Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0364

    2010/364/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizz tal-ajru

    ĠU L 166, 1.7.2010, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/364/oj

    1.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 166/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-24 ta’ Ġunju 2010

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizz tal-ajru

    (2010/364/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew ,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

    (2)

    F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biexi tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

    (3)

    Il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-5 ta’ Mejju 2006 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/716/KE (1).

    (4)

    Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel notifika lir-Repubblika tal-Albanija fir-rigward tal-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

    (5)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim u li jagħmel din in-notifika:

    “Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”.

    Magħmul(a) fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BLANCO LÓPEZ


    (1)  ĠU L 294, 25.10.2006, p. 51.

    (2)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ġie ppubblikat fil-ĠU L 294, 25.10.2006, p. 52 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


    Top