This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0278
2010/278/: Council Decision of 10 May 2010 appointing one German member of the European Economic and Social Committee
2010/278/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Mejju 2010 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
2010/278/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Mejju 2010 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 123, 19.5.2010, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010
19.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Mejju 2010
li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2010/278/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Wilfried WOLLER, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Egbert BIERMANN, Hauptvorstand IG BCE [il-Bord Eżekuttiv Prinċipali tal-Union Industrijali tal-Ħaddiema tal-Minjieri, il-Kimika u l-Enerġija] huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. Á. MORATINOS
(1) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.