This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010L0040
Directive 2010/40/EU of the European Parliament and of the Council of 7 July 2010 on the framework for the deployment of Intelligent Transport Systems in the field of road transport and for interfaces with other modes of transport Text with EEA relevance
Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 207, 6.8.2010, pp. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
20/12/2023
|
6.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/1 |
DIRETTIVA 2010/40/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Lulju 2010
dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Iż-żieda fil-volum tat-trasport bit-triq fl-Unjoni marbut mat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea u mal-ħtiġijiet tal-mobbiltà taċ-ċittadini hija l-kawża prinċipali ta’ żieda dejjem akbar tal-konġestjoni tal-infrastruttura tat-toroq u tal-konsum tal-enerġija, kif ukoll is-sors ta’ problemi ambjentali u soċjali. |
|
(2) |
It-tweġiba għal dawk l-isfidi kbar ma tistax tkun limitata għal miżuri tradizzjonali, inter alia l-espansjoni tal-infrastruttura eżistenti tat-trasport bit-triq. L-innovazzjoni ser ikollha rwol ewlieni biex jinstabu soluzzjonijiet xierqa għall-Unjoni. |
|
(3) |
Is-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (sistemi STI) huma applikazzjonijiet avvanzati li, mingħajr ma jinkorporaw l-intelliġenza nnifisha, għandhom l-għan li jagħtu servizzi innovattivi relatati ma’ modi ta’ trasport differenti u mal-ġestjoni tat-traffiku, jippermettu lill-bosta utenti li jkunu infurmati aħjar u li jagħmlu użu aktar sikur, aktar koordinat u “aktar intelliġenti” min-netwerks tat-trasport. |
|
(4) |
Is-sistemi STI jintegraw teknoloġiji tat-telekomunikazzjoni, l-elettronika u l-informazzjoni mal-inġinerija tat-trasport sabiex isir ippjanar, tfassil, tħaddim, manutenzjoni u ġestjoni tas-sistemi tat-trasport. L-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għas-settur tat-trasport bit-triq u l-interkonnessjonijiet tiegħu ma’ modi oħra ta’ trasport ser tagħti kontribut sinifikanti għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza, inkluża l-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport bit-triq, inkluż it-trasport ta’ oġġetti perikolużi, is-sigurtà pubblika, u l-mobbiltà tal-passiġġieri u l-merkanzija, filwaqt li simultanjament tiżgura l-funzjonament tas-suq intern kif ukoll livelli ogħla ta’ kompetittività u impjiegi. Madankollu, l-applikazzjonijiet tas-sistemi STI għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal materji li jikkonċernaw is-sigurtà nazzjonali jew li huma meħtieġa fl-interessi tad-difiża. |
|
(5) |
L-iżviluppi fil-qasam tal-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għal modi oħra ta’ trasport għandhom issa jkunu riflessi fl-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli ogħla ta’ integrazzjoni f’dak il-qasam bejn it-trasport bit-triq u modi oħra ta’ trasport. |
|
(6) |
F’xi Stati Membri l-applikazzjonijiet nazzjonali ta’ dawn it-teknoloġiji diġà qed jiġu varati fis-settur tat-trasport bit-triq. Madankollu, dan il-varar għadu frammentat u mhux ikkoordinat u ma jistax jipprovdi kontinwità ġeografika tas-servizzi tas-sistemi STI fl-Unjoni kollha u fil-fruntieri esterni tagħha. |
|
(7) |
Biex ikun żgurat varar ikkoordinat u effettiv tas-sistemi STI fl-Unjoni b’mod ġenerali, għandhom jiddaħħlu speċifikazzjonijiet, inkluż, fejn ikun il-każ, standards, li jiddefinixxu aktar id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati. Qabel ma tadotta xi speċifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tagħhom ma’ ċerti prinċipji definiti li jinsabu fl-Anness II. Għandha tingħata prijorità primarjament lill-erba’ oqsma ewlenin tal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi STI. F’dawk l-erba’ oqsma, għandhom jiġu stabbiliti azzjonijiet prijoritarji għall-iżvilupp u l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards. Matul l-implimentazzjoni ulterjuri tas-sistemi STI, l-infrastruttura eżistenti tas-sistemi STI stabbilita minn Stati Membri partikolari għandha titqies f’termini tal-progress teknoloġiku u tal-isforzi finanzjarji magħmulha. |
|
(8) |
Meta att leġislattiv jiġi adottat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva, it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(9) |
L-ispeċifikazzjonijiet għandhom fost l-oħrajn iqisu u jibnu fuq l-esperjenza u r-riżultati li diġà nkisbu fil-qasam tas-sistemi STI, b’mod partikolari fil-kuntest tal-inizjattiva “Sikurezza Elettronika”, imnedija mill-Kummissjoni f’April 2002. Il-Forum dwar is-“Sikurezza Elettronika” ġie stabbilit mill-Kummissjoni taħt dik l-inizjattiva sabiex jippromwovi u jkompli jimplimenta r-rakkommandazzjonijiet biex issostni l-iżvilupp, il-varar u l-użu tas-sistemi tas-“Sikurezza Elettronika”. |
|
(10) |
Vetturi li jitħaddmu l-aktar għall-interess storiku tagħhom u li oriġinarjament ġew reġistrati u/jew mogħtija approvazzjoni tat-tip u/jew tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, m’għandhomx jiġu affettwati mir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(11) |
Is-sistemi STI għandhom jibnu fuq sistemi interoperabbli li huma bbażati fuq standards pubbliċi u li huma disponibbli fuq bażi non-diskriminatorja għall-fornituri u utenti kollha tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi. |
|
(12) |
Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI ser jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali. Tali pproċessar għandu jitwettaq f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif stabbiliti partikolarment fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3) u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (4). Fost l-oħrajn, il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data għandhom ikunu applikati għal applikazzjonijiet tas-sistemi STI. |
|
(13) |
Għandha tkun imħeġġa l-anonimizzazzjoni bħala wieħed mill-prinċipji tat-tisħiħ tal-privatezza tal-individwi. Sa fejn jikkonċerna kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data u l-privatezza fil-qasam tal-varar tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta aktar, kif ikun meħtieġ, mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u titlob l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi dwar Ipproċessar ta’ Data Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE. |
|
(14) |
Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI, u b’mod partikolari l-informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar, ser jinvolvi l-ipproċessar u l-użu ta’ data dwar it-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar li tagħmel parti minn dokumenti miżmuma minn entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. Dan l-ipproċessar u l-użu għandu jitwettaq f’konformità mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (5). |
|
(15) |
Fejn ikun il-każ, l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dettaljati li jistabbilixxu l-proċedura li tirregola l-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti jew jekk humiex tajbin biex jintużaw. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6), b’mod partikolari fir-rigward tal-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri għall-validazzjoni tal-konformità. Minħabba li d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tistabbilixxi diġà qafas għall-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur u għall-partijiet jew tagħmir relatat tagħhom, u d-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistabbilixxu regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti u tratturi agrikoli jew tal-foresti u tal-partijiet jew tagħmir relatat tagħhom. Għalhekk, ikun hemm duplikazzjoni tal-ħidma kieku kellha tkun prevista valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir u l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi. Simultanjament, għalkemm dawk id-Direttivi japplikaw għat-tagħmir relatat mas-sistemi STI installat fil-vetturi, huma ma japplikawx għat-tagħmir u s-software tas-sistemi STI tal-infrastruttura esterna tat-toroq. F’dawn il-każijiet, l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jipprevedu proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu limitati għal dak li jkun meħtieġ f’kull każ separat. |
|
(16) |
Għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI li jeħtieġu servizzi ta’ kronometraġġ u pożizzjonament preċiżi u ggarantiti, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddependu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta’ preċiżjoni, bħal dawk stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati (10) u r-Regolament (KE) Nru 683/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (11). |
|
(17) |
Għar-realizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-sistemi STI, b’mod partikolari għal-lokalizzazzjoni u t-traċċar tal-merkanzija matul il-vjaġġ tagħha u bejn modi differenti ta’ trasport, għandhom jintużaw teknoloġiji innovattivi bħall-Apparati tal-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) jew l-EGNOS/Galileo. |
|
(18) |
Il-partijiet konċernati ewlenin bħal fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI, l-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jużaw is-sistemi STI, l-operaturi tat-trasport u tal-faċilitajiet, rappreżentanti tal-industrija tal-manifattura, l-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet professjonali u l-awtoritajiet lokali għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar l-aspetti kummerċjali u tekniċi tal-varar tas-sistemi STI fl-Unjoni. Għal dan l-għan il-Kummissjoni, waqt li tiżgura l-kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet konċernati u l-Istati Membri, għandha twaqqaf grupp konsultattiv dwar is-sistemi STI. Il-ħidma tal-grupp konsultattiv għandha titwettaq b’mod trasparenti u r-riżultat għandu jkun disponibbli għall-kumitat stabbilit b’din id-Direttiva. |
|
(19) |
Għandu jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni ta’ kriterji u miżuri non-obbligatorji sabiex tkun faċilitata l-koperazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-oqsma ta’ prijorità għas-sistemi STI kif ukoll fir-rigward ta’ linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri u ta’ programm ta’ ħidma. |
|
(20) |
Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea (TFUE), ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni ta’ setgħat implimentattivi għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’Regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sa meta jiġi adottat dak ir-Regolament ġdid, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (12) għandhom jibqgħu jiġu applikati. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. |
|
(22) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza bejn l-attivitajiet tal-kumitat stabbilit b’din id-Direttiva u dawk tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fl-Unjoni (13), il-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) (Nru) 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (14), u l-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2007/46/KE u l-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Unjoni Ewropea (INSPIRE) (15). |
|
(23) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura varar kkoordinat u koerenti ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti li jkunu interoperabbli fl-Unjoni kollha, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u/jew mis-settur privat u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(24) |
F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ta’ appoġġ għall-varar u l-użu kkoordinati u koerenti tas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (sistemi STI) fl-Unjoni, b’mod partikolari bejn il-fruntieri bejn l-Istati Membri, u tistipula l-kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa għal dak l-iskop.
2. Din id-Direttiva tipprevedi l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet għall-azzjonijiet fl-oqsma ta’ prijorità msemmijin fl-Artikolu 2, kif ukoll l-iżvilupp, fejn ikun il-każ, tal-istandards meħtieġa.
3. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI fil-qasam tat-trasport bit-triq u l-interkonnessjonijiet tagħhom ma’ modi oħra ta’ trasport mingħajr preġudizzju għal kwistjonijiet rigward is-sigurtà nazzjonali jew meħtieġa fl-interess tad-difiża.
Artikolu 2
Oqsma ta’ prijorità
1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva dawn li ġejjin għandhom ikunu l-oqsma ta’ prijorità għall-iżvilupp u l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards:
|
— I. |
użu ottimali tad-data dwar it-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar; |
|
— II. |
kontinwità tas-servizzi tas-sistemi STI ta’ ġestjoni tat-traffiku u l-merkanzija; |
|
— III. |
applikazzjonijiet tas-sistemi STI għas-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq; |
|
— IV. |
kollegament tal-vettura mal-infrastruttura tat-trasport. |
2. L-ambitu tal-oqsma ta’ prijorità hu speċifikat fl-Anness I.
Artikolu 3
Azzjonijiet ta’ prijorità
Dawn li ġejjin għandhom ikunu azzjonijiet ta’ prijorità għall-oqsma ta’ prijorità imsemmijin fl-Artikolu 2 għall-iżvilupp u l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards, kif stabbilit fl-Anness I:
|
(a) |
il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha; |
|
(b) |
il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha; |
|
(c) |
data u proċeduri għall-forniment, fejn ikun possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq mingħajr ħlas għall-utenti; |
|
(d) |
il-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha; |
|
(e) |
il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet ta’ parkeġġ bla periklu u sikuri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali; |
|
(f) |
il-forniment ta’ servizzi ta’ rriżervar għal postijiet ta’ parkeġġ bla periklu u sikuri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali. |
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti” jew “sistemi STI” tfisser sistemi li fihom ikunu applikati teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fis-settur tat-trasport bit-triq, inklużi l-infrastruttura, il-vetturi u l-utenti, u fil-ġestjoni tat-traffiku u l-ġestjoni tal-mobbiltà, kif ukoll għal interkonnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport; |
|
(2) |
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi industrijali li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, li jiskambjaw id-data u jikkondividu l-informazzjoni u l-konoxxenza; |
|
(3) |
“applikazzjoni tas-sistemi STI” tfisser strument operattiv għall-applikazzjoni tas-sistemi STI; |
|
(4) |
“servizzi tas-sistemi STI” tfisser il-forniment ta’ applikazzjoni tas-sistemi STI permezz ta’ qafas organizzattiv u operattiv definit sew bl-għan li jikkontribwixxi għas-sikurezza tal-utenti, l-effiċjenza, il-kumdità u/jew il-faċilitazzjoni jew is-sostenn tal-operat tat-trasport u l-ivvjaġġar; |
|
(5) |
“fornitur tas-servizzi tas-sistemi STI” tfisser kwalunkwe fornitur ta’ servizz tas-sistemi STI, kemm jekk pubbliku jew privat; |
|
(6) |
“utent tas-sistemi STI” tfisser kwalunkwe utent tal-applikazzjonijiet jew is-servizzi tas-sistemi STI fosthom il-vjaġġaturi, l-utenti vulnerabbli tat-toroq, l-utenti u l-operaturi tal-infrastruttura tat-trasport bit-triq, il-ġesturi tal-flotot u l-operaturi tas-servizzi tal-emerġenza; |
|
(7) |
“utenti vulnerabbli tat-toroq” tfisser utenti tat-toroq mingħajr vettura bil-mutur, bħal pereżempju n-nies mexjin fit-triq u ċ-ċiklisti, kif ukoll is-sewwieqa tal-muturi u l-persuni b’diżabbiltà jew persuni b’mobbiltà u orjentament limitati; |
|
(8) |
“apparat nomadiku” tfisser apparat tal-komunikazzjoni jew tal-informazzjoni li jista’ jinġarr ġo vettura b’appoġġ għall-kompitu tas-sewqan u/jew l-operazzjonijiet tat-trasport; |
|
(9) |
“pjattaforma” tfisser unità ta’ abbord jew mhux ta’ abbord li tippermetti l-varar, il-forniment, l-isfruttar u l-integrazzjoni ta’ applikazzjonijiet u servizzi tas-sistemi STI; |
|
(10) |
“arkitettura” tfisser id-disinn kunċettwali li jiddefinixxi l-istruttura, l-imġiba u l-integrazzjoni ta’ sistema speċifika fil-kuntest ta’ madwarha; |
|
(11) |
“interkonnessjoni” tfisser faċilità bejn sistemi li tipprovdi l-mezzi li bihom jistgħu jikkollegaw u jaġixxu ma’ xulxin; |
|
(12) |
“kompatibbiltà” tfisser il-kapaċità ġenerali ta’ apparat jew sistema li taħdem ma’ apparat jew sistema oħra mingħajr modifika; |
|
(13) |
“kontinwità tas-servizzi” tfisser il-kapaċità li jkunu żgurati servizzi mingħajr interruzzjoni fin-netwerks tat-trasport fl-Unjoni kollha; |
|
(14) |
“data it-toroq” tfisser data dwar il-karatteristiċi tal-infrastruttura tat-toroq, inklużi s-sinjali tat-traffiku mwaħħlin jew l-attributi regolatorji tagħhom tas-sikurezza; |
|
(15) |
“data dwar it-traffiku” tfisser data storika u f’ħin reali dwar il-karatteristiċi tat-traffiku fit-toroq; |
|
(16) |
“data dwar l-ivvjaġġar” tfisser data bażika, bħal skedi tal-ħin tat-trasport pubbiku u tariffi, meħtieġa biex tingħata informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali qabel u waqt il-vjaġġ biex tiffaċilita l-ippjanar, l-irriżervar u l-adattament tal-ivvjaġġar; |
|
(17) |
“speċifikazzjoni” tfisser miżura li torbot li tistipula dispożizzjonijiet li fihom rekwiżiti, proċeduri jew kwalunkwe regola oħra rilevanti; |
|
(18) |
“standard” tfisser standard kif definit fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi (16). |
Artikolu 5
Varar tas-sistemi STI
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 jiġu applikati fir-rigward tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI, meta dawn ikunu varati, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-varar min-naħa tiegħu ta’ dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi fit-territorju tiegħu. Dan id-dritt huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att leġislattiv adottat taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2).
2. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu sforz sabiex jikkooperaw fir-rigward tal-oqsma ta’ prijorità, safejn ma jkunux ġew adottati speċifikazzjonijiet.
Artikolu 6
Speċifikazzjonijiet
1. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel tadotta l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tas-sistemi STI għall-azzjonijiet ta’ prijorità.
2. Il-Kummissjoni għandha timmira li tadotta speċifikazzjonijiet għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ prijorità sas-27 ta’ Frar 2013.
Sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal xi azzjoni ta’ prijorità, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun il-każ, wara li twettaq stima tal-impatt inkluża analiżi tal-benefiċċju mqabbel mal-ispiża, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 294 tat-TFUE dwar il-varar ta’ dik l-azzjoni ta’ prijorità.
3. Ladarba jkunu ġew stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-azzjonijiet ta’ prijorità, il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet li jiżguraw il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tas-sistemi STI għal azzjonijiet oħra fl-oqsma ta’ prijorità.
4. Fejn ikun rilevanti, u skont il-qasam kopert mill-ispeċifikazzjoni, l-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi wieħed jew aktar mit-tipi ta’ dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
dispożizzjonijiet funzjonali: jiddeskrivu r-rwoli tad-diversi partijiet interessati u l-fluss ta’ informazzjoni bejniethom; |
|
(b) |
dispożizzjonijiet tekniċi li jipprovdu għall-mezzi tekniċi biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet funzjonali; |
|
(c) |
dispożizzjonijiet organizzattivi li jiddeskrivu l-obbligi proċedurali tad-diversi partijiet interessati; |
|
(d) |
dispożizzjonijiet dwar servizzi li jiddeskrivu d-diversi livelli ta’ servizzi u l-kontenut tagħhom għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI. |
5. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri skont id-Direttiva 98/34/KE l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn ikun il-każ, jistipulaw il-kondizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jistabbilixxu regoli addizzjonali għall-forniment ta’ servizzi tas-sistemi STI fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, sakemm dawk ir-regoli ma jostakolawx l-interoperabbiltà.
6. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn ikun il-każ, ikunu bbażati fuq kwalunkwe standard imsemmi fl-Artikolu 8.
L-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn ikun il-każ, jipprevedu valutazzjoni tal-konformità skont id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.
L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II.
7. Il-Kummissjoni għandha twettaq stima tal-impatt inkluża analiżi tal-benefiċċju mqabbel mal-ispiża qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet.
Artikolu 7
Atti delegati
1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward ta’ speċifikazzjonijiet. Fl-adozzjoni ta’ dawn l-atti delegati l-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l- mal-Artikolu 6 u mal-Anness II.
2. Għandu jiġi adottat att delegat separat għal kull azzjoni ta’ prijorità.
3. Għall-atti delegati msemmijin f’dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 12, 13 u 14.
Artikolu 8
Standards
1. L-istandards meħtieġa biex ikunu pprovduti interoperabbiltà, kompatibbiltà u kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tas-sistemi STI għandhom jiġu żviluppati fl-oqsma ta’ prijorità u għall-azzjonijiet ta’ prijorità. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 15, għandha titlob lill-korpi rilevanti tal-istandardizzazzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE biex iwettqu kull sforz meħtieġ biex jadottaw dawn l-istandards mill-aktar fis.
2. Meta jinħareġ mandat lill-korpi tal-istandardizzazzjoni, għandhom ikunu rrispettati l-prinċipji stabbiliti fl-Anness II kif ukoll kull dispożizzjoni funzjonali mdaħħla fi speċifikazzjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 6.
Artikolu 9
Miżuri mhux vinkolanti
Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida u miżuri mhux vinkolanti oħra biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni tal-Istati Membri rigward l-oqsma ta’ prijorità f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 10
Regoli dwar il-privatezza, is-sigurtà u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistemi STI jitwettaq f’konformità mar-regoli Komunitarji li jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE.
2. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali tkun protetta kontra l-użu skorrett, fosthom aċċess mhux awtorizzat, tibdil jew telf.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, sabiex tkun żgurata l-privatezza, għandu jkun inkoraġġit l-użu ta’ data anonima, fejn ikun il-każ, għat-twettiq tal-applikazzjonijiet u servizzi tas-sistemi STI.
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46 id-data personali għandha tkun ipproċessata biss safejn tali pproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI.
4. Fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE u b’mod partikolari fejn ikunu involuti kategoriji speċjali ta’ data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet dwar il-kunsens għall-ipproċessar ta’ din id-data personali jkunu rrispettati.
5. Id-Direttiva 2003/98/KE għandha tapplika.
Artikolu 11
Regoli dwar ir-responsabbiltà
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà, dwar il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet adottati f’konformità mal-Artikolu 6, ikunu indirizzati f’konformità mal-liġi eżistenti tal-Unjoni, inkluża b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (17), kif ukoll il-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti.
Artikolu 12
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin wara is-27 ta’ Awwissu 2010. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ perijodu ta’ ħames snin wara is-27 ta’ Awwissu 2010.
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14.
Artikolu 13
Revoka tad-delega
1. Id-delega ta’ setgħat imsemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħat għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmemha d-delega ta’ setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Din għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Oġġezzjonijiet għall-atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat fi żmien perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jittawwal b’xahrejn.
2. Jekk, meta jiskadi dan il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.
Artikolu 15
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tas-sistemi STI (EIC).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 16
Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-sistemi STI
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-sistemi STI biex jagħtiha pariri dwar l-aspetti kummerċjali u tekniċi tal-varar u l-użu tas-sistemi STI fl-Unjoni. Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli tal-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, l-operaturi tat-trasport u tal-faċilitajiet, l-industrija tal-manifattura, is-sieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-awtoritajiet lokali u fora oħra rilevanti.
Artikolu 17
Rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Awwissu 2011 rapport dwar l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali tagħhom dwar l-oqsma ta’ prijorità.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Awwissu 2012 b’informazzjoni dwar l-azzjonijiet nazzjonali għas-sistemi STI previsti tul il-ħames snin segwenti.
Il-linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).
3. Konsegwentement għall-ewwel rapport, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fil-varar tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull tliet snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun flimkien ma’ analiżi dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni, inklużi r-riżorsi finanzjarji użati u meħtieġa, tal-Artikoli 5 sa 11 u tal-Artikolu 16, u għandu jivvaluta l-ħtieġa li din id-Direttiva tiġi emendata, fejn ikun il-każ.
5. F’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma, sas-27 ta’ Frar 2011. Il-programm ta’ ħidma għandu jinkludi objettivi u dati għall-implimentazzjoni tiegħu kull sena u jekk ikun meħtieġ għandu jipproponi l-adattamenti meħtieġa.
Artikolu 18
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-27 ta’ Frar 2012.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza, u t-test tagħha, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 20
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 85.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(4) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(5) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.
(6) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
(7) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(11) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(13) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.
(14) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
(15) ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.
(16) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37 (MT: Edizzjoni Speċjali, Kap 13, Vol 020, p. 337).
(17) ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29, (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 1, p. 257).
ANNESS I
OQSMA U AZZJONIJIET TA’ PRIJORITÀ
(kif imsemmijin fl-Artikoli 2 u 3)
— Qasam ta’ prijorità I: Użu ottimali tad-data dwar it-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar
L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards għal użu ottimali tad-data dwar it-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar għandhom jinkludu dan li ġej:
1. Speċifikazzjonijiet għall-azzjoni ta’ prijorità (a)
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex is-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha jsiru preċiżi u disponibbli transkonfinalment għall-utenti tas-sistemi STI, abbażi ta’:
|
— |
id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data eżistenti u preċiża dwar it-toroq u t-traffiku f’ħin reali użata għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali għall-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet tas-sikurezza u l-ġestjoni tat-trasport; |
|
— |
il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet interessati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tas-sistemi STI, transkonfinalment; |
|
— |
l-aġġornament f’waqtu tad-data disponibbli dwar it-toroq u t-traffiku għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mill-partijiet interessati; |
|
— |
l-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni dwar l-ivjaġġar multimodali mill-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI. |
2. Speċifikazzjonijiet għall-azzjoni ta’ prijorità (b)
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex is-servizzi ta’ informazzjoni f’ħin reali dwar it-traffiku fl-UE kollha jsiru preċiżi u disponibbli transkonfinalment għall-utenti tas-sistemi STI, abbażi ta’:
|
— |
id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data eżistenti u preċiża dwar it-toroq u t-traffiku f’ħin reali użata għall-informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali għall-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet tas-sikurezza u l-ġestjoni tat-trasport; |
|
— |
il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet interessati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tas-sistemi STI, transkonfinalment; |
|
— |
l-aġġornament f’waqtu tad-data disponibbli dwar it-toroq u t-traffiku użata għall-informazzjoni f’ħin reali dwar it-traffiku mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mill-partijiet interessati; |
|
— |
l-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni f’ħin reali dwar it-traffiku mill-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI. |
3. Speċifikazzjonijiet għall-azzjonijiet ta’ prijorità (a) u (b)
|
3.1. |
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa għall-ġbir mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u/jew, fejn hu rilevanti, mis-settur privat tad-data dwar it-toroq u t-traffiku (jiġifieri l-pjani taċ-ċirkulazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rotot rakkomandati, speċjalment għall-vetturi kbar tal-merkanzija) u għall-għoti ta’ dawn lill-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI, ibbażata fuq:
|
|
3.2. |
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex id-data dwar it-toroq, it-traffiku u s-servizzi tat-trasport użata għall-mapep diġitali ssir preċiża u disponibbli, fejn ikun possibbli, għall-produtturi u l-fornituri tas-servizzi tal-mapep diġitali, abbażi ta’:
|
4. Speċifikazzjonijiet għall-azzjoni ta’ prijorità (c)
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi, ta’ ‘informazzjoni universali dwar it-traffiku’ relatati mas-sikurezza fit-toroq, mogħtija, fejn ikun possibbli, mingħajr ħlas għall-utenti kollha tat-toroq, kif ukoll il-kontenut minimu tagħhom, abbażi ta’:
|
— |
l-identifikazzjoni u l-użu ta’ lista standardizzata ta’ avvenimenti tat-traffiku relatati mas-sikurezza (‘messaġġi universali dwar it-traffiku’) li għandhom jiġu kkomunikati lill-utenti tas-sistemi STI mingħajr ħlas; |
|
— |
il-kompatibbiltà u l-integrazzjoni tal-‘messaġġi universali dwar it-traffiku’ fis-servizzi tas-sistemi STI għall-informazzjoni f’ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar multimodali. |
— Qasam ta’ prijorità II: Kontinwità tas-sistemi STI ta’ ġestjoni tat-traffiku u tal-merkanzija
L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards għall-kontinwità u l-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku u l-merkanzija, b’mod partikolari dwar in-netwerk TEN-T, għandhom jinkludu dan li ġej:
1. Speċifikazzjonijiet għal azzjonijiet oħra
|
1.1. |
Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tal-Arkitettura Qafas tal-UE tas-sistemi STI, li jindirizzaw speċifikament l-interoperabbiltà, il-kontinwità tas-servizzi u l-aspetti multimodali relatati mas-sistemi STI, inkluż pereżempju t-tikkettjar interoperabbli multimodali, fejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom f’kooperazzjoni mas-settur privat jistgħu jiżviluppaw l-arkitettura tas-sistemi STI tagħhom għall-mobbiltà fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. |
|
1.2. |
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi meħtieġa għall-kontinwità tas-servizzi tas-sistemi STI, b’mod partikolari għas-servizzi transkonfinali, għall-ġestjoni tat-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ modi differenti ta’ trasport, abbażi ta’:
|
|
1.3. |
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi meħtieġa għall-kontinwità tas-servizzi tas-sistemi STI għall-ġestjoni tal-merkanzija tul il-kurituri tat-trasport u b’modi differenti ta’ trasport, abbażi ta’:
|
|
1.4. |
Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa fit-twettiq tal-applikazzjonijiet tas-sistemi STI (b’mod partikolari l-lokalizzazzjoni u t-traċċar tal-merkanzija tul il-vjaġġ tagħha u fil-modi kollha ta’ trasport) għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija (‘eFreight’), ibbażata fuq:
|
|
1.5. |
Id-definizzjoni tal-interkonnessjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà bejn l-arkitettura urbana tas-sistemi STI u l-arkitettura Ewropea tas-sistemi STI, abbażi ta’:
|
— Qasam ta’ prijorità III: Applikazzjonijiet tas-sistemi STI għas-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq
L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tal-applikazzjonijiet tas-sistemi STI għas-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq għandhom jinkludu dan li ġej:
|
1. |
Speċifikazzjonijiet għall-azzjoni ta’ prijorità (d) Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha, li jinkludu:
|
|
2. |
Speċifikazzjonijiet għall-azzjoni ta’ prijorità (e) Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jipprovdu servizzi ta’ informazzjoni bbażati fuq is-sistemi STI għal postijiet ta’ parkeġġ bla periklu u sikuri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali, b’mod partikolari f’żoni ta’ servizz u serħan fit-toroq, abbażi ta’:
|
|
3. |
Speċifikazzjonijiet għall-azzjoni ta’ prijorità (f) Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jipprovdu servizzi ta’ rriżervar ibbażati fuq is-sistemi STI għal postijiet ta’ parkeġġ bla periklu u sikuri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali abbażi ta’:
|
|
4. |
Speċifikazzjonijiet għal azzjonijiet oħra
|
— Qasam ta’ prijorità IV: Kollegament tal-vettura mal-infrastruttura tat-trasport
L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards għall-kollegament ta’ vetturi mal-infrastruttura tat-trasport għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
|
1. |
Speċifikazzjonijiet għal azzjonijiet oħra:
|
ANNESS II
PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET U L-VARAR TAS-SISTEMI STI
(kif imsemmijin fl-Artikoli 5, 6 u 8)
L-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, il-ħruġ tal-mandati għall-istandards u l-għażla u l-varar tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI għandhom ikunu bbażati fuq evalwazzjoni tal-ħtiġijiet li tinvolvi l-partijiet kollha interessati, u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin. Dawn il-miżuri għandhom:
a) Ikunu effettivi— jagħtu kontribut tanġibbli għas-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju t-tnaqqis tal-konġestjoni, it-tnaqqis tal-emissjonjiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta’ livelli ogħla ta’ sikurezza u sigurtà inkluż għall-utenti vulnerabbli tat-toroq);
b) Ikunu effettivi vis-à-vis l-ispiża— jottimizzaw il-proporzjon ta’ prestazzjoni relattivament għall-ispejjeż fir-rigward tal-objettivi milħuqa;
c) Ikunu proporzjonati— jipprevedu, fejn ikun il-każ, livelli differenti ta’ kwalità u varar tas-servizz li jistgħu jinkisbu, b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej;
d) Jappoġġaw il-kontinwità tas-servizzi— jiżguraw servizzi mingħajr interruzzjoni fl-Unjoni kollha, b’mod partikolari fuq in-netwerk trans-Ewropew, u fejn ikun possibbli fil-fruntieri esterni tagħha, meta jiġu varati is-servizzi tas-sistemi STI. Il-kontinwità tas-servizzi għandha tkun żgurata, f’livell adattat għall-karatteristiċi tan-netwerks tat-trasport li jikkollegaw pajjiżi ma’ pajjiżi, u fejn ikun il-każ, reġjuni ma’ reġjuni u bliet ma’ żoni rurali;
e) Jipprovdu interoperabbiltà— jiżguraw li s-sistemi u l-proċessi tan-negozju sottostanti jkollhom il-kapaċità li jagħmlu skambju ta’ data u jikkondividu informazzjoni u konoxxenza sabiex ikun jista’ jiġi pprovdut servizz effettiv tas-sistemi STI;
f) Jirrispettaw il-kompatibbiltà b’lura— jiżguraw, fejn ikun il-każ, il-kapaċità għas-sistemi tas-sistemi STI li jaħdmu mas-sistemi eżistenti li jikkondividu għan komuni, mingħajr ma jostakolaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda;
g) Jirrispettaw il-karatteristiċi nazzjonali tal-infrastruttura u tan-netwerk— iqisu d-differenzi li hemm fil-karatteristiċi tan-netwerks tat-trasport, b’mod partikolari fid-daqsijiet tal-volumi tat-traffiku u fil-kondizzjonijiet tat-temp fit-toroq;
h) Jippromwovu l-ugwaljanza tal-aċċess— la jimpedixxu u lanqas jiddiskriminaw kontra l-aċċess għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI mill-utenti vulnerabbli tat-toroq;
i) Jappoġġaw il-maturità— juru, wara valutazzjoni tar-riskju adatta, ir-robustezza tas-sistemi STI innovattivi, permezz ta’ livell suffiċjenti ta’ żvilupp tekniku u esplojtazzjoni operattiva;
j) Jipprovdu kwalità fil-kronometraġġ u l-pożizzjonament— jużaw infrastrutturi li jiddipendu mis-satelliti, jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livelli ekwivalenti ta’ preċiżjoni għall-finijiet tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI li jeħtieġu servizzi ta’ kronometraġġ u pożizzjonament globali, kontinwi, preċiżi u ggarantiti;
k) Jiffaċilitaw l-intermodalità— iqisu l-koordinament tad-diversi modi ta’ trasport, fejn ikun il-każ, waqt il-varar tas-sistemi STI;
l) Jirrispettaw il-koerenza— iqisu r-regoli, il-politika u l-attivitajiet eżistenti tal-Unjoni li jkunu rilevanti fil-qasam tas-sistemi STI, b’mod partikolari fil-qasam tal-istandardizzazzjoni.