Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0738

    2010/738/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż (notifikata bid-dokument numru C(2010) 392) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 317, 3.12.2010, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/738/oj

    3.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 317/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta’ Diċembru 2010

    li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 392)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/738/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2)(a) tagħha,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati livelli differenti ta’ ħarsien għax-xogħlijiet ta’ bini fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti fid-dokumenti interpretattivi, klassijiet li jikkorrispondu mar-reżistenza tal-prodotti fir-rigward ta’ kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE” (2).

    (2)

    Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali ta’ sigurtà f’każ ta’ nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka numru ta’ miżuri interrelatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija ta’ sigurtà kontra n-nar li ser tiġi żviluppata b’modi differenti fl-Istati Membri.

    (3)

    Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-bidu u tal-firxa tan-nar u d-duħħan f’żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal tal-prodotti tal-bini li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ tan-nirien.

    (4)

    Il-livell ta’ din il-limitazzjoni jista’ jiġi espress biss f’termini tal-livelli differenti ta’ reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

    (5)

    Għal soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta’ klassijiet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti tal-bini (3).

    (6)

    Fil-każ tal-forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż jeħtieġ li tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

    (7)

    Il-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nirien ta’ ħafna mill-prodotti u/jew materjali għall-bini, skont il-klassifikazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri, tant li ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta’ prestazzjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti u/jew il-materjali għall-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-kapaċità “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta’ aktar testijiet huma elenkati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali differenti għall-bini, skont il-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati f’rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Antonio TAJANI

    Viċi-President


    (1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

    (2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

    (3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14.


    ANNESS

    It-tabella stabbilita f’dan l-Anness telenka prodotti u/jew materjali għall-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika ta’ kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar mingħajr ħtieġa ta’ testijiet.

    Tabella

    Klassijiet ta’ kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar għall-forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż imsaħħaħ b’fibri tas-sisal jew tal-ġuta

    Prodott

    Dettalji tal-prodott

    Densità minima

    (Kg/m3)

    Klassi (1)

    Forom tal-ġibs mill-ġipsum fibruż

    Prodott skont EN 13815, magħmul mill-fużjoni tal-ġibs imħallat mal-ilma u msaħħaħ b’fibri tas-sisal jew tal-ġuta mxerrdin b’mod uniformi b’rata ta’ mhux aktar minn 2,5 % bil-massa.

    1 000

    A1


    (1)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.


    Top