EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0785

2010/785/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2010 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli ta' pirjofenon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 9076) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 335, 18.12.2010, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/785/oj

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2010

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli ta' pirjofenon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9076)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/785/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta' lista tal-Unjoni Ewropea ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2010 tressaq fajl għas-sustanza attiva pirjofenon minn ISK Biosciences Europe SA lill-awtoritajiet tar-Renju Unit bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżami preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl intbagħat sussegwentement mill-applikant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u ntbagħat għall-konsultazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell tal-Unjoni Ewropea li l-fajl jitqies li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-fajl dwar is-sustanza attiva identifikata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li kien intbagħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta' din is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva.

Il-fajl jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta' prodott wieħed ta' protezzjoni għall-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

Kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, l-Istat Membru relatur għandu jkompli għaddej bl-eżami dettaljat tal-fajl imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami li jkun għamel flimkien ma' kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni għal dik l-inklużjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1


ANNESS

SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

L-applikant

Id-data tal-applikazzjoni

L-Istat Membru Relatur

Pirjofenon

Nru CIPAC: 827

ISK Biosciences SA

il-31 ta' Marzu 2010

UK


Top