Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0786

2010/786/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2010 li tagħti d-derogi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja fir-rigward tal-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument numru C(2010) 9126)

ĠU L 335, 18.12.2010, p. 66–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/786/oj

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/66


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2010

li tagħti d-derogi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja fir-rigward tal-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9126)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2010/786/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet li saru mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Ungeriża, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 452/2008, japplika għall-produzzjoni tal-istatistika fi tliet setturi speċifiċi.

(2)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 jipprevedi, jekk ikun meħtieġ, derogi limitati u perjodi ta’ tranżizzjoni, li t-tnejn iridu jkunu bbażati fuq raġunijiet oġġettivi, għal xi Stat Membru jew iktar.

(3)

Jirriżulta mill-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni li t-talbiet tal-Istati Membri għad-derogi huma minħabba l-ħtieġa għal adattamenti kbar fis-sistemi statistiċi nazzjonali sabiex jikkonformaw b’mod sħiħ mar-Regolament (KE) Nru 452/2008.

(4)

Dawn id-derogi għandhom għalhekk jingħataw kif mitluba lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Irlanda, lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza, lill-Italja, lill-Ungerija, lil Malta, lill-Polonja, lill-Portugall, lill-Finlandja u lir-Renju Unit.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi huma hawnhekk mogħtija lill-Istati Membri kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika Ungeriża, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.


ANNESS

Derogi mir-Regolament (KE) Nru 452/2008, kif implementati mill-Kummissjoni, rigward is-Settur 1: Is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

Stat Membru

Tabelli u analiżi

Tmiem tad-deroga

il-Belġju

Id-dejta tal-persunal għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sat-30 ta’ Novembru fis-sena t + 2 (it-tabelli PERS_ENRL2 u PERS1)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Id-dejta dwar il-gradwati/gradwazzjonijiet għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Diċembru fis-sena t + 2 (it-tabelli GRAD2, GRAD4 u GRAD5)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Id-dejta dwar in-nefqa għall-edukazzjoni għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Diċembru fis-sena t + 2 (it-tabelli FIN_ENRL2, FINANCE1 u FINANCE2))

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti fuq bażi full-time, part-time u ekwivalenti ta’ full-time f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri C1, C2, C3, C4) fit-Tabella ENRL1a

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED fil-livell 5B (il-kolonna 4) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 5) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 3) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 4) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 9, 10, 11, 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livell 5 A (il-kolonni 19, 20, 21, 22) fit-Tabella GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 23) fit-Tabella GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti bil-kopertura aġġustata għall-istatistika dwar il-persunal tal-edukazzjoni f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet u persunal akkademiku f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet għall-programmi ġenerali u vokazzjonali fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 7, 8, 12 u 13) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet fi programmi bbażati fuq l-iskola vokazzjonali u programmi bbażati fuq l-iskola vokazzjonali u x-xogħol (il-kolonni 9, 10, 14 u 15) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti bil-kopertura aġġustata għall-istatistika dwar il-finanzi edukattivi f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella FIN_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni mill-ISCED livelli 2, 3 u 4 (il-kolonni 3, 6 u 10) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni rigward it-trasferimenti intergovernattivi għall-edukazzjoni (il-fillieri C7 u C8) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni ta’ entitajiet privati oħra għall-istituzzjonijiet pubbliċi (il-filliera E1) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni mill-ISCED livelli 2, 3 u 4 (il-kolonni 3, 6 u 10) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha (il-fillieri W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont l-età, is-sess u r-reġjun, it-tabella REGIO2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Ġermanja

Id-dejta dwar in-nefqa għall-edukazzjoni għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Marzu fis-sena t + 3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-istudenti rreġistrati fl-ISCED livell 6 għat-tabelli ENRL1, ENRL1a, ENRL5, ENRL8, FIN_ENRL2, REGIO1, REGIO2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Applikanti fl-ISCED livell 6 għat-tabelli ENTR2, ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-total tan-numru ta’ studenti skont il-lingwi barranin moderni studjati (il-filliera A1) għat-tabella ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Estonja

In-nefqa ta’ entitajiet privati oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E10, E11

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet pubbliċi fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri A2, A13, A14, A15, A20, A21, A22, A40

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Irlanda

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet fl-ISCED livelli 2 u 3 (il-kolonni 5, 6, 7, 8, 9, 10) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-istaff akkademiku fl-ISCED livelli 5B u, 5 A u 6 (il-kolonni 17 u 18) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa domestika għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri H1, H4, H5, H18, H20

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa ta’ entitajiet privati oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E1, E4, E5, E10, E11, E12, E20

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W6, W13, W14, W15, W30, W40

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fl-Istituzzjonijiet Privati għat-tabelli ENRL1, ENRL1_adult, ENRL1a (il-fillieri C1-C4), ENRL5, ENRL8, REGIO1, ENRLLNG1 u ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-istituzzjonijiet edukattivi privati għat-tabelli ENTR2, ENTR3.

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fl-istituzzjonijiet edukattivi privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet u persunal akkademiku fl-istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Greċja

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 6 fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwazzjonijiet skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 1 u 2) fit-Tabella GRAD5

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Għalliema tal-klassijiet u staff akkademiku skont l-età fl-ISCED livelli 2, 3, 4, 5 u 6 fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella FIN_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Spanja

L-għalliema tal-klassijiet fl-ISCED livell 3 ġenerali u l-programmi kollha vokazzjonali (il-kolonni 7, 8)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-ħlasijiet kollha għall-prodotti u s-servizzi edukattivi minbarra lill-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1, il-filliera H18.

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-ħlasijiet lill-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1, il-fillieri E1, E4.

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Għajnuna finanzjarja lill-istudenti fit-Tabella FINANCE1, il-fillieri E10, E11

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Franza

Id-dejta dwar ir-reġistrazzjonijiet u l-applikanti ġodda għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Ottubru fis-sena t + 2 (it-Tabelli ENRL1, ENRL1_Adult, ENRL1a, ENRL5, ENRL8, ENTR2, ENTR3)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati full-time (il-fillieri A109 sa A216) fit-Tabella ENRL1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti fi programmi għall-edukazzjoni tal-adulti reklutati fuq bażi full-time (il-fillieri A73 sa A144) fit-Tabella ENRL1_Adult

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti fuq bażi full-time, part-time u l-ekwivalenti tal-full-time (il-fillieri A5 sa A13, B2, B3, B4, C2, C3, C4) fit-Tabella ENRL1a

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 4) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 3) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 9, 10, 11, 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwati fl-ISCED livell 4 skont l-età u s-sess (il-fillieri A2 sa A27, A30 sa A55, A58 sa A83) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwati fl-ISCED livelli 5 u 6 (il-fillieri u l-kolonni kollha) fit-Tabella GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Italja

Id-dejta dwar il-gradwati/gradwazzjonijiet fl-ISCED livell 5, lawrji tat-tieni livell u fl-ISCED livell 6 għat-Tabella GRAD5 għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-1 ta’ Marzu fis-sena t + 3 (il-kolonni 8, 12, 13 u 14 fit-Tabella GRAD5)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda skont l-età fl-ISCED livelli 4, 5B u 6 (il-kolonni 2, 3, 4) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwazzjonijiet skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 1 u 2) fit-Tabella GRAD5

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-għalliema tal-klassijiet u staff akkademiku fl-istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Ungerija

In-nefqa tal-entitajiet privati l-oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E1, E4, E5, E20

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W (W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Malta

In-numru ta’ Studenti rreġistrati fl-Istituzzjonijiet Privati għat-Tabelli ENRL1, ENRL1a (il-fillieri C1-C4), ENRL5, ENRL8, REGIO1, ENRLLNG1 u ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella ENRL1_Adult

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-istituzzjonijiet edukattivi privati għat-Tabelli ENTR2, ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fl-istituzzjonijiet edukattivi privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet u persunal akkademiku fl-istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Divarji tan-nefqa fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri C10-C14, F1-F20, G5b, G10-G14, H1-H5b, H15-H20, E10-E12, N5b u l-kolonni 7, 8, 10, 12, 13, 14

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Divarji tan-nefqa fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri A30, X30 u l-kolonni 7, 8, 10, 12, 13, 14

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Polonja

In-numru ta’ studenti skont il-pajjiż taċ-ċittadinanza fl-ISCED livell 5B (il-filliera 3) fit-Tabella ENRL8

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda skont is-sess u l-età fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 5) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 5) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livell 4 (il-filliera 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-gvern ċentrali, reġjonali u lokali (il-fillieri C1, C2, C3, C4, R1, R2, R3, R4, L1, L2, L3, L4) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Fondi minn aġenziji internazzjonali u minn sorsi oħra barranin (il-fillieri F5, F9, F20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa domestika għall-istituzzjonijiet edukattivi (il-fillieri H1, H4) fit-Tabella FINANCE 1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-entitajiet privati l-oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E1, E4, E5, E10, E11, E12, E20

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa privata għall-istituzzjonijiet edukattivi (il-fillieri P1, P4) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W (W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Portugall

In-numru ta’ studenti rreġistrati fuq bażi full-time (il-fillieri A109-A216) fit-Tabella ENRL1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fuq bażi full-time (il-fillieri A73-A144) fit-Tabella ENRL1_Adult

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-fattur tal-konverżjoni għall-Ekwivalenza għall-Full Time (il-filliera S7), in-numru ta’ studenti fl-iskola u fil-programmi msejsa fuq ix-xogħol fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-fillieri A4, A8, A11 u A13); studenti rreġistrati fuq bażi full-time (il-fillieri A5-A13, B2-B4, C2-C4) fit-Tabella ENRL1a

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradi ta’ wara d-dottorat (il-kolonna 18) fil-GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwazzjonijiet skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 1 u 2), in-numru ta’ gradi ta’ wara d-dottorat fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 14) fit-Tabella GRAD5

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti part-time/full-time/l-ekwivalenti ta’ full time (il-fillieri A1-C9); skola/xogħol ibbażati fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 9, 10, 14, 15) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema fil-klassijiet u ta’ staff akkademiku part-time/full-time/l-ekwivalenti ta’ full time (il-fillieri A37-A61 minbarra l-kolonna 16), l-analiżi fl-ISCED livelli 5B, 5 A/6 (il-kolonni 17-18) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Analiżi fl-ISCED livelli 4, 5B, 5 A/6 (il-kolonni 10-15) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Trasferimenti intergovernattivi għall-edukazzjoni (il-filliera R8); trasferimenti u ħlasijiet għall-edukazzjoni lill-entitajiet privati (il-fillieri R10-R14); in-nefqa totali għall-edukazzjoni tal-gvern reġjonali (il-filliera R20) fit-Tabella FINANCE1;

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa diretta għall-istituzzjonijiet edukattivi (il-fillieri L1-L5a); trasferimenti u ħlasijiet għall-edukazzjoni lill-entitajiet privati (il-fillieri L10-L14); in-nefqa totali għall-edukazzjoni tal-gvern lokali (il-filliera L20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-livelli kollha tal-Gvern flimkien (il-fillieri G1-G14) fit-Tabella FINANCE1;

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Fondi mill-aġenziji internazzjonali u sorsi oħra barranin (il-fillieri F2-F3, F5-F5c, F9, F20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa domestika (il-fillieri H1, H4, H5) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-entitajiet privati l-oħra (il-fillieri E1, E4-E5, E5c, E10-E12, E20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa privata kollha (il-fillieri P1-P20) fit-Tabella FINANCE1;

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa pubblika, privata u internazzjonali flimkien (il-fillieri N1-N20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Analiżi fl-ISCED livelli 4, 5B, 5 A/6 (il-kolonni 10-15) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha (il-fillieri W6, W13-W15, W20-W22, W30, W40) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti part-time/full-time/l-ekwivalenti tal-full time (il-fillieri A1-C3) fit-Tabella FINANCE_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella ENRLLNG1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Finlandja

Id-dejta dwar il-persunal għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Diċembru fis-sena t + 2 (it-tabelli PERS_ENRL2 u PERS1)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont il-lingwi barranin moderni studjati fl-ISCED livell 3 (il-kolonna 3) fit-Tabella ENRLLNG1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

ir-Renju Unit

In-numru ta’ gradwati fl-ISCED livell 4 (il-kolonni 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet fl-ISCED livell 4 (il-kolonni 11, 12, 13, 14, 15) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-istaff akkademiku fl-ISCED livelli 5B u, 5 A u 6 (il-kolonni 17 u 18) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont il-lingwa barranija moderna studjata fl-ISCED livelli 1 u 2 (il-kolonni 1 u 2) fit-Tabella ENRLLNG1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont il-lingwi barranin moderni studjati fl-ISCED livelli 1 u 2 (il-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8) fit-Tabella ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Derogi mir-Regolament (KE) Nru 452/2008, kif implementati mill-Kummissjoni, rigward is-Settur 2: Il-Parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja

Fir-Repubblika tal-Finlandja, il-ġbir tad-dejta għall-ewwel stħarriġ dwar il-parteċipazzjoni u n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja (Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni tal-Adulti) għandu jitwettaq bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012. Il-perjodu ta’ referenza li għalih tkun inġabret id-dejta dwar il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun it-12-il xahar ta’ qabel il-perjodu tal-ġbir tad-dejta.


Top