EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0696

2010/696/: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Novembru 2010 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

ĠU L 304, 20.11.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/696/oj

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Novembru 2010

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

(2010/696/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Is-Sur Maarten B. ENGWIRDA, membru tal-Qorti tal-Awdituri, irriżenja b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(2)

Is-Sur Maarten B. ENGWIRDA għandu għalhekk jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Gijs M. de VRIES huwa b’dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)  Opinjoni tas-7 ta’ Ottubru 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


Top