Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0419

    2010/419/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Lulju 2010 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum li huwa ġenetikament modifikat Bt11 (SYN-BTØ11-1), li tawtorizza ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 (SYN-BTØ11-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/657/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5129) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 197, 29.7.2010, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/01/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/419/oj

    29.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 197/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta’ Lulju 2010

    li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum li huwa ġenetikament modifikat Bt11 (SYN-BTØ11-1), li tawtorizza ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 (SYN-BTØ11-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/657/KE

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5129)

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/419/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikamen (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3), 11(3), 19(3) u 23(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Apri 2007, Syngenta Seeds S.A.S. f’isem Syngenta Crop Protection AG, ressqet lill-Kummissjoni applikazzjoni, b’konformità mal-Artikoli 5, 11, 17 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel eżistenti prodotti minn qamħirrum Bt11 (inklużi addittivi tal-ikel), u t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ għalf eżistenti li fih, jikkonsisti fi jew huwa prodotti minn qamħirrum Bt11 (inklużi addittivi tal-għalf u materjali tal-għalf) u prodotti li mhumiex ikel u għalf li fihom u jikkonsistu f’qamħirrum Bt11 ħlief għall-kultivazzjoni (“l-applikazzjoni”) li ġew notifikati qabel skont l-Artikolu 8(1)(a)(b) u l-Artikolu 20(1)(a)(b) ta’ dak ir-Regolament. L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li huma awtorizzati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/657/KE tad-19 ta’ Mejju 2004 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ xgħir ħelu mill-linja tal-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11 bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Fl-applikazzjoni tagħha, Syngenta Seeds SA.S. talbet ukoll l-awtorizzazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 li ma kienu qatt awtorizzati fl-Unjoni.

    (2)

    Fis-17 ta’ Frar 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli (3) b’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li l-informazzjoni l-ġdida li ġiet provduta fl-applikazzjoni u r-reviżjoni tad-dokumentazzjoni li ġiet ippubblikata mill-opinjoni xjentifika preċedenti dwar il-qamħirrum Bt11 (4) mill-EFSA ma teħtieġx tibdil u kkonfermat il-konklużjoni preċedenti li l-qamħirrum Bt11 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu li mhuwiex ġenetikament modifikat u li aktarx m’għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tiegħu li japplika wkoll għall-prodotti li huma soġġett tal-applikazzjoni

    (3)

    Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali imressaq mill-applikant, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, huwa konformi mal-użu maħsub tal-prodotti.

    (5)

    Meta wieħed iqis dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-fatt li l-kumpanija Syngenta Crop Protection AG Switzerland li assorbiet Syngenta Seeds AG, li hija d-desinatarju tad-Deċiżjoni 2004/657/KE hija l-istess entità legali li f’isimha l-applikant talab tiġdid tal-awtorizzazzjoni, li hi kkonfermat li l-ambitu tal-applikazzjoni tagħha tkopri wkoll it-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 u li hi kienet beħsiebha titlob għal tiġdid tal-prodotti koperti minn Deċiżjoni 2004/657/KE qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni msemmija f’dik id-Deċiżjoni sabiex forsi tiġi adottata Deċiżjoni waħda li tkopri dawn il-prodotti tkun tista’ tiġi adottata, liema Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-istess data, it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti eżistenti, it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu fi jew huma prodotti minn qamħirrum ħelu Bt11 (qamħirrum ħelu kemm dak frisk kif ukoll dak tal-bott) u għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għal ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11. Konsegwentement, id-Deċiżjoni 2004/657/KE għandha titħassar.

    (6)

    Għandu jinħatar identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (5).

    (7)

    Abbażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti mill-qamħirrum Bt11. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti f’OMĠ u prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu f’OMĠ li għalihom intalbet l-awtorizzazzjoni, għandu jkun ikkumplimentat b’indikazzjoni ċara li l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

    (8)

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, bl-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    (9)

    L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel jew l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (10)

    L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni jew it-tiġdid tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (11)

    L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (7), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu fi, jew fihom l-OMĠ.

    (12)

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà għall-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (8).

    (13)

    L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

    (14)

    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

    (15)

    Fil-laqgħa tiegħu tat-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill ma setax jasal għal deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Għaldaqstant, hija l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

    Il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11 (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

    Artikolu 2

    L-Awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

    (a)

    ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

    (b)

    għalf li fih, jikkonsisti fi, huwa prodott minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

    (ċ)

    prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 għall-istess uż bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    L-Ittikkettjar

    1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).

    Artikolu 4

    Il-monitoraġġ għall-effetti ambjentali

    1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

    Artikolu 5

    Ir-Reġistru Komunitarju

    L-informazzjoni stipulata fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 6

    Id-Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni se jkun Syngenta Seeds S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.

    Artikolu 7

    Il-validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ għaxar (10) snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 8

    Revoka

    Id-Deċiżjoni 2004/657/KE tħassret.

    Artikolu 9

    Id-destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza li tirrappreżenta lill-Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 300, 25.9.2004, p. 48.

    (3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2007-146

    (4)  L-opinjoni tal-EFSA ppubblikata fid-19 ta’ Mejju 2005, għat-tqegħid fis-suq tal-Bt11 għall-kultivazzjoni, għalf u proċessar industrijali – http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2004-012

    (5)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

    (6)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

    (7)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

    (8)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


    ANNESS

    (a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    Syngenta Seeds S.A.S.

    Indirizz

    :

    Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza

    F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle – l-Isvizzera

    (b)   Id-deżinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1)

    ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

    (2)

    għalf li fih, jikkonsisti fi, huwa prodott minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

    (3)

    prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 għall-istess uż bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

    Il-qamħirrum li huwa ġenetikament immodifikat SYN-BTØ11-1, kif deskritt fl-applikazzjoni għandu l-proteina Cry1Ab modifikata li tipprovdi ħarsien minn ċerti parassiti lepidopterani u l-proteina PAT li tipprovdi tolleranza għall-erbiċida ammonju tal-glufosinat.

    (c)   Tikkettjar:

    (1)

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    (2)

    Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).

    (d)   Metodu ta’ detezzjoni:

    Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qamħirrum SYN-BTØ11-1,

    Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

    Il-Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF412 aċċessibli miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Kejl u l-Materjali ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue

    (e)   L-identifikatur uniku:

    SYN-BTØ11-1

    (f)   L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    Clearing House tal-Bijosigurtà, numru tar-reġistru: ara [għandu jimtela meta jiġi nnotifikat]

    (g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

    Mhux meħtieġa.

    (h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

    Il-pjan ta’ monitoraġġ għal effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII mad-Direttiva 2001/18/KE

    [Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

    (i)   Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

    Mhux meħtieġa.

    Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


    Top