Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0566

    2010/566/UE: Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Alġerija tat- 3 ta’ Awwissu 2010 li temenda l-Artikolu 15(7), tal-Protokoll 6 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

    ĠU L 248, 22.9.2010, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/566/oj

    22.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/64


    DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ALĠERIJA

    tat-3 ta’ Awwissu 2010

    li temenda l-Artikolu 15(7), tal-Protokoll 6 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

    (2010/566/UE)

    IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll 6 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 6 (1) għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), jippermetti, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, ir-rifużjoni tad-dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, jew l-eżenzjoni minnhom, sal-31 ta’ Diċembru 2009.

    (2)

    Biex tiġi żgurata ċ-ċarezza, il-prevedibbiltà ekonomika fit-tul u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-Partijiet għall-Ftehim qablu li jestendu l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 6 għall-Ftehim bi tliet snin, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

    (3)

    Minbarra dan, ir-rati ta’ ħlasijiet doganali attwalment applikabbli fl-Alġerija għandhom jiġu aġġustati sabiex jiġu allineati ma’ dawk li japplikaw fl-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Il-Protokoll 6 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

    (5)

    Billi l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 6 għall-Ftehim ma jibqax japplika wara l-31 ta’ Diċembru 2009, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 6 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “7.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Alġerija tista’, ħlief għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, tapplika arranġamenti għal rifużjoni ta’, jew eżenzjoni minn, dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, applikabbli għal materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ prodotti oriġinarji, soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    għandha tinżamm rata ta’ 4 % ta’ ħlas doganali fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 25 sa 49 u 64 sa 97 tas-Sistema Armonizzata, jew kwalunkwe rata aktar baxxa li tkun fis-seħħ fl-Alġerija;

    (b)

    għandha tinżamm rata ta’ 8 % ta’ ħlas doganali fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata, jew kwalunkwe rata aktar baxxa li tkun fis-seħħ fl-Alġerija.

    Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2012 u jista’ jiġi rivedut bi qbil komuni.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Alġerija

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 297, 15.11.2007, p.3.

    (2)  ĠU L 265, 10.10.2005, p.2.


    Top