Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0353

    2010/353/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta’ Ġunju 2010 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji maħruġa għas-sustanzi attivi ġodda amisulbrom, chlorantraniliprole, meptyldinocap u pinoxaden (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4177) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 160, 26.6.2010, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/353/oj

    26.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 160/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-24 ta’ Ġunju 2010

    li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji maħruġa għas-sustanzi attivi ġodda amisulbrom, chlorantraniliprole, meptyldinocap u pinoxaden

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4177)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/353/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Marzu 2006 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Nissan Chemical Europe SARL għall-inklużjoni tas-sustanza attiva amisulbrom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/669/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (2)

    Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fi Frar tal-2002 l-Irlanda rċeviet applikazzjoni mingħand DuPont International Operations SARL għall-inklużjoni tas-sustanza attiva chlorantraniliprole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/560/KE (3) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (3)

    Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Awwissu 2005 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Dow AgroSciences għall-inklużjoni tas-sustanza attiva meptyldinocap fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/589/KE (4) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (4)

    Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Marzu 2004 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Syngenta Ltd għall-inklużjoni tas-sustanza attiva pinoxaden fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/459/KE (5) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (5)

    Il-konferma tal-kompletezza tal-fajls kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għall-perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi konċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni relata mal-verifika dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva.

    (6)

    Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew valutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikanti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi rispettivi lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Lulju 2008 (amisulbrom), fil-11 ta’ Frar 2009 (chlorantraniliprole) u fil-25 ta’ Ottubru 2006 (meptyldinocap) u fit-30 ta’ Novermbru 2005 (pinoxaden).

    (7)

    Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi mill-Istati Membri relaturi, instab li kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istati Membri relaturi kellhom jeżaminaw din l-informazzjoni u jressqu l-evalwazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżami tal-fajls għadu għaddej u mhux ser ikun possibbli li l-evalwazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/724/KE (6) (pinoxaden).

    (8)

    Minħabba li l-evalwazzjoni li saret s’issa għadha ma identifikat l-ebda ħjiel ta’ problema immedjata, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jġeddu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, u dan sabiex ikun jista’ jitkompla l-eżami tal-fajls. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibbiltà li amisulbrom, chlorantraniliprole, meptyldinocap u pinoxaden jiġu inklużi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva jkunu tlestew fi żmien 24 xahar.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi amisulbrom, chlorantraniliprole, meptyldinocap jew pinoxaden għal perjodu li jintemm mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (2)  ĠU L 274, 18.10.2007, p. 15.

    (3)  ĠU L 213, 15.8.2007, p. 29.

    (4)  ĠU L 240, 2.9.2006, p. 9.

    (5)  ĠU L 160, 23.6.2005, p. 32.

    (6)  ĠU L 245, 13.9.2008, p. 15.


    Top