki previsti f’dan il-paragrafu.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(6)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Ladarba approvat, il-prospett għandu jiġi ddepożitat għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, għandu jkun aċċessibbli għall-AETS permezz tal-awtorità kompetenti u għandu jsir disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, mill-offerent jew mill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f’suq regolat l-iktar malajr li jkun prattikabbli u, f’kull każ, fi żmien raġonevoli qabel l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar tat-titoli involuti u mhux iktar tard minn meta jinbeda dan in-negozjar. Barra minn hekk, fil-każ ta’ offerta inizjali lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li jkunu għadhom ma ġewx ammessi għan-negozju f’suq regolat u li tkun sejra tiġi ammessa għan-negozju għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli mill-inqas sitt ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal:

“4a.   L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha l-lista tal-prospetti approvati skont l-Artikolu 13, inkluża, jekk tapplika, hyperlink għall-prospett ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, jew fuq is-sit elettroniku tal-emittent, jew fuq is-sit elettroniku tas-suq regolat. Il-lista ppubblikata għandha tinżamm aġġornata u kull punt għandu jibqa’ fuq is-sit elettroniku għal perijodu ta’ mill-inqas 12-il xahar.”.

(7)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti, biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi dwar is-swieq finanzjarji, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew inakkuratezza relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett jeħtieġu l-pubblikazzjoni ta’ suppliment għall-prospett. L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

(8)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta offerta lill-pubbliku jew dħul għal negozju f’suq regolat jingħata fi Stat Membru jew iktar, jew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru tad-domiċilju u kwalunkwe suppliment ta’ miegħu għandhom ikunu validi għall-offerta pubblika jew għad-dħul għal negozju f’kwalunkwe għadd ta’ Stati Membri ospitanti, sakemm l-AETS u l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 18. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ma għandhom jindaħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi relatati mal-prospetti.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk jirriżultaw fatturi ġodda, żbalji materjali jew ineżattezzi sinifikanti wara l-approvazzjoni tal-prospett, kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tirrikjedi l-pubblikazzjoni ta’ suppliment li għandu jiġi approvat skont l-Artikolu 13(1). L-AETS u L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar il-bżonn ta’ informazzjoni ġdida.”.

(9)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-AETS biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

L-AETS u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jippubblikaw fuq is-sit elettroniku tagħhom il-lista taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-prospetti u ta’ kwalunkwe supplimenti mehmużin magħhom, li huma nnotifikati skont dan l-Artikolu, inkluża, jekk tapplika, hyperlink għal dawk id-dokumenti ppubblikati fuq il-website tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, fuq il-website tal-emittent, jew fuq is-sit elettroniku tas-suq regolat. Il-lista ppubblikata għandha tinżamm aġġornata u kull punt għandu jibqa’ fuq il-websites għal perijodu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

4.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-kopja tal-prospett, is-suppliment għall-prospett u t-traduzzjoni tas-sommarju.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(10)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi li ġejjin huma mdaħħlin:

“1a.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1b.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament li jidħlu fih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.”;

(c)

fil-paragrafu 4, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tkun intitolata tipparteċipa fi spezzjonijiet fil-post imsemmija fil-punt (d) fejn dawn jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.”.

(11)

L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, huwa miżjud is-subparagrafu li ġej:

“L-awtoritjajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għal kollaborazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza l-AETS tista’ taġixxi skont is-setgħa mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali jew milli jittrasmettuha lill-AETS jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn ‘il quddiem ‘BERS’), soġġett għal restrizzjonijiet marbuta ma’ informazzjoni speċifika għall-kumpannija u l-effetti fuq pajjiżi terzi kif previstt fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*********) rispettivament. L-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet u l-AETS jew il-BERS għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma soggetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jircievu l-informazzjoni.

(*********)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.”;"

(c)

Il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2, u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(12)

L-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Mizuri prekawzjonarji

1.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ssib li gew kommessi irregolaritajiet mill-emittenti tat-titoli jew mill-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jew l-emittenti kiser l-obbligi tiegħu minhabba l-fatt li t-titoli jiġu ammessi għall-kummerc f’suq regolat, għandha tirreferi dawk is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domicilju u lill-AETS.

2.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, l-emittenti tat-titoli jew l-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jippersistu li jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-AETS, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS b’dan mal-ewwel opportunità li jkollha.”.

Artikolu 6

Emendi għad-Direttiva 2004/39/KE

Id-Direttiva 2004/39/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jirregistraw id-ditti kollha tal-investiment. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament accessibbli u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata d-ditta tal-investiment. Dan għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem ‘AETS’) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********).

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tal-kumpanniji kollha tal-investiment fl-Unjoni. Il-lista għandu jkun fiha informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom il-kumpannija tal-investiment tkun awtorizzata u għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

Jekk awtorità kompetenti tkun irtirat awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 8(b) sa (d), dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fil-lista għal perijodu ta’ ħames snin.

(**********)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(2)

Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 9(2) sa (4), l-Artikolu 10(1) u (2), l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7(2), inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;

(b)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 9(4), u l-informazzjoni għan-notifiki skont l-Artikolu 9(2);

(c)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 10(1) u (2).

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji teknici msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 9(2), l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti tal-informazzjoni prevista f’dawk l-artikoli.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(3)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“Kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-AETS.”.

(4)

Fl-Artikolu 10a, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“8.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 4, li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-artikoli 10, 10a u 10b, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli standard għall-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10(4).

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

(5)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-AETS bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li d-ditti tal-investiment tagħhom jiltaqgħu magħhom meta jistabblixxu lilhom infushom jew jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment f’xi pajjiż terz.”

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kull meta l-Kummissjoni jidhrilha, fuq il-bażi tat-tagħrif sottomess lilha skont il-paragrafu 1, li pajjiż terz ma jikkonċedix lid-ditti tal-investiment tal-Unjoni aċċess effettiv għas-suq imqabbel ma’ dak konċess mill-Unjoni lid-ditti tal-investiment minn dan il-pajjiż terz, il-Kummissjoni, filwaqt li ssegwi l-gwida maħruġa mill-AETS, għandha tisottometti proposti lill-Kunsill għal mandat xieraq għan-negozjati bil-ħsieb li jinkisbu opportunitajiet kompetittivi komparabbli għad-ditti tal-investiment tal-Unjoni. Il-Kunsill għandu jagixxi b’maggoranza kkwalifikata.

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u b’mod shih fl-istadji kollha tal-procedura skont l-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-AETS għandha tgħin lill-Kummissjoni għall-fini ta’ dan l-Artikolu.”.

(6)

Fl-Artikolu 16(2), is-subparagrafu li ġe huwa miżjud:

“L-AETS tista’ tiżviluppa linji gwida li jirrigwardaw il-metodi ta’ monitoraġġ imsemmija f’dan il-paragrafu.”

(7)

Fl-Artikolu 19(6), l-ewwel inciż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

is-servizzi msemmija fil-parti introduttorja għandhom x’jaqsmu mal-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz, l-istrumenti tas-swieq tal-flus, il-bonds jew għamliet oħra ta’ dejn garantit (bl-esklużjoni ta’ dawk il-kambjali jew dejn garantit li fihom tiġi inkluża derivattiva), l-UCITS u strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi. Is-suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq irregolat jekk jikkonforma mar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti taħt it-Titolu III. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jippubblikaw fuq il-websites tagħhom lista ta’ dawk is-swieq li jridu jiġu kkunsidrati bhala ekwivalenti. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament. L-AETS għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tas-swieq ta’ pajjiżi terzi.”.

(8)

Fl-Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Stati Membri li jiddeciedu li jippermettu li d-ditti tal-investiment jahtru agenti marbuta għandhom jistabbilixxu registru pubbliku. L-agenti marbuta għandhom ikunu rregistrati fir-registru pubbliku fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. L-AETS għandha tippubblika fuq il-website tagħha referenzi jew hyperlinks għar-registri pubblici stabbiliti skont dan l-Artikolu mill-Istati Membri li jiddeciedu li jippermettu lid-ditti tal-investiment jahtru agenti marbuta.”.

(9)

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar il-kummerċ minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (***********), l-Istati Membri kkoordinati mill-AETS skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti miżuri xierqa sabiex jippermettu lill-awtorità kompetenti timmonitorja l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiġi żgurat li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq.

(***********)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.”;"

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, id-data rilevanti li jkollha x’taqsam mat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, sewwa f’isimhom stess u sewwa f’isem klijent. Fil-każ tat-transazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistri għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħtieġ skont id-Direttiva 2005/60/KE.

L-AETStista’ titlob access għal dik l-informazzjoni skont il-procedura u skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(10)

L-Artikolu 27(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtorità kompetenti tas-suq l-iktar relevanti f’termini ta’ likwidità kif iddefinita fl-Artikolu 25 għal kull sehem għandha tistabbilixxi għal kull sehem għall-inqas kull sena, fuq il-bażi tal-valur medju aritmetiku tal-ordnijiet imwettqa fis-suq rigward dan is-sehem, il-klassi tal-ishma li għalih jappartjeni. Dan it-tagħrif għandu jsir pubbliku għall-partecipanti kollha tas-suq u jiġi trasmess lill-AETS, li għandha tippublikah fuq il-website tagħha.”.

(11)

L-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każijiet fejn ditta tal-investiment ikun biħsiebha tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-ditta tal-investiment għandha tikkomunika, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitant u fi żmien raġjonevoli, l-identità tal-aġenti marbuta li d-ditta tal-investiment ikun biħsiebha tuża f’dan l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitant jista’ jagħmel dan it-tagħrif pubbliku. L-AETS tista’ titlob access għal dik l-informazzjoni skont il-procedura u skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“7.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2, 4 u 6.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3, 4 u 6.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(12)

Fl-Artikolu 32, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“10.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2, 4 u 9.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tizgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tizviluppa abbozz ta’ standards teknici biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proceduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 9.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(13)

Fl-Artikolu 36, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   L-AETS għandha tigi nnotifikata bi kwalunkwe rtirar ta’ awtorizzazzjoni.”.

(14)

L-Artikolu 41(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Awtorità kompetenti li titlob li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument finanzjarju mill-kummerċ f’suq irregolat jew iktar għandha tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha u tgħarraf lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ħlief meta dan x’aktarx li jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq intern, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom jitolbu li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ dan l-istrument finanzjarju mill-kummerċ fis-swieq irregolati u l-MTFs li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom.”.

(15)

Fl-Artikolu 42(6), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Is-suq irregolat għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domicilju l-Istat Membru li fih ikun bihsiebu jipprovdi dawn l-arrangamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, fi żmien xahar, din l-informazzjoni lill-Istat Membru li fih is-suq irregolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-AETitoliS tista’ titlob access għal dik l-informazzjoni skont il-procedura u skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(16)

L-Artikolu 47 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 47

Lista ta’ swieq regolati

Kull wiehed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tas-swieq regolati li għalihom ikun l-Istat Membru tad-domiċilju u għandu jibgħat din il-lista lill-Istati Membri l-ohra u lill-AETS. Għandha tigi effettwata komunikazzjoni simili rigward kull bidla f’dik il-lista. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tas-swieq kollha regolati fuq il-website tagħha.”.

(17)

L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jahtar l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet previsti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-ohra bl-identità tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jinfurzaw kull wiehed minn dawn id-dmirijiet, u b’kull taqsim ta’ dawn id-dmirijiet.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament li jidħlu fih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġoranata lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fil-website tagħha.”.

(18)

Fl-Artikolu 51, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“4.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS l-informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2.

5.   Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku miżura jew sanzjoni amministrattiva, hija għandha, kontemporanjament, tirrapporta dak il-fatt lill-AETS.

6.   Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta ta’ investiment awtorizzata skont din id-Direttiva, l-AETS għandha żżid referenza mas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tad-ditti ta’ investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3).”.

(19)

Fl-Artikolu 53, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS bil-proċeduri ta’ ilment u riparazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li huma disponibbli taħt il-ġurisdizzjonijiet tagħha.

L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-mekkaniżmi extra-ġudizzjarji kollha fil-website tagħha.”.

(20)

It-Titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti u mal-AETS”.

(21)

L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu (1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata il-kooperazzjoni, u, partikolarment, l-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti bħala punt tal-kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-Istati Membri l-ohra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jiġu nnominati sabiex jircievu talbiet għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-koperazzjoni skont dan il-paragrafu. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta’ dawk l-awtoritajiet fuq il-website tagħha.”.

(b)

il-prargrafu (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba li tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fi Stat Membru ieħor, imwettqa minn entitajiet mhux soġġetti għas-sorveljanza tagħha, hija għandha tinnotifika dan lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-ASE(AETS) f’manjiera speċifika kemm jista’ jkun. L-awtorità kompeteni notifikata għandha tieħu l-azzjoni adatta. Hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tan-notifika u lill-AETS bir-riżultat tal-azzjoni u, safejn possibbli, bl-iżviluppi interim sinifikanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr pregudizzju għall-kompetenza tal-awtorità kompetenti li tinnotifika.”;

(c)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(22)

L-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-test eżistenti huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 1.

(b)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“2.   Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-AETS għandha tkun tista’ tipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post, imwettqa konġuntement minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti meta dawn jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(23)

L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-iskambju ta’ informazzjoni.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   La dan l-Artikolu u lanqas l-Artikoli 54 jew 63 m’għandhom jipprevjenu awtorità kompetenti milli tittrasmetti lill-AETS, ill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn ‘il quddiem il-‘BERS’), il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u lill-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapacità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, meta jkun adatt, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-saldu, informazzjoni kunfidenjzali maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħhom; bl-istess mod, dawn l-awtoritajiet jew korpi m’għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tali informazzjoni li jistgħu jeħtiegu għall-fini li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom previsti f’din id-Direttiva.”.

(24)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 58a

Medjazzjoni vinkolanti

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn talba relatata ma’ dan li ġej tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli:

(a)

biex titwettaq attività superviżorja, verifika fuq il-post, jew investigazzjoni, kif previst fl-Artikolu 57; jew

(b)

għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 58.

Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fl-Artikolu 59a u għall-possibilità li l-AETS taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(25)

L-Artikolu 59, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tat-talba u lill-AETS kif meħtieġ, billi tipprovdi tagħrif iddettaljat kemm jista’ jkun.”.

(26)

Fl-Artikolu 60, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-konsultazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti oħra qabel tingħata awtorizzazzjoni.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(27)

L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, id-ditta tal-investiment tippersisti li taġixxi f’manjiera li tkun ta’ preġudizzju biċ-ċar għall-interessi tal-investuturi tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament tajjeb tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

(a)

wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitatanti għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq li għandu jinkludi l-possibbiltà li jiġi pprevenut li d-ditti tal-investiment li jkunu qegħdin jiksru l-liġi jibdew transazzjonijiet oħra fit-territorji tagħhom. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien; u

(b)

barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

(b)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti, id-ditta tal-investiment tippersisti li tikser id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, għandu japplika dan li ġej:

(a)

wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien;

(b)

barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(c)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, dak is-suq irregolat jew l-MTF imsemmija jippersistu li jaġixxu f’manjiera li tkun ta’ preġudizzju ċar għall-interessi tal-investuturi tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament xieraq tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

(a)

wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq, li għandu jinkludi l-possibbiltà li jiġu pprevenuti dak is-suq irregolat jew l-MTF milli jagħmlu l-arranġamenti tagħhom disponibbli lill-membri remoti jew lill-parteċipanti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien;

(b)

barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru1095/2010.”.

(28)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 62a

Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-AETS

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha mehtiega biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(29)

L-Artikolu 63(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri u, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010, l-AETS jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 54. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

L-AETS jistgħu jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Istati Membri u l-AETS jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet, korpi u persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiż terz responsibbli għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

is-supervizjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, kumpanniji tal-assigurazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b)

il-likwidazzjoni u l-falliment ta’ ditti tal-investiment u proċeduri oħra simili;

(c)

it-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijiet ta’ ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi tal-assigurazzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, jew li jamministraw skemi tal-kumpens, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;

(d)

is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ ditti tal-investiment u proċeduri oħra simili;

(e)

is-sorveljanza ta’ persuni inkarigati mit-twettiq tal-verifiki statutorji tal-kontijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

Il-ftehimiet tal-kooperazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 54. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet jew korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi.”.

(30)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 64a

Klawsola ta’ estinzjoni

Sal-1 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Artikoli 2 u 4, 10b, 13, 15, 18, 19, 21, 22, 24 u 25, Artikoli 27sa 30, u l-Artikoli 40, 44, 45, 56 u 58 u tippreżenta kwalunkwe proposta leġislattiva adatta sabiex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa tal-atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE u l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fir-rigward ta’ din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ implimentazzjoni diġà adottati, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 64 biex jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jibqgħu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009 għandhom jieqfu milli japplikaw fl-1 ta’ Diċembru 2012.”.

Artikolu 7

Emendi għad-Direttiva 2004/109/KE

Id-Direttiva 2004/109/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri dwar id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.”.

(b)

It-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu stipulati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.”.

(2)

L-Artikolu 5(6) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri, skont l-Artikolu 27(2) jew l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, biex tispeċifika r-rekwiżiti u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.”;

(b)

it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miżuri msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiġu stipulati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.”;

(c)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadatta wkoll il-perijodu tal-ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.”.

(3)

L-Artikolu 9(7) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5.”.

(b)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tispeċifika t-tul massimu taċ-‘ċiklu qasir ta’ ħlas’ imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.”.

(4)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 8:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-parti introduttorja għandha tigi sostitwita b’dan li ġej:

“8.   Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u(2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri:”;

(ii)

il-punt (a) huwa mħassar;

(iii)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“9.   Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem ‘AETS’) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ (************) tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tiġi ddepożitata l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(5)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1. Hija għandha b’mod partikolari tistabbilixxi:”;

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-kontenut tan-notifika li għandha ssir;”;

(iii)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u biex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tinħażen l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(6)

L-Artikolu 14(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.”.

(7)

L-Artikolu 17(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom azzjonista jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji provduti fil-paragrafu 2(c).”.

(8)

L-Artikolu 18(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom detentur ta’ titolu ta’ debitu jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(c).”.

(9)

L-Artikolu 19(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika l-proċedura skont liema l-emittent, id-detentur ta’ ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 10, għandhom jippreżentaw informazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini taħt il-paragrafu 1 jew 3, rispettivament, sabiex ikun jista’ jsir il-ħżin b’mezzi elettroniċi fl-Istat Membru tal-oriġini.”.

(10)

L-Artikolu 21(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispecifika:

(a)

l-istandards minimi għat-tixrid ta’ informazzjoni regolata, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)

l-istandards minimi għall-mekkaniżmu ta’ ħażna ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika u taġġorna wkoll lista ta’ mezzi għat-tixrid ta’ informazzjoni lill-pubbliku.”.

(11)

Fl-Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-AETS għandha tistabbilixxi linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bil-għan li jiġi ffaċilitat aktar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont id-Direttiva 2003/6/KE, id-Direttiva 2003/71/KE u skont din id-Direttiva.”.

(12)

L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn l-uffiċċju rreġistrat ta’ emittent jinstab f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ teżenta lill-emittent minn rekwiżiti skont l-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikoli 12(6) u l-Artikoli 14 sa 18, bil-kondizzjoni li l-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti jew dan l-emittent jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi ta’ pajjiż terz li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tikkunsidra bħala ekwivalenti.

L-awtorità kompetenti għandha mbagħad tgħarraf lill-AETS bl-eżenzjoni mogħtija.”.

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni:

(i)

li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment tal-ekwivalenza tal-informazzjoni meħtiega taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, meħtieġa skont il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz;

(ii)

li jiddikjaraw li, skont il-liġi, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skont il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, il-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni previsti f’din id-Direttiva.

Fil-kuntest tal-punt (ii) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri li jikkonċernaw l-evalwazzjoni ta’ standards relevanti għall-emittenti ta’ aktar minn pajjiż wieħed.

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar l-ekwivalenza tal-istandards tal-kontabilità li jintużaw minn emittenti ta’ pajjiż terz taħt il-kondizzjonjiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3). Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz mhumiex ekwivalenti, tista’ tippermetti lill-emittenti konċernati sabiex ikomplu jużaw dawn l-istandards tal-kontabilità matul perijodu transitorju xieraq.

Fil-kuntest tat-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri immirati biex jistabbilixxu kriterji ta’ ekwivalenza ġenerali rigward standards tal-kontabbiltà relevanti għal emittenti ta’ iktar minn pajjiż wieħed.”.

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri li jiddefinixxu t-tip ta’ informazzjoni żvelata f’pajjiż terz li hija ta’ importanza għall-pubbliku fl-Unjoni.”.

(d)

fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.”.

(e)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“8.   L-AETS għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(13)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/71/KE bħala l-awtorità amministrattiva kompetenti ċentrali responsabbli għat-twettiq tar-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva huma applikati. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill- AETS b'dan.”.

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe arranġamenti li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tad-delega ta’ dmirijiet, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi għar-regolazzjoni tad-delegi.”.

(14)

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi li ġejjin huma mdaħħla:

“2a.   L-awtoritjajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għal kooperazzjoni jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet imsemmija fl-ewwel sentenza, l-AETS tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2b.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2c.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jagħtu lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtiega sabiex twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.”;

(b)

fil- paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni konfidenzjali ma’, jew milli jittrasmettu informazzjoni lil, awtoritajiet kompetenti oħrajn, lill-AETS u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza mikroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*************).

(*************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.”."

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri u l-AETS skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi ta’ pajjiżi terzi li għandhom is-setgħa permezz tal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom li jaqdu kwalunkwe dmir taħt din id-Direttiva skont l-Artikolu 24. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-AETS meta huma jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni huwa soġġett għal garanziji ta’ segretezza professjonali ekwivalenti għallinqas għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intiż għat-twettiq ta’ xogħol ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija. Fejn l-informazzjoni tkun ġejja minn Stat Membru ieħor, din m’għandhiex tiġi komunikata mingħajr il-ftehim espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-għanijiet biss li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.”.

(15)

L-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Miżuri prekawzjonarji

1.   Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti issib li l-emittent jew id-detentur ta’ ishma jew ta’ strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 10, wettqu irregolaritajiet jew kisru l-obbligi tagħhom, din għandha tirreferi s-sejbiet tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-AETS.

2.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, jew minħabba li dawn il-miżuri ma jkunux adegwati, l-emittent jew id-detentur tat-titoli jibqgħu jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regulatorji rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, tieħu, skont l-Artikolu 3(2), il-miżuri kollha adatti sabiex tipproteġi lill-investituri, filwaqt li tgħarraf b’dan lill-Kummissjoni u lill-AETS malajr kemm jista’ jkun.”.

(16)

It-titolu tal-Kapitolu VI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ATTI DDELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI”.

(17)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2a.   Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5) u l-Artikolu 23(7) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-4 ta’ Jannar 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża awtomatikament għal perijodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 27a.”.

(b)

il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

“2b.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2c.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati tiġi konferita lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b.”.

(18)

L-artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

“Artikolu 27a

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5), u l-Artikolu 23(7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data ulterjuri stipulata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

2.   Jekk, mal-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-ragunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att delegat.”.

Artikolu 8

Emendi għad-Direttiva 2005/60/KE

Id-Direttiva 2005/60/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (minn hawn ‘il quddiem ‘ABE’) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (**************), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (minn hawn ‘il quddiem ‘AEAPX’) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 (***************) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem ‘AETS’) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (****************) (flimkien, l-‘ASE’) sal-punt rilevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u lill-Kummissjoni, b’każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 jew f’sitwazzjonijiet oħra li jissodisfaw il-kriterji tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 40(1)(b).

(**************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12."

(***************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48."

(****************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(2)

L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-ASE sal-punt rilevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u lill-Kummissjoni, b’każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1(b).”.

(3)

L-Artikolu 28(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-ASE sal-punt rilevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u lill-Kummissjoni, b’każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3, 4 jew 5.”.

(4)

L-Artikolu 31 huwa emenda kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri, l-ASE sal-punt rilevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u l-Kummissjoni, għandhom jinfurmaw lil xulxin b’każijiet fejn il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz ma tippemettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u tista’ tittieħed azzjoni koordinata sabiex tintlaħaq soluzzjoni.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-ASE, waqt li jqisu l-qafas eżistenti u jikkooperaw, kif adatt, ma’ korpi tal-Unjoni rilevanti oħra f’ dak il-qasam, jistgħu jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament biex jispeċifikaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fejn il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(5)

Fl-Artikolu 34, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-ASE, waqt li jqisu l-qafas eżistenti u jikkooperaw, kif adatt, ma’ korpi tal-UE rilevanti oħra f’ dak il-qasam, jistgħu jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 56 tar-Regolment (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, biex jiġi speċifikat il-kontenut minimu tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 5 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(6)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 37a

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ASE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-ASE l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva, u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament.”.

(7)

It-titolu tal-Kapitolu VI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ATTI DDELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI”.

(8)

L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-parti ntroduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, u sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri li ġejjin:”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 41a u 41b.”;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ delega skont l-Artikolu 41(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 41a u 41b.”;

(9)

L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tal-Artikolu 8 tagħha u bil-kondizzjoni li l-miżuri adottati skont dik il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.”;

(b)

il-paragrafu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2a.   Is-setgħa li jiġu adotatti atti ta’ delega kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-4 ta’ Jannar 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ta’ delega mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża awtomatikament għal perijodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 41a.”;

(c)

il-paragrafi li ġejjin huma mdaħħla:

“2b.   Hekk kif tadotta att ta’ delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2c.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati hija konferita lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 41a u 41b.”;

(d)

il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(10)

L-artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

“Artikolu 41a

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 40 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data ulterjuri stipulata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 41b

Oġġezzjonijiet għal atti ta’ delega

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta’ delega fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

2.   Jekk, mal-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta’ delega, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att ta’ delega jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att ta’ delega fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att iddelegat.”.

Artikolu 9

Emendi għad-Direttiva 2006/48/KE

Id-Direttiva 2006/48/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu eżistenti huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiksbu l-awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l-attivitajiet tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7 sa 12, huma għandhom jistipulaw ir-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****************) (minn hawn ‘il quddiem ‘ABE’) b’dan.

(*****************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.”."

(b)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“2.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi:

(a)

dwar l-informazzjoni li trid tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet previst fl-Artikolu 7;

(b)

li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8;

(c)

li jispeċifikaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-partijiet interessati u l-membri b’azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikolu 12.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri għal tali għoti ta’ informazzjoni;

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(2)

Fl-Artikolu 9(2), il-punt b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bir-raġunijiet tagħhom għall-eżerċizzju ta’ dik l-għażla; u”.

(3)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Kull awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-ABE.

L-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ingħatatilha awtorizzazzjoni għandu jiddahhal f'lista. L-ABE għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-lista fuq il-website tagħha.”.

(4)

L-Artikolu 17(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-irtirar tal-awtorizzazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u lill- ABE u għandha tkun motivata. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu mgħarrfa b’dawn ir-raġunijiet.”.

(5)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“9.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 19a(4), li trid tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Sabiex tiżgura li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli komuni għall-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 19b.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(6)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u biex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-komprensività stabbiliti fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(7)

Fl-Artikolu 25, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għal tali notifika.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija konferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Is-setgħa hija konferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(8)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Sabiex tiżgura kondizzjonjiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għal tali notifika.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Is-setgħa hija konferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(9)

Fl-Artikolu 28, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għal tali notifika.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-punt a tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Is-setgħa hija konferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (EU) No 1093/2010.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.”

(10)

Fl-Artikolu 33, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Qabel ma jużaw il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f'emerġenza, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħtieġa biex jipproteġu l-interessi tad-depożitaturi, l-investituri u oħrajn li ngħatawlhom servizzi. Il-Kummissjoni, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra għandhom jiġu informati b’tali miżuri mill-iktar fis possibbli.”.

(11)

L-Artikolu 36 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 36

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bin-numru u t-tip ta’ każijiet li fihom kien hemm rifjut skont l-Artikolu 25 u l-Artikolu 26(1), (2) u (3) jew li fihom ittieħdu miżuri skont l-Artikoli 30(3).”.

(12)

L-Artikolu 38(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej bl-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz.”.

(13)

L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt li ġej huwa miżjud:

“(c)

li l-ABE tkun tista’ tikseb informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu rċevew mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(14)

Fl-Artikolu 42, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“L-awtoritjajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ABE sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għal kollaborazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza, l-ABE tista’ taġixxi skont is-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li tinsab f’dan l-Artikolu.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li x’aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tielet subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Is-setgħa hija konferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fir-raba' subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(15)

L-Artikolu 42a huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara r-raba’ subparagrafu:

“Jekk, sa tmiem il-perijodu inizjali ta’ xahrejn, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew id-deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitant għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f’konformità ma’ dik tal-ABE. Il-perijodu ta’ xahrejn għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni fiit-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara li jgħaddi l-perijodu inizjali ta’ xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta”;

(b)

fil-paragrafu 3, is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fir-raba’ subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Sabiex tiżgura kondizzjoniijet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġi stabbilit il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fis-sitt subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010”.

(16)

L-Artikolu 42b għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-konverġenza fir-rigward tal-istrumenti superviżorji u l-prattika superviżorja fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-ħtiġiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dik il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jsegwu l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-ABE u jiddikjaraw x’inhuma r-raġunijiet jekk ma jagħmlux hekk;

(c)

il-mandati nazzjonali konferiti lill-awtoritajiet kompetenti ma jtellfuhomx fit-twettiq tad-dmirijiethom bħala membri tal-ABE jew skont din id-Direttiva.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa mħassar.

(17)

L-Artikolu 44(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri milli jiskambjaw jew jittrasmettu informazzjoni lill-ABE skont din id-Direttiva, Direttivi oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u skont l-Artikoli 31 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet relatati mas-segretezza professjonali stipulati fil-paragrafu 1”.

(18)

L-Artikolu 46 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 46

F’konformità, mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Istati Membri u l-ABE, jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni, li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ awtoritajiet jew korpi minn pajjiżi terzi kif iddefinit fl-Artikolu 47 u l-Artikolu 48(1) ta’ din id-Direttiva biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 44(1) ta’ din id-Direttiva. Tali skambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-fini tat-twettiq tal-kompiti supervizorji ta’ dawk l-awtoritajiet jew korpi.

Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din m’għandhiex tkun żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw u, fejn adatt, biss għall-iskopijiet li dwarhom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.”.

(19)

L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din it-Taqsima m’għandhiex tipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrasmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti tagħhom:

(a)

il-banek ċentrali fis-sistema Ewropea tal-banek ċentrali u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċitar tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluża l-imġiba tal-politika monetarja u d-dispożizzjoni dwar likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti, ta’ clearing u ta’ sald, u l-issalvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b)

fejn hu adatt, lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli li jissorveljaw sistemi ta’ ħlas;

(c)

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn ‘il quddiem il-‘BERS’) fejn din l-infomazzjoni hija rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (******************).

Din it-Taqsima m’għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet jew korpi imsemmija fl-ewwel subparagrafu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tali informazzjoni li jistgħu jeħtieġu għall-finijiet tal-Artikolu 45.

(******************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.”."

(b)

ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw, mingħajr dewmien, informazzjoni lill-banek ċentrali fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali meta dik l-informazzjoni hija rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-proviżjoni tal-likwidità relatata, is-sorveljanza tal-ħlasijiet, is-sistemi tas-sald tal-ħlasijiet u t-titoli, u lill-BERS skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħha.”

(20)

L-Artikolu 63a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument għandhom jipprovdu li l-prinċipal, l-interessi jew id-dividendi mhux imħallsa jkunu tali li jassorbu t-telf u ma jtellfux ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu permezz ta’ mekkamiżmi adatti, kif żviluppati mill-ABE skont il-paragrafu 6”.

(b)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u biex tiżgura l-konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha wkoll toħroġ linji gwida fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57.

L-ABE għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida.”.

(21)

Fl-Artikolu 74(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, għall-komunikazzjoni ta’ dawk il-kalkoli mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, mill-31 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw formati, frekwenzi u dati uniformi ta’ rapportar. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, qabel l-1 ta’ Jannar 2012 l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards ta’ implimentazzjoni sabiex tintroduċi, fl-Unjoni, formati (bi speċifikazzjonijiet assoċjati), frekwenzi u dati uniformi ta’ rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa wkoll abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għal tali rappurtar.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tieni u fit-tielet subparagrafi skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(22)

Fl-Artikolu 81(2), is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE, f’konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem ‘AETS’), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******************) għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni relatata mal-valutazzjoniijiet tal-kreditu. L- ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(*******************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”"

(23)

Fl-Artikolu 84(2), is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- ABE, tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni li skontha l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw l-Approċċ IRB.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(24)

Fl-Artikolu 97(2), is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- ABE għandha b’konsultazzjoni mal-ABE tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni relatata mal-valutazzjoni tal-kreditu. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(25)

Fl-Artikolu 105(1), is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- ABE tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni skont liema l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw Approċċi ta’ Kejl Avvanzat.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(26)

Fl-Artikolu 106(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-eżenzjonijiet fil-punt (c) u (d), kif ukoll biex tispeċifika l-kondizzjonijiet użati biex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, kif iddikjarat fil-paragrafu 3. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(27)

L-Artikolu 110(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtar għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. L-awtoritajiet kompetenti, mill-31 ta’ Diċembru 2012, għandhom japplikaw formati, frekwenzi u dati uniformi ta’ rappurtar. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, qabel l-1 ta’ Jannar 2012 l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards ta’ implimentazzjoni sabiex tintroduċi, fl-Unjoni, formati (bi speċifikazzjonijiet assoċjati), frekwenzi u dati uniformi ta’ rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa wkoll abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għal tali rappurtar.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(28)

Fl-Artikolu 111(1), ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx minn EUR 150 miljun u għandhom jinformaw lill-ABE u lill-Kummisjoni b'dan.”.

(29)

L-Artikolu 122a(10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   L-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni kull sena dwar il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti ma’ dan l-Artikolu.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għall-konverġenza tal-prattiki superviżorji rigward dan l-Artikolu, inklużi l-miżuri meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ diliġenza dovuta u ta’ mmaniġġjar tar-riskju. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(30)

Fl-Artikolu 124, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dan l-Artikolu u proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju u metodoloġija komuni.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(31)

L-Artikolu 126(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE kull ftehim konkluż skont il-paragrafu 3.”.

(32)

L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa mdaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

“Fejn il-kontrollur li jikkonsolida ma jwettaqx il-kompiti li għalihom hemm riferiment fl-ewwel subparagrafu jew fejn l-awtoritajiet kompetenti ma jikkoperawx mal-kontrollur li jikkonsolida fil-grad rikjest fit-twettiq tal-kompiti fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe awtorità kompetenti kkonċernata tkun tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE, li tista’ taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament 1093/2010.”

(b)

fil-paragrafu 2, il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk fit-tmiem tal-perijodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati rreferiet il-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1093/2010, il-kontrollur li jikkonsolida għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(4) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bhala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara t-tmiem tal-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.”;

(c)

fil-paragrafu 2, is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“L-ABE tista’ tizviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni kongunta msemmi f’dan il-paragrafu, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikoli 84(1), 87(9) u 105 u fl-Anness III parti 6, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fis-sitt u s-seba’ subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(d)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tielet subparagrafu, it-terminu “Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej” għandha tiġi ssostitwita bi “ABE”;

(ii)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba’ xhur, għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u l-Artikolu 136(2) fuq bażi kkonsolidata mill-kontrollur li jikkonsolida wara li jqis debitament il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fit-tmiem tal-perijodu ta’ sitt xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill- ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-kontrollur li jikkonsolida għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal- ABE. Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bhala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara li jgħaddi l-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.”;

(iii)

il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u tal-Artikolu 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istitizzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE jew ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet u r-riżervi espressi mill-kontrollur li jikkonsolida. Jekk fit-tmiem tal-perijodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill- ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tieħu f’ konformità mal-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bhala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara li jgħaddi l-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.”.

(iv)

Is-seba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-ABE tkun ġiet ikkonsultata, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iqisu l-parir tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni minnha.”;

(v)

l-għaxar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmija f’dan il-paragrafu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u l-Artikolu 136(2) bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati deċiżjonijiet konġunti.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-għaxar subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(33)

Fl-Artikolu 130(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif definita fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew sitwazzjoni ta’ żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, il-kontrollur li jikkonsolida, soġġett għall-Kapitolu 1, Taqsima 2 għandu jwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-ABE, lill-BERS u lill-awtoritajiet imsemmijin fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha essenzjali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).

Jekk l-awtorità msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 49 issir konxja ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu, din għandha twissi mill-aktar fis prattikabbli lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 125 u 126, u lill-ABE.”.

(34)

Fl-Artikolu 131, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtorizzaw is-sussidjarja tal-kumpannija prinċipali li hija istituzzjoni ta’ kreditu jistgħu, bi ftehim bilaterali, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom ta’ superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u wettqu superviżjoni tal-kumpannija prinċipali biex b’hekk jassumu r-responsabbiltà ta’ superviżjoni tas-sussidjarja skont din id-Direttiva. L-ABE għandha tinżamm infurmata bl-eżistenza u l-kontenut ta’ tali ftehimiet. Hija għandha twassal din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat Bankarju Ewropew”.

(35)

L-Artikolu 131a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-kontrollur li jikkonsolida għandu jistabbilixxi kulleġġi ta’ superviżuri biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 129 u fl-Artikolu 130(1) u, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-kompatibilità mal-liġi tal-Unjoni, jiżguraw kordinazzjoni u kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fejn xieraq.

L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv, u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għal dan il-għan, l- ABE għandha tipparteċipa kif tikkunsidra li hu xieraq u għandha titqies bħala awtorità kompetenti għal dik il-fini.

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għall-Kontrollur li Jikkonsolida, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom u mal-ABE skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(b)

il-qbil fuq l-affidament volontarju ta’ kompiti u delega volontarja ta’ responsabbiltajiet fejn xieraq;

(c)

id-determinazzjoni ta’ programmi ta’ eżami superviżorju bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-grupp skont l-Artikolu 124;

(d)

iż-żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rekwiżiti ta’ superviżjoni, inkluż b’rabta mar-rekwiżiti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 130(2) u fl-Artikolu 132(2);

(e)

l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti prudenzjali skont din id-Direttiva fl-entijiet kollha fi grupp bankarju mingħajr preġudizzju għall-għażliet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-leġislazzjoni Komunitarja;

(f)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 129(1)(c) b’konsiderazzjoni għal-ħidma ta’ fora oħrajn li jistgħu jitwaqqfu f’dan il-qasam.

L-awtoritajiet kompetenti u l-ABE li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jikkoperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skont il-Kapitolu 1, Taqsima 2 m’għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-supervizuri m’għandhomx jaffettwaw il-jeddijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.”;

(b)

fil-paragrafu 2:

(i)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- ABE tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l- ABEtista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġi determinat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(ii)

is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kontrollur li jikkonsolida, soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skont il-Kapitolu 1, Taqsima 2, għandu jinforma lill-ABE bl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u jikkomunika lill- ABE l-informazzjoni kollha li hija ta’ rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.”.

(36)

L-Artikolu 132(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

is-subparagrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-ewwel subparagrafu:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-ABE l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill- ABE sitwazzjonijiet fejn:

(a)

awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat l-informazzjoni essenzjali, jew

(b)

talba għal kooperazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni rilevanti, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fis-seba’ subparagrafu, l-ABE tista’ taġixxi skont is-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(37)

Fl-Artikolu 140, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom jistabbilixxu listi ta’ kumpanniji holding finanzjarji msemmija fl-Artikolu 71(2). Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.”.

(38)

L-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza li ġejja żdiedet fit-tmiem tal-ewwel subparagrafu:

“L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Bankarju Ewropew fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, inkluż dwar jekk tali gwida għandhiex tiġi aġġornata.”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtorità kompetenti li twettaq il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe gwida bħal din. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE qabel tadotta deċiżjoni.”.

(b)

fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-tekniki ta’ superviżjoni għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tas-superviżjoni kkonsolidata kif iddefinita f’dan il-Kapitolu u għandhom ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti, lill-ABE u lill-Kummissjoni.”.

(39)

Fl-Artikolu 144, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l- ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina il-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u l-pubblikazzjoni annwali tal-iżvelar previsti f’dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(40)

Fl-Artikolu 150, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni:

(a)

tal-punti 15 sa 17 tal-Anness V;

(b)

tal-punt 23(l) tal-Anness V fir-rigward tal-kriterji biex jiġu ddeterminati l-proporzjonijiet xierqa bejn il-komponent fiss u dak varjabbli tar-remunerazzjoni totali u tal-punt 23(o)(ii) tal-Anness V biex jiġu speċifikati l-klassijiet ta’ strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt.

(c)

tal-Parti 2 tal-Anness VI fir-rigward tal-fatturi kwantitattivi msemmijin fil-punt 12, il-fatturi kwalittattivi msemmijin fil-punt 13 u l-punt ta’ referenza msemmi fil-punt 14;

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010”.

(41)

L-Artikolu 156 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-terminu “Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej” huwa ssostitwit bi “ABE”;

(b)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-Istati Membri, u filwaqt li tqis il-kontribut tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha timmonitorja regolarment jekk din id-Direttiva, flimkien mad-Direttiva 2006/49/KE, għandhiex effett sinjifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dak l-eżami, għandha tqis jekk kull miżura ta’ rimedju hix ġustifikata.”.

Artikolu 10

Emendi għad-Direttiva 2006/49/KE

Id-Direttiva 2006/49/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (minn hawn ‘il quddiem ‘ABE’) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ (********************) tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiġi speċifikata l-metodoloġija tal-valutazzjoni li taħtha l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet biex jużaw mudelli interni għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali skont din id-Direttiva.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(********************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.”."

(2)

Fl-Artikolu 22(1), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw għall-applikazzjoni ta’ rekwiziti kapitali fuq bazi kkonsolidata kif prevista f’dan l-Artikolu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE.”.

(3)

L-Artikolu 32(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dawk il-proċeduri.”;

(b)

is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-ABE għandha toħrog linji gwida marbutin mal-proċeduri msemmija f’dan il-paragrafu.”.

(4)

L-Artikolu 36(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jaqdu d-dmirijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Għandhom jinnotifikaw lill-ABE u lill-Kummissjoni b'dan, u jindikawlhom kwalunkwe diviżjoni ta’ dmirijiet.”.

(5)

Fl-Artikolu 38(1), is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jagħtu lill-ABE l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.”.

Artikolu 11

Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE

Id-Direttiva 2009/65/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“8.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem ‘AETS’) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********************) (l-‘ASE(AETS)’) tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-UCITS.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(*********************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.”."

(2)

Fl-Artikolu 6(1), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-AETS għandha tiġi nnotifikata b’kull awtorizzazzjoni li tingħata u għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, lista aġġornata tal-kumpanniji tal-maniġment awtorizzati u żżommha aġġornata.”.

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpannija tal-maniġment, inkluż il-programm ta’ attivitajiet;

(b)

r-rekwiziti applikabbli għall-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 2 u l-informazzjoni għan-notifika prevista fil-paragrafu 3;

(c)

r-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikoli 8(1) ta’ din id-Direttiva u fl-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2004/39/KE, skont l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jkunu ddeterminati forom, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti ta’ informazzjoni kif dispost fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(4)

L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni b’kwalunkwe diffikultà ġenerali li l-UCITS jiltaqgħu magħha fil-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tagħhom f’kwalunkwe pajjiż terz.

Il-Kummissjoni għandha tezamina tali diffikultajiet kemm jista’ jkun malajr biex issib soluzzjoni kif inhu xieraq. L-AETS għandha tassistiha fit-twettiq ta’ dak il-kompitu.”.

(5)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiġi stabbilita lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, kif previst f’dan l-Artikolu, b’referenza għall-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2004/39/KE, li trid tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10a(2) ta’ dik id-Direttiva.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji biex jiġu stabbiliti formoli, mudelli u proċeduri standard għall-modalitajiet tal-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, kif previst f’dan l-Artikolu, b’referenza għall-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2004/39/KE.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(6)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, tadotta miżuri li jispeċifikaw il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-istrutturi u rekwiżiti organizattivi sabiex jimminimizzaw il-kunflitti tal-interess msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-proċeduri, l-arranġamenti, l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi msemmijin fil-paragrafu 3.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(7)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-parti introduttorja ghija sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, tadotta miżuri sabiex jiżguraw li l-kumpannija tal-maniġment tikkonforma mad-doveri stabbiliti fil-paragrafu 1, b’mod partikolari ma':”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu speċifikati aktar il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji, il-prinċipji u l-passi msemmijin fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(8)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“10.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2, 3, 8 u 9.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 9.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(9)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2 u 4.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 4.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(10)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-ġestjoni ta’ UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għal tali għoti ta’ informazzjoni.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(11)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment jew minħabba li tali miżuri huma inadegwati jew m’humiex disponibbli fl-Istat Membru inkwistjoni, il-kumpannija tal-maniġment tkompli tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 2, jew tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, imsemmija fl-istess paragrafu, fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jistgħu jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

wara li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment, jieħdu miżuri adatti, inkluż taħt l-Artikoli 98 u 99, biex jipprevjenu jew jippenalizzaw aktar irregolaritajiet u, sa fejn ikun meħtieġ, biex jipprevjenu li dik il-kumpannija tal-maniġment tibda kwalunkwe transazzjoni oħra fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu ppreżentati d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri dwar il-kumpanniji tal-maniġment. Meta s-servizz provdut fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment ikun l-immaniġġjar ta’ UCITS, l-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jista’ jirrikjedi li l-kumpannija tal-maniġment ma tibqax timmaniġġja dik il-UCITS; jew

(b)

fejn huma jikkunsidraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment ma tkunx aġixxiet b’mod adegwat, jirreferu l-kwistjoni lill-AETS), li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat ikonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010.”;

(b)

fil-paragrafu 7, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b’dan li ġej:

“7.   Qabel ma tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 jew 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jistgħu, f’emerġenzi, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja neċessarja biex ikunu protetti l-interessi tal-investituri u oħrajn li kienu pprovduti b’servizzi. Il-Kummissjoni, l-AT S) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati għandhom jiġu informati b’tali miżuri mill-iktar fis possibbli.

Wara li tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċidi li l-Istat Membru in kwestjoni għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri, mingħajr preġudizzju għall-poter tal-ATES skont it-termini tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(c)

fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni bin-numru u t-tip ta’ każijiet li fihom huma rrifjutaw l-awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 17 jew applikazzjoni taħt l-Artikolu 20 u bi kwalunkwe miżuri li ttieħdu skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.”.

(12)

L-Artikolu 23(6) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ delega skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu fir-rigward ta’ UCITS ġestita minn kumpannija tal-maniġment stabbilita fi Stat Membru ieħor, inklużi d-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehim standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 5.”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(13)

Fl-Artikolu 29, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“5.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpannija investitriċi, inkluż il-programm ta’ operazzjonijiet; u

(b)

l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(14)

L-Artikolu 32(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni bl-identitajiet tal-kumpanniji ta’ investiment li jibbenefikaw mid-derogi previsti fil-paragrafi 4 u 5.”.

(15)

L-Artikolu 33(6) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4)u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu fir-rigward ta’ UCITS ġestita minn kumpannija tal-maniġment stabbilita fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehim standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 5.”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(16)

L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 5:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4)u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat, il-format u l-metodu li permezz tiegħu għandu jiġi mogħti t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3.”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kontenut, il-format u l-metodu li bihom ser tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(17)

Fl-Artikolu 50, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kategoriji ta’ assi li fihom tista’ tinvesti l-UCITS f’konformità ma’ dan l-Artikolu u ma’ atti ddelegati aadottati mill-Kummissjoni li huma relatati ma’ tali dispożizzjonijiet.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(18)

L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rċevuta skont il-paragrafu tlieta u aggregata fir-rigward tal-kumpanniji kollha tal-maniġment jew tal-investiment li huma qed jissorveljaw tkun aċċessibbli għall-AETS skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (il-‘BERS’) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (**********************) skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ riskji sistematiċi fil-livell tal-Unjoni.

(**********************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1”;"

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4) u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

kriterji li jevalwaw l-adegwatezza tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju użat mill-kumpannija tal-maniġment f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b)

regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni preċiża u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi tal-OTC; u

(c)

regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-proċedura li trid tiġi segwita biex tkun komunikata l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpannija tal-maniġment tal-Istat Membru ta’ domiċilju msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(c)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji u r-regoli msemmijin fil-paragrafu 4.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(19)

Fl-Artikolu 52(4), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-AETS u lill-Kummissjoni lista tal-kategoriji tal-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu flimkien mal-kategoriji ta’ emittenti awtorizzati, skont il-liġijiet u l-arranġamenti ta’ superviżjoni msemmija f’dak is- subparagrafu, sabiex jinħarġu bonds li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti f’ dan l-Artikolu. Notifika li tispeċifika l-istatus tal-garanziji offerti għandha tkun mehmuża ma’ dawk il-listi. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom immedjatament jgħaddu dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn flimkien ma’ kull kumment li jqisu xieraq u għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tagħhom. Tali komunikazzjonijiet jistgħu jkunu is-suġġett ta’ skambju ta’ opinjonijiet fil-Kumitat Ewropew tat-Titoli, msemmija fl-Artikolu 112(1).”.

(20)

L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 6:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, tadotta miżuri li jispeċifikaw:”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“7.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-ftehim, il-miżuri u l-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 6.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(21)

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jkomplu jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom jiġu inkluzi fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1; u

(b)

it-tipi ta’ irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jitqiesu li għandhom impatt negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.”.

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-miżuri u t-tipi ta’ irregolaritajiet msemmijin fil- paragrafu 3.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(22)

L-Artikolu 62(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw il-kontenut tal-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”.

(23)

L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, tadotta miżuri li jispeċifikaw:

(a)

il-format u l-mod kif għandu jiġi pprovdut it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b)

fil-kaz li l-UCITS alimentatriċi tittrasferixxi l-assi kollha tagħha, jew parti minnhom, lill-UCITS principali bi skambju ma’ unitajiet, il-proċedura għall-valutazzjoni u l-verifika ta’ tali kontribut in natura u r-rwol tad-depozitarju tal-UCITS alimentatriċi f’dak il-process.”.

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni fl-informazzjoni mogħtija f’dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekiniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u l-mod li bih l-informazzjoni tiġi provduta u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 4.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(24)

Fl-Artikolu 69, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kontenut tal-prospeċtus, ir-rapport annwali u r-rapport ta’ nofs is-sena kif stabbilit fl-Anness I, u l-format ta’ dawn id-dokumenti.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(25)

Fl-Artikolu 75, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta l-prospett jiġi pprovdut f’mezz durabbli barra mill-karta jew permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.”.

(26)

L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (2a) u (2b), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, tadotta miżuri li jispeċifikaw:

(a)

il-kontenut iddettaljat u eżawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4;

(b)

il-kontenut iddettaljat u ezawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, fil-kazijiet speċifiċi li ġejjin:

(i)

għal UCITS b’kompartimenti differenti ta’ investiment, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’kompartiment speċifiku ta’ investiment, inkluż kif jistgħu jgħaddu minn kompartiment wieħed ta’ investiment għal ieħor, u l-ispejjeż marbutin ma’ dan,

(ii)

għal UCITS li joffru klassijiet differenti ta’ ishma, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu fi klassi speċifika ta’ ishma,

(iii)

għall-istrutturi ta’ fondi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS, li tinvesti hi stess f’UCITS oħrajn jew impriżi kollettivi oħra ta’ investiment imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 50(1),

(iv)

għal strutturi principali-alimentatriċi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS alimentatriċi, u

(v)

għal UCITS strutturati, ta’ kapital protett u oħrajn simili, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri f’rabta mal-karatteristici speċjali ta’ UCITS bħal dawn; u

(c)

id-dettalji speċifiċi tal-format u l-preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri fil-paragrafu 5.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“8.   Sabiex tiżgura l-unformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekiniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(27)

L-Artikolu 81(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delelgati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta t-tagħrif ewlieni għall-investituri jiġi pprovdut f’mezz durabbli barra mill-karta jew permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.”.

(28)

Fl-Artikolu 83, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu marbutin mas-self.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(29)

Fl-Artikolu 84, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li jeħtieġ jintlaħqu mill-UCITS wara l-adozzjoni tas-sospensjoni temporanja tax-xiri mill-ġdid jew il-fidi tal-unitajiet tal-UCITS kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, ladarba tkun deċiża s-sospensjoni.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(30)

L-Artikolu 95 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 951.

1.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, tadotta miżuri li jispeċifikaw:

(a)

l-ambitu tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 91(3); u

(b)

l-iffaċilitar tal-aċċess, tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS, għall-informazzjoni u/jew għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(1), (2) u (3), skont l-Artikolu 93(7).

2.   Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 93, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-ittra ta’ notifika, għall-finijiet tan-notifika mingħand UCITS, skont l-Artikolu 93(1), inkluża indikazzjoni għal liema dokumenti jirreferu t-traduzzjonijiet;

(b)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-attestazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 93(3);

(c)

il-proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika fost l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tan-notifikar skont l-Artikolu 93.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(31)

L-Artikolu 97(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet previsti f’din id-Direttiva. Għandhom jinnotifikaw bihom lill-AETS u lill-Kummissjoni u jindikawlhom kwalunkwe diviżjoni tad-dmirijiet.”.

(32)

L-Artikolu 101 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal:

“2a.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(b)

il-paragrafi 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn talba:

(a)

għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 109 tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli;

(b)

għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 110 tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli; jew

(c)

għall-awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni fir-rigward tagħha fi żmien raġonevoli.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonażment tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet ta’ rifjut ta’ att fuq rikjesta għal informazzjoni jew għal investigazzjoni prevista fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-abbilità tal-AETS li taġixxi skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament f’dawn il-każijiet.

9.   Sabiex tiżgura kondizzjonjiiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkooperaw f’verifiki u investigazzjonijiet fil-post kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010”.

(33)

L-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri milli jiskambjaw informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva jew leġislazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-UCITS jew għal impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew milli jittrasmettuha lill-AETS f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jew lill-BERS. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 1.”

(b)

fil-paragrafu 5, il-punt li ġej huwa miżjud:

“(d)

l-AETS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***********************), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (************************) u l-BERS.

(***********************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12."

(************************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48”."

(34)

L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AETS, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skont il-paragrafu 1.”;

(b)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AETS, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet jew korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni skont il-paragrafu 4.”.

(35)

L-Artikolu 105 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 105

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-iskambju ta’ informazzjoni, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-mudelli u l-formati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(36)

L-Artikolu 108(5) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

jekk ikun meħtieġ, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1095/2010.”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwiti b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu infurmati mingħajr ebda dewmien dwar kwalunkwe miżura meħuda skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.”.

(37)

It-titolu tal-Kapitolu XIII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ATTI DDELEGATI U SETGĦAT TA’ EŻEKUZZJONI”

(38)

L-Artikolu 111 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 111

Il-Kummissjoni tista’ tadotta emendi teknici għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex jiġu żgurati armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni kollha; jew

(b)

l-allinjament ta’ terminoloġija u l-inkwadratura ta’ definizzjonijiet skont l-atti sussegwenti dwar UCITS u materji relatati.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b.”.

(39)

L-Artikolu 112 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 112

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 għandha tkun konferita lill-Kummissjoni għal żmien erba’ snin mill-4 ta’ Jannar 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħat għandha tkun estiża awtomatikament għal perijodu ta’ tul simili, sakemm ma jiġux revokati mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 112a.

3.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament b’ dan.

4.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 112a u 112b.”.

(40)

L-artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

“Artikolu 112a

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 tista’ tiġi revokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega tas-setgħa jew le għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data ulterjuri stipulata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta’ delega li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 112b

Oġġezzjonijiet għal atti ta’ delega

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta’ delega fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.

2.   Jekk, mal-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta’ delega, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att ta’ delega jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att ta’ delega fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att iddelegat.”.

Artikolu 12

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2014, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jispeċifika jekk l-ASE tkunx ippreżentat l-abbozz ta’ standards teknici regolatorji u l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni kif previst f’din id-Direttiva, kemm jekk il-preżentazzjoni hija tassattiva jew fakultattiva, b’kull proposta li tista’ tkun xierqa.

Artikolu 13

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(1) u (2), l-Artikolu 2(1)(a), l-Artikolu 2(2), (5), (7) u (9), l-Artikolu 2(11)(b), l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 3(6)(a) u (b), l-Artikolu 4(1)(a), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(5)(a), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b), l-Artikolu 5(6), (8), u (9) (fir-rigward tal-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2003/71/KE), l-Artikolu 5(10), l-Artikolu 5(11)(a) u (b), l-Artikolu 5(12), l-Artikolu 6(1) (fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/39/KE), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 6(5)(a), l-Artikolu 6(10), (13), (14) u (16), l-Artikolu 6(17)(a) u (b), l-Artikolu 6(18) u (19) (fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3) tad-Direttiva 2004/39), l-Artikolu 6(21)(a) u (b), l-Artikolu 6(23)(b), l-Artikolu 6(24), (25) u (27), l-Artikolu 7(12)(a), l-Artikolu 7(13), (14), (15) u (16), l-Artikolu 9(1)(a), l-Artikolu 9(2), (3), (4), (10), (110, (12), (15), (16), (17), (18), (20), (29) u (32), l-Artikolu 9(33)(a) u (b), l-Artikolu 9(33)(d)(ii) sa (iv), l-Artikolu 9(34) u (35), l-Artikolu 9(36)(b)(ii), l-Artikolu 9(37)(b), l-Artikolu 9(38) u (39), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10(3)(a), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(2), (4), (11), (14), (19) u (31), l-Artikolu 11 (32)(b) fir-rigward tal-Artikolu 101(8) tad-Direttiva 2009/65/KE, u l-Artikolu 11(33), (34) u (36) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-disposizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu riferiment għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferiment fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ufficjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  Opinjoni tat-18 ta’ Marzu 2010 (ĠU C 87, 1.4.2010, p. 1).

(2)  Opinjoni tat-18 ta’ Marzu 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010.

(4)  Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Ara paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  Ara paġna 84 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(8)  . ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(9)  . ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(10)  . ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(11)  . ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(12)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(13)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(14)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(15)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(16)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(17)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(18)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.


Top