This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0475
2010/475/EU: Commission Decision of 30 August 2010 amending Decision 2006/594/EC fixing an indicative allocation by Member State of the commitment appropriations for the Convergence Objective for the period 2007-2013 as regards additional allocations for the Czech Republic, Poland and Slovakia (notified under document C(2010) 5817)
2010/475/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/594/KE li tiffissa allokazzjoni indikattiva minn Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu 2007-2013 li tikkonċerna allokazzjonijiet addizzjonali tar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5817)
2010/475/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/594/KE li tiffissa allokazzjoni indikattiva minn Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu 2007-2013 li tikkonċerna allokazzjonijiet addizzjonali tar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5817)
ĠU L 232, 2.9.2010, pp. 6–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
|
2.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Awwissu 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2006/594/KE li tiffissa allokazzjoni indikattiva minn Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu 2007-2013 li tikkonċerna allokazzjonijiet addizzjonali tar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5817)
(2010/475/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2006/594/KE (2) kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/191/KE (3), il-Kummissjoni ffissat allokazzjoni indikattiva minn Stat Membri għall-approrjazzjonijiet ta’ impenn għall-Objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu 2007-2013. |
|
(2) |
Skont paragrafu 10 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fl-2010 kien stabbilit li l-PGD akkumulat għas-snin 2007 sa 2009 fir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja kull wieħed varja b’aktar minn ± 5 % mill-PGD akkumulat stmat skont paragrafu 9 tal-Anness II tar-Regolament Nru 1083/2006 li tinkludi konsegwenza tat-tibdiliet fir-rata ta’ skambju. L-ammonti allokati għall-perjodu 2011 sal-2013 għar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja għalhekk għandhom ikunu aġġustati kif inhu xieraq. |
|
(3) |
F’konformità mal-punti 16 u 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (4) fis-16 ta’ April 2010 il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 f’konformità maċ-ċaqliq fid-DGN, inklużi l-aġġustament tal-ammonti allokati minn fondi li jsostnu l-koeżjoni lill-Istati Membri kkonċernati bid-diverġenza bejn il-PGD stmat u attwali għall-perjodu 2007-2009 (5) li biha informat li aġġustament pożittiv huwa neċessarju għar-Repubblika Ċeka ta’ EUR 237 045 801, għall-Polonja ta’ EUR 632 392 153 u għas-Slovakkja ta’ EUR 137 711 534, maqsumin f’ammonti ugwali fl-2011, l-2012 u l-2013. |
|
(4) |
Sabiex ikunu stabbiliti l-ammonti allokati lill-Istati Membri kkonċernati, huwa neċessarju li titqies l-allokazzjoni pro rata bejn l-objettivi ta’ kompetittività u xogħol ta’ Konverġenza u Reġjonali fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti 2007-2013 għal kull wiħed mill-Istati Membri kkonċernati u l-bżonn li jsir l-aħjar użu effiċjenti tal-allokazzjoni tal-fondi għal proġetti li qed jiġi implimentati bħalissa. Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha talloka biss il-parti tal-aġġustamenti ġenerali pożittivi li jikkonċernaw l-għan tal-Konverġenza. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, huwa xieraq li jinbidlu l-ammonti fil-filliera tat-Total tat-Tabella 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2006/594/KE għas-snin 2007-2010 peress li ma jirriflettux iċ-ċifri mogħtija mill-Bulgarija. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2006/594/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/594/KE tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
L-Anness III jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) ĠU L 243, 6.9.2006, p. 37.
(3) ĠU L 87, 28.3.2007, p. 18.
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(5) COM(2010) 160 finali.
ANNESS I
“ANNESS I
Allokazzjoni indikattiva ta’ kull Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali skont l-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013
|
(EUR) |
||||||||||
|
Stat Membru |
|
|||||||||
|
Reġjuni eliġibbli skont 1-Għan ta’ Konverġenza |
Iffinanzjar addizzjonali imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 taħt il-punt: |
|||||||||
|
10 |
14 |
20 |
24 |
26 |
28 |
30 |
||||
|
Bulgaria |
3 863 601 178 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Česká republika |
15 111 066 754 |
197 709 105 |
|
|
|
|
|
|
||
|
Deutschland |
10 360 473 669 |
|
|
|
|
|
|
166 582 500 |
||
|
Eesti |
1 955 979 029 |
|
|
|
31 365 110 |
|
|
|
||
|
Elláda |
8 358 352 296 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
España |
17 283 774 067 |
|
|
|
|
1 396 500 000 |
|
|
||
|
France |
2 403 498 342 |
|
|
427 408 905 |
|
|
|
|
||
|
Italia |
17 993 716 405 |
|
|
|
|
|
825 930 000 |
|
||
|
Latvija |
2 586 694 732 |
|
|
|
53 886 609 |
|
|
|
||
|
Lietuva |
3 875 516 071 |
|
|
|
79 933 567 |
|
|
|
||
|
Magyarország |
12 622 187 455 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Malta |
493 750 177 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Polska |
38 507 171 321 |
359 874 111 |
880 349 050 |
|
|
|
|
|
||
|
Portugal |
15 143 387 819 |
|
|
58 206 001 |
|
|
|
|
||
|
România |
11 115 420 983 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Slovenija |
2 401 302 729 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Slovensko |
6 214 921 468 |
110 544 803 |
|
|
|
|
|
|
||
|
United Kingdom |
2 429 762 895 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Total |
172 720 577 390 |
668 128 019 |
880 349 050 |
485 614 906 |
165 185 286 |
1 396 500 000 |
825 930 000 |
166 582 500 |
||
|
(EUR) |
|||||||||
|
Stat Membru |
|
||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
|||
|
Bulgaria |
300 892 058 |
431 830 557 |
576 458 082 |
595 526 527 |
625 067 349 |
653 446 232 |
680 380 373 |
||
|
Česká republika |
1 993 246 617 |
2 050 979 461 |
2 106 089 584 |
2 162 632 571 |
2 283 395 438 |
2 332 343 673 |
2 380 088 515 |
||
|
Deutschland |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
||
|
Eesti |
229 977 253 |
245 929 572 |
262 982 602 |
281 212 290 |
300 982 256 |
322 136 118 |
344 124 048 |
||
|
Elláda |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
||
|
España |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
||
|
France |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
||
|
Italia |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
||
|
Latvija |
308 012 292 |
330 054 158 |
353 328 505 |
376 808 997 |
400 322 218 |
424 084 983 |
447 970 188 |
||
|
Lietuva |
528 903 377 |
525 252 930 |
525 724 448 |
549 071 072 |
581 530 171 |
606 085 051 |
638 882 589 |
||
|
Magyarország |
1 838 275 243 |
1 749 371 409 |
1 634 208 005 |
1 659 921 561 |
1 847 533 517 |
1 913 391 641 |
1 979 486 079 |
||
|
Malta |
81 152 175 |
73 854 132 |
68 610 286 |
61 225 559 |
61 225 559 |
68 610 286 |
79 072 180 |
||
|
Polska |
5 686 360 306 |
5 705 409 032 |
5 720 681 799 |
5 535 346 918 |
5 679 612 617 |
5 699 319 089 |
5 720 664 721 |
||
|
Portugal |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
||
|
România |
782 254 110 |
1 123 289 385 |
1 498 844 810 |
1 773 286 696 |
1 875 412 911 |
1 979 406 577 |
2 082 926 494 |
||
|
Slovenija |
423 258 365 |
397 135 571 |
370 643 430 |
343 781 942 |
316 551 106 |
288 950 923 |
260 981 392 |
||
|
Slovensko |
939 878 406 |
896 645 972 |
845 960 417 |
765 136 058 |
845 313 158 |
910 570 647 |
1 121 961 613 |
||
|
United Kingdom |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
||
|
Total |
24 090 437 759 |
24 507 979 736 |
24 941 759 525 |
25 082 177 748 |
25 795 173 857 |
26 176 572 777 |
26 714 765 749 ” |
||
ANNESS II
“ANNESS III
Allokazzjoni indikattiva ta’ kull Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni skont l-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013
|
(EUR) |
|||||
|
Stat Membru |
|
||||
|
|
Iffinanzjar addizzjonali imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 skont paragrafu: |
||||
|
10 |
24 |
||||
|
Bulgaria |
2 009 650 238 |
|
|
||
|
Česká republika |
7 809 984 551 |
|
|
||
|
Eesti |
1 000 465 639 |
|
16 157 785 |
||
|
Elláda |
3 280 399 675 |
|
|
||
|
Kýpros/Kibris |
193 005 267 |
|
|
||
|
Latvija |
1 331 962 318 |
|
27 759 767 |
||
|
Lietuva |
1 987 693 262 |
|
41 177 899 |
||
|
Magyarország |
7 570 173 505 |
|
|
||
|
Malta |
251 648 410 |
|
|
||
|
Polska |
19 512 850 811 |
179 937 056 |
|
||
|
Portugal |
2 715 031 963 |
|
|
||
|
România |
5 754 788 708 |
|
|
||
|
Slovenija |
1 235 595 457 |
|
|
||
|
Slovensko |
3 424 078 134 |
|
|
||
|
Total |
58 077 327 938 |
179 937 056 |
85 095 451 |
||
|
(EUR) |
|||||||||
|
Stat Membru |
|
||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
|||
|
Bulgaria |
161 567 407 |
227 036 657 |
299 350 419 |
308 884 642 |
323 655 053 |
337 844 495 |
351 311 565 |
||
|
Česká republika |
1 032 973 476 |
1 061 839 898 |
1 089 394 960 |
1 117 666 453 |
1 144 441 732 |
1 169 574 794 |
1 194 093 238 |
||
|
Eesti |
118 267 391 |
126 243 551 |
134 770 066 |
143 884 910 |
153 769 893 |
164 346 824 |
175 340 789 |
||
|
Elláda |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
||
|
Kýpros/Kibris |
52 598 692 |
42 866 160 |
33 133 627 |
23 401 096 |
13 668 564 |
13 668 564 |
13 668 564 |
||
|
Latvija |
159 639 206 |
170 660 138 |
182 297 312 |
194 037 557 |
205 794 168 |
217 675 551 |
229 618 153 |
||
|
Lietuva |
180 857 472 |
230 966 558 |
277 869 373 |
303 013 907 |
320 491 883 |
348 611 677 |
367 060 291 |
||
|
Magyarország |
328 094 604 |
687 358 082 |
1 080 433 910 |
1 308 130 864 |
1 343 212 938 |
1 388 664 318 |
1 434 278 789 |
||
|
Malta |
24 809 997 |
32 469 219 |
37 971 049 |
45 716 955 |
45 716 955 |
37 971 049 |
26 993 186 |
||
|
Polska |
1 883 652 471 |
2 208 285 009 |
2 532 817 229 |
2 755 750 999 |
3 136 326 090 |
3 437 744 747 |
3 738 211 322 |
||
|
Portugal |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
||
|
România |
419 281 086 |
589 798 724 |
777 576 436 |
914 797 379 |
965 860 486 |
1 017 857 319 |
1 069 617 278 |
||
|
Slovenija |
86 225 407 |
115 705 905 |
145 555 750 |
175 774 942 |
206 363 481 |
237 321 369 |
268 648 603 |
||
|
Slovensko |
197 125 902 |
317 519 267 |
452 740 053 |
630 951 164 |
664 262 430 |
668 505 352 |
492 973 966 |
||
|
Total |
5 501 583 345 |
6 667 239 402 |
7 900 400 418 |
8 778 501 102 |
9 380 053 907 |
9 896 276 293 |
10 218 305 978 ” |
||