Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0672

    2010/672/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Novembru 2010 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-penflufen u l-fluxapyroxad fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7439) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 290, 6.11.2010, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/672/oj

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 290/51


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-5 ta’ Novembru 2010

    li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-penflufen u l-fluxapyroxad fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7439)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/672/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista tal-Unjoni Ewropea ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (2)

    Fid-9 ta’ Diċembru 2009 tressaq dossier għas-sustanza attiva penflufen minn Bayer CropScience AG lill-awtoritajiet tar-Renju Unit bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (3)

    Fil-11 ta’ Diċembru 2009 tressaq dossier għas-sustanza attiva fluxapyroxad minn BASF SE lill-awtoritajiet tar-Renju Unit bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (4)

    L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżami preliminari, id-dossiers għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dettalji u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers sussegwentement intbagħtu mill-applikant lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

    (5)

    Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fil-livell tal-Unjoni Ewropea li d-dossiers jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dossiers li jikkonċernaw is-sustanzi attivi li ġew identifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li kienu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jinkiseb id-dħul ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    Id-dossiers jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.

    Artikolu 2

    Kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istat Membru relatur għandu jkompli għaddej bl-analiżi dettaljata tad-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-analiżi li jkun għamel flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni oħra għal dik l-inklużjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


    ANNESS

    SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

    L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

    L-applikant

    Id-data tal-applikazzjoni

    L-Istat Membru Relatur

    Penflufen

    Nru CIPAC: 826

    Bayer CropScience AG

    fid-9 ta’ Diċembru 2009.

    Ir-Renju Unit

    Fluxapyroxad

    Nru CIPAC: Għadu mhux allokat

    BASF SE

    fil-11 ta’ Diċembru 2009.

    Ir-Renju Unit


    Top