EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0763

2010/763/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2010 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon

ĠU L 324, 9.12.2010, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/763/oj

9.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2010

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon

(2010/763/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati f’isem il-Komunità bil-għan li tikkonkludi Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Gżejjer Solomon, il-Komunità nnegozjat mal-Gżejjer Solomon Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi opportunitajiet ta’ sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Gżejjer Solomon fir-rigward tas-sajd.

(2)

B’riżultat ta’ dawk in-negozjati ġie inizjalat Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd fis-26 ta’ Settembru 2009.

(3)

Bidd-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/397/UE (1), il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon ġie ffirmat u qed jiġi applikat proviżorjament mid-9 ta’ Ottubru 2009.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon huwa b’dan approvat (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa jipproċedu, f’isem l-Unjoni Ewropea, bin-notifika prevista fl-Artikolu 18 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni biex tkun marbuta bil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MILQUET


(1)  ĠU L 190, 22.7.2010, p. 1.

(2)  It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 190, 22.7.2010, p. 3 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat tal-Kunsill.


Top