This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0617
2010/617/EU: Commission Decision of 14 October 2010 amending Decision 2009/821/EC as regards the lists of border inspection posts and veterinary units in Traces (notified under document C(2010) 7009) Text with EEA relevance
2010/617/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7009) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2010/617/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7009) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 271, 15.10.2010, p. 8–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014
15.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Ottubru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7009)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/617/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Wara komunikazzjoni mid-Danimarka, kategoriji ġodda ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati fil-postijiet approvati ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-portijiet ta’ Århus u Esbjerg għandhom jiżdiedu fl-annotazzjonijiet għal dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(3) |
Spanja bagħtet komunikazzjoni li wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha ġie sospiż, is-sospensjoni għal ċerti kategoriji ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha tneħħiet u ċentru ta’ spezzjoni ġdid żdied ma’ wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha. Wara dik il-komunikazzjoni minn Spanja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata. |
(4) |
L-Italja bagħtet komunikazzjoni li għal wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera żdiedet il-kategorija għal prodotti mhux ippakkjati ta’ oriġini mill-annimali u tliet ċentri ta’ spezzjoni f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha biddlu isimhom. Barra minn hekk, iċ-ċentru ta’ spezzjoni “Docks Cereali” fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Ravenna ġie sospiż. Wara dik il-komunikazzjoni mill-Italja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata. |
(5) |
Wara komunikazzjoni mil-Latvja, l-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ spezzjoni fil-port ta’ Riga (Riga port) għandha tiġi sospiża fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru. |
(6) |
Il-Pajjiżi l-Baxxi bagħtu komunikazzjoni li l-isem ta’ ċentru ta’ spezzjoni f’ċertu post ta’ spezzjoni fil-fruntiera nbidel u li żewġ ċentri ta’ spezzjoni ġew installati f’ċertu post ta’ spezzjoni fil-fruntiera. Barra minn hekk, għandhom jiżdiedu ċerti kategoriji ta’ annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali jistgħu jiġu kkontrollati fiċ-ċentru ta’ spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Rotterdam. Wara dik il-komunikazzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata. |
(7) |
Wara komunikazzjoni mir-Renju Unit, l-approvazzjoni ta’ post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Grove Wharf Wharton għandha titneħħa mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru. |
(8) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista ta’ unitajiet ċentrali, unitajiet reġjonali u unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces). |
(9) |
Wara komunikazzjonijiet mill-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawk l-Istati Membri stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(10) |
Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|