EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0749

2010/749/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t’Isfel fir-rigward tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8352) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 318, 4.12.2010, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/749/oj

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t’Isfel fir-rigward tal-BSE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8352)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/749/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji skont ir-riskju tal-BSE involut, jiġifieri riskju ta’ BSE negliġibbli, riskju ta’ BSE kkontrollat u riskju ta’ BSE mhux determinat.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE tagħhom telenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus ta’ riskju ta’ BSE tagħhom (2):

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru XXII — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri — adottata mill-OIE f’Mejju 2009 fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

(4)

F’Mejju 2010, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 18 — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet l-Indja u l-Perù bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE u l-Panama u l-Korea t’Isfel bħala pajjiżi li għandhom riskju kkontrollat ta’ BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex issir konformi ma’ dik ir-Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.


ANNESS

LISTA TA PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE

Stati Membri

Il-Finlandja

L-Isvezja

Pajjiżi tal-EFTA

L-Islanda

In-Norveġja

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

l-Awstralja

iċ-Ċilì

L-Indja

in-New Zealand

il-Paragwaj

Il-Perù

Singapor

l-Urugwaj

B.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE

Stati Membri

Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit

Pajjiżi tal-EFTA

Il-Liechtenstein

L-Isvizzera

Pajjiżi terzi

Il-Brażil

il-Kanada

il-Kolombja

Il-Ġappun

il-Messiku

il-Panama

il-Korea t’Isfel

it-Tajwan

l-Istati Uniti

C.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE

Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.’


Top