Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0321

    2010/321/: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ġunju 2010 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 188)

    ĠU L 145, 11.6.2010, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/321/oj

    11.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 145/12


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Ġunju 2010

    li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 188)

    (2010/321/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48 flimkien tal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Konvenzjoni Nru 188 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem imsemmijin “il-Konvenzjoni” u “l-ILO” rispettivament) dwar ix-xogħol fis-settur tas-sajd ġiet adottata fl-14 ta’ Ġunju 2007 fil-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol tal-ILO, imlaqqgħa f'Ġinevra u li fiha d-delegazzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea vvotaw favur l-adozzjoni.

    (2)

    Il-Konvenzjoni tirrappreżenta kontribut kbir għas-settur tas-sajd fil-livell internazzjonali fil-promozzjoni ta’ xogħol deċenti għas-sajjieda u kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni aktar ġusti għas-sidien ta’ bastimenti tas-sajd u għaldaqstant huwa mixtieq li d-dispożizzjonijiet tagħha jiġu implimentati kemm jista’ jkun malajr.

    (3)

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qegħdin jippromwovu r-ratifika ta’ konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol li huma kklassifikati aġġornati mill-ILO bħala kontribut għall-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi xogħol deċenti għal kulħadd kemm ġewwa l-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni.

    (4)

    Konformement mal-Kostituzzjoni tal-ILO, l-adozzjoni ta' kwalunkwe Konvenzjoni jew Rakkomandazzjoni mill-Konferenza, jew ir-ratifika ta' kwalunkwe Konvenzjoni minn xi Membru, titqies li fl-ebda każ ma taffettwa xi liġi, għotja, konswetudini jew ftehim li jiżgura kondizzjonijiet aktar favorevoli għall-ħaddiema kkonċernati minn dawk previsti fil-Konvenzjoni jew fir-Rakkomandazzjoni.

    (5)

    Xi dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jaqgħu fi ħdan il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali.

    (6)

    L-Unjoni ma tistax tirratifika l-Konvenzjoni, ladarba Stati biss jistgħu jkunu partijiet għaliha.

    (7)

    Il-Kunsill għandu għalhekk jawtorizza lill-Istati Membri li huma marbutin bir-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali bbażati fuq l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex jirratifikaw il-Konvenzjoni fl-interessi tal-Unjoni, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jirratifikaw, għall-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, adottata fl-14 ta’ Ġunju 2007.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri huma mistennija jagħmlu sforzi biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika tal-Konvenzjoni mad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol kemm jista' jkun malajr, preferibbilment qabel il-31 ta' Diċembru 2012. Il-Kunsill se jirrivedi l-progress tar-ratifikazzjoni qabel Jannar 2012.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. CORBACHO


    (1)  Kunsens tal-5 ta’ Mejju 2010 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) li jikkonferma l-Opinjoni tal-14 ta' Jannar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


    Top