This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0237
2010/237/: Commission Decision of 27 April 2010 amending Decision 2009/379/EC setting the amounts which, pursuant to Council Regulations (EC) No 1782/2003, (EC) No 378/2007, (EC) No 479/2008 and (EC) No 73/2009 are made available to the EAFRD and the amounts available for EAGF expenditure
2010/237/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
2010/237/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
ĠU L 106, 28.4.2010, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ April 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
(2010/237/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/379/KE (2) tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2) u 143d tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3), l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4), l-Artikolu 190a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (5), u l-Artikoli 9(1), 10(3), l-Artikoli 134 u 135 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (6), isiru disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif ukoll l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/780/KE tat-22 ta’ Ottubru 2009 li tiffissa l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall għas-snin kalendarji (7) ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/235/UE (8) sabiex tikkunsidra d-deċiżjoni li ħa l-Portugall li ma japplikax modulazzjoni volontarja. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2009/1005/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) fir-rigward tal-finanzjament tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku kompliet tnaqqas l-ammont nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2009/379/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2009/379/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 117, 12.5.2009, p. 10.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
(5) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(7) ĠU L 278, 23.10.2009, p. 59.
(8) Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) ĠU L 347, 24.12.2009, p. 26.
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/379/KE, l-annotazzjonijiet għas-snin 2010, 2011, 2012, u 2013 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
(EUR miljuni) |
||||||||||
Ammonti li saru disponibbli għall-FAEŻR |
Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
Sena tal-baġit |
|||||||
Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
L-Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 |
L-Artikolu 190a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 |
|||
“2010 |
|
|
1 867,1 |
22 |
|
|
397 |
82,11 |
501,821534 |
44 275,968466 |
2011 |
|
|
2 095,3 |
22 |
484 |
51,6 |
374,9 |
122,61 |
|
44 466,59 |
2012 |
|
|
2 355,3 |
22 |
484 |
51,6 |
347,3 |
122,61 |
|
44 710,19 |
2013 |
|
|
2 640,9 |
22 |
484 |
51,6 |
313,9 |
122,61 |
|
44 938,99 ” |