Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0795

2010/795/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Diċembru 2010 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

ĠU L 338, 22.12.2010, pp. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/795/oj

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Diċembru 2010

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

(2010/795/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3), ir-raba’ subinċiż, tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji annes għat-Trattati jipprovdi li, sal-31 ta’ Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni kalkolata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mniżżla fl-Artikolu 1 tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn issa msejjħa “ir-Regoli ta’ Proċedura”).

(2)

L-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura jipprovdi li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu, konformement mad-data disponibbli fl-Uffiċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, jaddatta ċ-ċifri li jidhru fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għas-sena 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TFUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(× 1 000 )

Ġermanja

81 802,3

Franza

64 714,1

Renju Unit

62 008,0

Italja

60 340,3

Spanja

45 989,0

Polonja

38 167,3

Rumanija

21 462,2

Pajjiżi l-Baxxi

16 575,0

Greċja

11 305,1

Belġju

10 827,0

Portugall

10 637,7

Repubblika Ċeka

10 506,8

Ungerija

10 014,3

Svezja

9 340,7

Awstrija

8 375,3

Bulgarija

7 563,7

Danimarka

5 534,7

Slovakkja

5 424,9

Finlandja

5 351,4

Irlanda

4 467,9

Litwanja

3 329,0

Latvja

2 248,4

Slovenja

2 047,0

Estonja

1 340,1

Ċipru

803,1

Lussemburgu

502,1

Malta

413,0

Total

501 090,4

Livell minimu (62 %)

310 676,1 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/KE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li taddotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


Top