This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010L0019
Commission Directive 2010/19/EU of 9 March 2010 amending, for the purposes of adaptation to technical progress in the field of spray-suppression systems of certain categories of motor vehicles and their trailers, Council Directive 91/226/EEC, and Directive 2007/46/EC of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/19/UE tad- 9 ta’ Marzu 2010 li temenda, għall-għanijiet ta' adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/19/UE tad- 9 ta’ Marzu 2010 li temenda, għall-għanijiet ta' adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 72, 20.3.2010, pp. 17–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32018R0858
|
20.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/17 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/19/UE
tad-9 ta’ Marzu 2010
li temenda, għall-għanijiet ta' adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tas-27 ta’ Marzu 1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 39 (2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/226/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mas-sistemi ta' trażżin tal-isprej ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2) hija waħda mid-direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita skont id-Direttiva 2007/46/KE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/46/KE dwar sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 91/226/KEE. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-applikazzjoni obbligatorja tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-kategoriji kollha ta' vetturi koperti bid-Direttiva 2007/46/KE, jeħtieġ li jiġu pprovduti rekwiżiti armonizzati fir-rigward tat-trażżin tal-isprej għall-kategoriji kollha ta' vetturi koperti bid-Direttiva 91/226/KEE. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dawn ir-rekwiżiti mhumiex obbligatorji għall-vetturi off-road. Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ li d-Direttiva 91/226/KEE u, bħala konsegwenza, l-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE għall-progress tekniku jiġu addattati. |
|
(3) |
Id-Direttivi 91/226/KEE u 2007/46/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 91/226/KEE se tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
il-Lista tal-Annessi u l-Annessi I, II, u III huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Direttiva; |
|
(2) |
L-Anness mingħajr numru bl-isem ta' “Figuri” jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 2
L-annotazzjoni 43 tal-Anness IV u l-Anness XI, l-Appendiċijiet 2 u 4 tad-Direttiva 2007/46/KE se jinbidlu b'li ġej:
|
“43 |
Sistemi ta' trażżin tar-raxx |
Direttiva 91/226/KEE |
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X” |
Artikolu 3
1. B'effett mid-9 ta’ April 2011 l-Istati Membri, għal raġunijiet ta' trażżin tar-raxx, ma għandhomx jiċħdu li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew nazzjonali lil vettura jew komponent konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/226/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.
2. B'effett mid-9 ta’ April 2011 l-Istati Membri, għal raġunijiet ta' trażżin tar-raxx, għandhom jiċħdu li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew nazzjonali lil vettura jew komponent mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/226/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.
3. Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE, it-tipi ta' vettura li ngħataw approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew tal-KE li tkopri t-trażżin tar-raxx, ma għandhomx għalfejn ikunu konformi mar-rekwiżiti tat-trażżin tar-raxx stabbiliti fid-Direttiva 91/226/KEE.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-8 ta’ April 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
1.
Il-Lista tal-Annessi tad-Direttiva 91/226/KEE tiġi emendat kif ġej:|
(a) |
it-titlu marbut mal-Appendiċi 3 tal-Anness II jinbidel b'dan li ġej: “Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti”; |
|
(b) |
It-titolu marbut mal-Anness III jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(c) |
il-linja “ĊIFRI: (1 sa 9)” tinbidel b'dan li ġej:
|
2.
L-Anness I tad-Direttiva 91/226/KEE huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Il-punti 9, 10 u 11 jinbidlu b'dan li ġej: “9. Fus li jista' jiġi miġbud lura ‘Fus li jista’ jiġi miġbud lura' tfisser fus kif iddefinit fl-Anness I punt 2.15 tad-Direttiva 97/27/KE. 10. Vettura mhux mgħobbija ‘Vettura mhux mgħobbija’ tfisser vettura li taħdem kif iddefinit fil-punt 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill (*1). 11. Il-profil ta' wiċċ it-tajer “Il-profil ta' wiċċ it-tajer” hija l-parti tat-tajer kif iddefinit fil-punt 2.8 tal-Anness II tad-Direttiva 92/23/KEE. |
|
(b) |
Jiżdiedu l-punti 13, 14 u 15: “13. Vettura tal-irmonk tas-semitrailers ‘Vettura tal-irmonk tas-semitrailers’ tfisser vettura tal-irmonk kif iddefinit fil-punt 2.1.1.2.2. tal-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE. 14. Massa ta' tagħbija massima teknikament permissibbli. ‘Il-massa ta' tagħbija massima teknikament permissibbli’ tfisser il-massa massima tal-vettura kif iddefinit fil-punt 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE. 15. Tip ta' vettura ‘Tip ta' vettura’ tfisser, fir-rigward tat-trażżin tar-raxx, vetturi kompluti, mhux kompluti jew ikkompletati, li mhumiex differenti fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:
|
3.
L-Anness II tad-Direttiva 91/226/KEE huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Il-punti 2 sa 3.4.3. jinbidlu b'dan li ġej: “2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti 2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2007/46/KE ta' tip ta' strument għat-trażżin tar-raxx għandha tintbagħat mill-manifattur. 2.2. Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Appendiċi 3. 2.3. Dawn li ġejjin għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip: Erba' kampjuni: tlieta minnhom għat-testijiet u r-raba' biex jinżamm mil-laboratorju għal xi verifika sussegwenti. Il-laboratorju tat-testijiet jista' jeħtieġ aktar kampjuni. 2.4. Immarkar Kull kampjun irid jiġi mmarkat b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tad-ditta u indikazzjoni tat-tip u jinkludi spazju li jkun kbir biżżejjed għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-komponenti. 3. Għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE għall-komponenti 3.1. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip KE skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2007/46/KE għandha tingħata. 3.2. Mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE jinsab fl-Appendiċi 4. 3.3. Numru ta' approvazzjoni f'konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jingħata lil kull tip ta' strument ta' trażżin tar-raxx approvat. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru għal xi tip ieħor ta’ strument ta' trażżin tar-raxx. 3.4. Kull strument ta' trażżin tar-raxx f'konformità ma' tip approvat skont din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għall-komponenti li tkun imwaħħla b'mod li ma titħassarx u li tinqara malajr anke meta l-istrument jitqiegħed fil-vettura. 3.5. Is-simbolu ‘A’ għal strumenti tat-tip li jtaffu l-enerġija jew ‘S’ għal strumenti tat-tip tas-separatur arja/ilma għandhom jiżdiedu mal-marka ta' approvazzjoni skont il-punt 1.3. tal-Appendiċi tal-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.” |
|
(b) |
L-appendiċijiet 1 sa 4 jinbidlu b’dan li ġej: “Appendiċi 1 Testijiet fuq strumenti għat-trażżin tar-raxx tat-tip li jtaffu l-enerġija 1. Il-prinċipju L-għan ta' dan it-test huwa li tiġi kkwantifikata l-ħila ta' strument li jilqa' fih l-ilma mmirat lejh permezz ta' sensiela ta' ġettijiet. L-apparat tat-test huwa maħsub biex joħloq mill-ġdid il-kundizzjonijiet li fihom l-istrument se jitħaddem meta jitqiegħed fuq vettura fir-rigward tal-volum u l-veloċità tal-ilma li jitla' mill-art mill-profil ta' wiċċ it-tajer. 2. Tagħmir Ara Figura 8 fl-Anness V għal deskrizzjoni tal-apparat tat-test. 3. Kundizzjonijiet tat-test
4. Proċedura
5. Riżultati
“Appendiċi 2 Testijiet fuq strumenti għat-trażżin tar-raxx tat-tip tas-separatur arja/ilma 1. Il-prinċipju Dan it-test huwa maħsub biex tiġi ddeterminata l-effikaċja ta' materjal poruż maħsub biex iżomm fih l-ilma li jitraxxex fuqu permezz ta' pulverizzatur ilma/arja li jaħdem bil-pressa. It-tagħmir li jintuża għat-test irid joħloq mill-ġdid il-kundizzjonijiet li fihom isib ruħu l-materjal, fir-rigward ta' volum u veloċità tar-raxx tal-ilma ġġenerat mit-tajers, kieku kellu jitqiegħed fuq vettura. 2. Tagħmir Ara Figura 9 fl-Anness V għal deskrizzjoni tal-apparat tat-test. 3. Kundizzjonijiet tat-test
4. Proċedura
5. Riżultati
“Appendiċi 3 Dokument ta' informazzjoni Nru … marbut mal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ta' strumenti ta' trażżin tar-raxx (Direttiva 91/226/KEE) L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, trid tiġi pprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala adatta u b’detall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar it-tħaddim tagħhom. 0. ĠENERALI
1. DESKRIZZJONI TAL-ISTRUMENT
“Appendiċi 4
“Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-istrumenti ta' trażżin tar-raxx fir-rigward tad-Direttiva 91/226/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2010/19/UE 1. Informazzjoni addizzjonali
|
4.
L-Anness III tad-Direttiva 91/226/KEE jiġi emendat kif ġej:|
(a) |
Il-punti 0.1 u 0.2 jinbidlu b’dan li ġej: “AMBITU
|
|
(b) |
Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. Pożizzjoni tal-valance ta' barra Id-distanza ‘c’ bejn il-wiċċ lonġitudinali tanġenzjali mal-wiċċ ta' barra tat-tajer, apparti minn xi nefħa fit-tajer qrib l-art, u t-tarf ta' ġewwa tal-valance ma jistax jaqbeż il-100 mm (Figuri 1a u 1b tal-Anness V).”; |
|
(c) |
Il-punti 4.1. u 4.2 huma mħassra; |
|
(d) |
Il-punt 7.1.1. jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(e) |
Il-punt 7.1.3. jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(f) |
Il-punti 7.2.1, 7.2.2 u 7.2.3 jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(g) |
Jiddaħħlu l-punti 7.2.5 u 7.2.6. li ġejjin:
|
|
(h) |
Il-punt 7.3.1. jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(i) |
Il-punt 7.3.3. jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(j) |
Fil-punt 7.3.5., ir-referenza għall-“Figura 4b” tinbidel b'referenza għall-“Figura 4 tal-Anness V”. |
|
(k) |
Il-punt 9.3.2.1. jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(l) |
Jiddaħħal il-punt 10 li ġej:
|
|
(m) |
l-Appendiċi jitħassar; |
|
(n) |
jiżdiedu l-Appendiċijiet 1 u 2 kif gej: “Appendiċi 1 DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI Nru. … MARBUT MAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAT-TQEGĦID TA' SISTEMI TA' TRAŻŻIN TAR-RAXX (DIRETTIVA 91/226/KEE, KIF EMENDATA L-AĦĦAR BID-DIRETTIVA 2010/19/UE) (*3) (Għan-Noti ta' Spjegazzjoni jekk jogħġbok irreferi għall-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE) L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, trid tiġi pprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala adatta u b’detall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi individwali għandhom kontrolli elettroniċi, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar it-tħaddim tagħhom. 0. ĠENERALI 0.1. Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. Tip:
0.3. Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b)
0.4. Kategorija tal-vettura (c): 0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: 0.8. L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: 1. KARATTERISTIĊI TA’ KONSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA 1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: 1.3. L-għadd tal-fusien u roti:
2. MASES U DIMENSJONIJIET (f) (g) (f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli) 2.1. Il-bażi minn fus sa fus (mgħobbi kompletament) (g) (l): 2.6. Il-massa tal-vettura miexja (massimu u minimu għal kull varjant) Il-massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura tal-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew il-massa tax-xażi jew tax-xażi bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqegħidx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant):
2.8. Massa massima ta' tagħbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur (i) (3): 9. KAROZZERIJA 9.20. Sistema ta' trażżin tar-raxx
Data, Fajl “Appendiċi 2
“Addendum GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE Nru … DWAR L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAD- DIRETTIVA 91/226/KEE KIF EMENDATA L-AĦĦAR BID-DIRETTIVA 2010/19/KE 1. Informazzjoni addizzjonali
5. Kummenti (jekk hemm) |
(*1) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.”;
(*2) ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.”;”
(1) Ħassar fejn ma japplikax.
(*3) Għall-vetturi tal-kategorija N1 u dawk tal-kategorija N2 b'massa massima ta' tagħbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7.5 tunnellati bl-użu tad-deroga tal-punt 0.1 tal-Anness III ta' din id-Direttiva, jista' jintuża d-dokument ta' informazzjoni stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 78/549/KEE.
ANNESS II
“ANNESS V
FIGURI
Figura 1a
Wisa' (q) tal-madgard (a) u pożizzjoni tal-valance (j)
Figura 1b
Eżempju ta' kejl tal-valance ta' barra
Figura 2
Dimensjonijiet tal-madgard u l-valance ta' barra
Nota:
Figura 3
Pożizzjoni tal-madgard u l-widna ta' kontra x-xita
Figura 4
Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx (madgard, widna ta' kontra x-xita, valance ta' barra) li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx (assorbituri tal-enerġija) għal aktar minn fus wieħed
Figura 5
Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx (assorbenti tal-enerġija) għal fusien fuq roti mingħajr stering jew self-steering
(Anness III - punti 6.2 u 8)
Figura 6
Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx b'separaturi arja/ilma għal fusien fuq roti mingħajr stering jew self-steering
Nota:
Figura 7
Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx (madgard, widna ta' kontra x-xita, valance ta' barra) għal aktar minn fus wieħed fejn id-distanza bejn it-tajers ma taqbiżx 300 mm
Nota:
Figura 8
Apparat ta' ttestjar għal strumenti ta' trażżin tar-raxx li jassorbu l-enerġija
(Anness II, Appendiċi 1)
Nota:
Figura 9
Apparat ta' ttestjar għal strumenti ta' trażżin tar-raxx bis-separatur arja/ilma
(Anness II, Appendiċi 2)
”