Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0776

2010/776/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-Brażil, il-Kuwajt u s-Sirja fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet tagħhom li minnhom l-Unjoni Ewropea tawtorizza l-introduzzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8950) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 332, 16.12.2010, pp. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/776/oj

16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-Brażil, il-Kuwajt u s-Sirja fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet tagħhom li minnhom l-Unjoni Ewropea tawtorizza l-introduzzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8950)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/776/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(1) u (4), u l-frażi preliminari tal-Artikolu 19 u l-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/426/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Din tistipula li l-importazzjoni ta’ equidae fl-Unjoni hija awtorizzata biss minn pajjiżi terzi jew partijiet mit-territorji tagħhom fejn il-glanders hija marda notifikabbli u li ilhom ħielsa mill-glanders għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina,u li temenda id-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (3) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn japplika t-taqsim ta’ pajjiżi f’reġjuni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae u s-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal din l-importazzjoni. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. Il-Brażil, il-Kuwajt u s-Sirja bħalissa huma parti minn din il-lista f’dak l-Anness.

(3)

F’April tal-2010 il-Brażil innotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bil-konferma ta’ każ ta’ glanders (Burkholderia mallei) f’żiemel fid-Distrito Federal. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/333/UE (4) biex tindika li l-introduzzjoni tal-equidae u s-semen, l-ova u l-embrijoni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fl-Unjoni mid-Distrito Federal fil-Brażil m’għadhiex awtorizzata.

(4)

Fl-1 ta’ Novembru 2010, il-Brażil informa lill-OIE li dan il-każ uniku ta’ glanders fid-Distrito Federal kien ġie riżolt. B’mod partikolari, l-awtoritajiet infurmaw li ma ġie rrapportat l-ebda każ ġdid għal mill-anqas sitt xhur, li r-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-equidae minn żoni infettati għal oħrajn li mhumiex huma f’posthom u li s-sorveljanza magħmulha fuq madwar 5 000equidae ma identifikatx każijiet oħra.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li d-Distrito Federal jerġa’ jiddaħħal fil-lista ta’ żoni approvati għall-importazzjoni tal-equidae u s-semen, l-ova u l-embrijoni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fl-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(6)

F’Ottubru tal-2010, l-OIE informat dwar l-okkorrenza tal-glanders fil-Kuwajt.

(7)

Is-Sirja iddikjarat lill-OIE li l-istatus tagħha tal-Glanders mhux magħruf minħabba li l-glanders m’għadhiex marda notifikabbli f’dak il-pajjiż. Żwiemel mis-Sirja kienu identifikati bħala l-oriġini tal-glanders f’pajjiżi ta’ dak ir-reġjun u missjoni riċenti ta’ spezzjoni mill-OIE ma eskludietx il-preżenza ta’ din il-marda fis-Sirja.

(8)

L-introduzzjoni ta’ kull equidae u semen, ova u embrijoni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fl-Unjoni mill-Kuwajt u s-Sirja għalhekk m’għandhiex tibqa’ tiġi awtorizzata. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom għalhekk jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(9)

Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

1.

Ir-reġistrazzjoni għall-Brażil tinbidel b’dan li ġej:

“BR

Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

 

BR-1

L-Istati ta’

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo, Mato Grosso do Sul, Goiás, Minas Gerais, Rio de Janeiro, Espíritu Santo, Rondônia, Mato Grosso, Distrito Federal

D

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

2.

Ir-reġistrazzjoni għall-Kuwajt tinbidel b’dan li ġej:

“KW

Il-Kuwajt

KW-0

Il-pajjiż kollu

E

—”

 

3.

Ir-reġistrazzjoni għas-Sirja tinbidel b’dan li ġej:

“SY

Is-Sirja

SY-0

Il-pajjiż kollu

E

—”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(2)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)   ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 150, 16.6.2010, p. 53.


Top