Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0216

    2010/216/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ April 2010 li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 94, 15.4.2010, p. 33–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/216/oj

    15.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 94/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-14 ta’ April 2010

    li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/216/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-produzzjoni tal-Istatistika Ewropea għandu jkun hemm bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-utenti u l-piż fuq dawk li jwieġbu.

    (2)

    Twettqet analiżi teknika f’livell Ewropew tad-dejta eżistenti miġbura skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar kif ukoll tal-politika ta’ tixrid biex tipproponi soluzzjonijiet tekniċi possibbli għas-simplifikazzjoni, kemm jista’ jkun, tal-attivitajiet varji meħtieġa għall-produzzjoni statistiċi, waqt li żżomm ir-riżultat finali f’konformità mal-ħtiġijiet preżenti u previsti tal-utenti.

    (3)

    Bħala riżultat ta’ din l-analiżi, l-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur għat-trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin u l-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur għat-traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) u mxerrda fuq bażi annwali, filwaqt li l-varjabbli relatat mad-dimensjoni ta’ klassifika “n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti” fl-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur għat-trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin għandha tinġabar mill-Istati Membri fuq bażi volontarja.

    (4)

    Jeħtieġ li n-nomenklatura taż-żoni kostali marittimi u n-nomenklatura tan-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi.

    (5)

    Id-Direttiva 2009/42/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċizjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sistema Statistika Ewropea, stipulat bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (2),

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi IV, V u VIII tad-Direttiva 2009/42/KE huma ssostitwiti bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-ewwel sena ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun l-2009, li tkopri d-dejta tal-2009.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29.

    (2)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.


    ANNESS

    ANNEX IV

    IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI

    In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) (1) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.

    Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr il-pajjiżi li huma maqsuma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero (minn 1 sa 7), bħal hawn isfel:

    Kodici

    Żoni kostali marittimi

    FR01

    Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana

    FR02

    Franza: il-Mediterran

    FR03

    Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: il-Guyana Franċiża

    FR04

    Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: Martinique u Gaudeloupe

    FR05

    Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: Réunion

    DE01

    il-Ġermanja: il-Baħar tat-Tramuntana

    DE02

    il-Ġermanja: il-Baltiku

    DE03

    il-Ġermanja: Intern

    GB01

    ir-Renju Unit

    GB02

    l-Isle of Man

    GB03

    iċ-Channel Islands

    ES01

    Spanja: l-Atlantiku (it-tramuntana)

    ES02

    Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-nofs in-nhar) inlużi l-Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji

    SE01

    l-Iżvezja: il-Baltiku

    SE02

    l-Iżvezja: il-Baħar tat-Tramuntana

    TR01

    it-Turkija: il-Baħar l-Iswed

    TR02

    it-Turkija: il-Mediterran

    RU01

    ir-Russja: il-Baħar l-Iswed

    RU03

    ir-Russja: l-Ażja

    RU04

    ir-Russja: il-Baħar ta’ Barents u l-Baħar l-Abjad

    RU05

    ir-Russja: il-Baltiku, il-Golf tal-Finlandja biss

    RU06

    ir-Russja: il-Baltiku, eskluż il-Golf tal-Finlandja

    RU07

    ir-Russja: il-kanali interni Ewropej, inkluż il-Baħar Kaspju

    MA01

    il-Marokk: il-Mediterran

    MA02

    il-Marokk: l-Afrika tal-Punent

    EG01

    l-Eġittu: il-Mediterran

    EG02

    l-Eġittu: il-Baħar l-Aħmar

    IL01

    l-Iżrael: il-Mediterran

    IL02

    l-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar

    SA01

    l-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar

    SA02

    l-Arabja Sawdita: il-Golf

    US01

    l-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (it-Tramuntana)

    US02

    l-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (in-nofs in-nhar)

    US03

    l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Golf

    US04

    l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (in-nofs in-nhar)

    US05

    l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (it-tramuntana)

    US06

    l-Istati Uniti tal-Amerika: Great Lakes

    US07

    Puerto Rico

    CA01

    il-Kanada: l-Atlantiku

    CA02

    il-Kanada: Great Lakes u Upper Saint Lawrence

    CA03

    il-Kanada: il-Kosta tal-Punent

    CO01

    il-Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntana

    CO02

    il-Kolombja: il-Kosta tal-Punent

    Bil-kodiċijiet addizzjonali

    ZZ01

    Installazzjonijiet barra mix-xtut li mhuma speċifikati mkien oħra

    ZZ02

    Aggregati u postijiet li mhuma speċifikati mkien ieħor

    ANNESS V

    NAZZJONALITÀ TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-BASTIMENTI

    In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) (2) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.

    Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija hawn fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr għal pajjiżi b’aktar min reġistru wieħed, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero, bħal hawn isfel:

    FR01

    Franza

    FR02

    it-Territorju Antartiku Franċiż (inklużi l-Gżejjer Kerguelen) [ir-reġistru twaqqaf fl-aħħar ta’ April 2007]

    FR03

    Franza (RIF) [reġistru ġdid introdott f’Mejju 2007]

    IT01

    l-Italja – l-ewwel reġistru

    IT02

    l-Italja – ir-reġistru internazzjonali

    GB01

    ir-Renju Unit

    GB02

    l-Isle of Man

    GB03

    iċ-Channel Islands

    GB04

    Ġibiltà

    DK01

    id-Danimarka

    DK02

    id-Danimarka (DIS)

    PT01

    il-Portugall

    PT02

    il-Portugall (MAR)

    ES01

    Spanja

    ES02

    Spanja (Rebeca)

    NO01

    in-Norveġja

    NO02

    in-Norveġja (NIS)

    US01

    l-Istati Uniti tal-Amerika

    US02

    Puerto Rico

    ANNEX VIII

    L-ISTRUTTURA GĦAL SETTIJIET TA’ DEJTA STATISTIKA

    Is-settijiet ta’ dejta speċifikati f’dan l-Anness jiddefinixxu l-frekwenza għall-istatistika tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunità. Kull sett ta’ dejta jiddefinixxi klassifika inkroċjata ta’ sett limitat ta’ qisien fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul il-qisien l-oħrajn kollha, li għalihom tkun meħtieġa statistika ta’ kwalità tajba.

    Il-kondizzjonijiet għal ġbir tas-sett ta’ dejta B1 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati tal-istudji bi prova mwettqa tul perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/64/KE u dwar il-fattibilità u l-ispiża lill-Istati Membri u lil dawk li jirrispondu għal ġbir ta’ dawn il-punti ta’ tagħrif.

    STATISTIKA FIL-QOSOR U DDETTALJATA

    Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija u l-passiġġieri huma A1, A2, B1, C1, D1, E1, F1 u/jew F2.

    Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija iżda mhux għall-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, E1, F1 u/jew F2.

    Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri iżda mhux għall-merkanzija huma A3, D1, F1 u/jew F2.

    Is-sett ta’ dejta li għandu jiġi pprovdut għal portijiet magħżula u għal portijiet li mhumiex magħżula (la għall-merkanzija u lanqas għall-passiġġieri) huwa A3.

    Sett ta’ dejta A1

    :

    Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin, bil-port, tip ta’ merkanzija u relazzjoni

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    ta’ kull tliet xhur


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    A1

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (1, 2, 3, 4)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Port ta’ tagħbija/ħatt

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

    Relazzjoni

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Żoni kostali marittimi, Anness IV

    Tip ta’ merkanzija

    Karattru wieħed alfanumeriku

    Tip ta’ merkanzija, Anness II

    Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


    Sett ta’ dejta A2

    :

    Trasport bil-baħar b’tagħbija bla unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija u r-relazzjoni

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    ta’ kull tliet xhur


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    A2

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (1, 2, 3, 4)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Port ta’ tagħbija/ħatt

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

    Relazzjoni

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Żoni kostali marittimi, Anness IV

    Tip ta’ merkanzija

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Tip ta’ merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), Anness II (subkategoriji 1X, 11, 12, 13, 19, 2X, 21, 22, 23, 29, 9X, 91, 92 u 99)

    Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


    Sett ta’ dejta A3

    :

    Dejta meħtieġa kemm għal portijiet magħżula kif ukoll għal dawk li għalihom l-istatistika dettaljata mhijiex meħtieġa (ara l-Artikolu 4(3))

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    annwali


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    A3

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (0)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Il-Portijiet kollha fil-lista tal-portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.

    Numru ta’ passiġġieri (ħlief passiġġieri fuq kroċieri).

    Numru ta’ passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera.

    Numru ta’ passiġġieri tal-kroċieri fuq eskursjoni: direzzjoni: ‘il ġewwa (1) biss - (mhux obbligatorju).


    Sett ta’ dejta B1

    :

    Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-prodotti u r-relazzjoni

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    annwali


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    B1

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (0)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Port ta’ tagħbija/ħatt

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

    Relazzjoni

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Żoni kostali marittimi, Anness IV

    Tip ta’ merkanzija

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Tip ta’ merkanzija, Anness II

    Prodott

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Nomenklatura tal-merkanzija, Anness III

    Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


    Sett ta’ dejta C1

    :

    Trasport bil-baħar b’tagħbija b’unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, ir-relazzjoni u l-istat tat-tagħbija

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    kull tliet xhur


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    C1

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (1, 2, 3, 4)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Port ta’ tagħbija/ħatt

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

    Relazzjoni

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Żoni kostali marittimi, Anness IV

    Tip ta’ merkanzija

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Tip ta’ merkanzija (kontejner, ro-ro biss), l-Anness II (subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69)

    Dejta: Il-piż gross tal-prodotti f’tunnellati (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

    Numru ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

    Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 59, 6X, 61, 63 u 69).


    Sett ta’ Dejta D1

    :

    Trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin, skont ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    annwali


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    D1

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (1, 2, 3, 4)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Port ta’ tagħbija/ħatt

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

    Relazzjoni

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Żoni kostali marittimi, Anness IV

    Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment (mhux obbligatorju)

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, Anness V

    Dejta: Numru ta’ passiġġieri għajr passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera u passiġġieri tal-kroċieri fuq eskursjoni.


    Sett ta’ dejta E1

    :

    Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    annwali


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    E1

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (0)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Port ta’ tagħbija/ħatt

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

    Relazzjoni

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Żoni kostali marittimi, Anness IV

    Tip ta’ merkanzija

    Karattru wieħed alfanumeriku

    Tip ta’ merkanzija, Anness II

    Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, Anness V

    Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


    Sett ta’ dejta F1

    :

    Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni għall-passiġġieri tal-kroċieri)

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    annwali


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    F1

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (1, 2, 3, 4)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Tip ta’ bastiment

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Tip ta’ bastiment, Anness VI

    Daqs tal-bastiment DWT

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Klassijiet tad-daqs f’tunnellati ta’ piż, Anness VII

    Dejta: Numru ta’ bastimenti.

    Il-piż tal-bastimenti f’tunnellati.


    Sett ta’ dejta F2

    :

    Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni għall-passiġġieri tal-kroċieri)

    Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

    :

    annwali


     

    Varjabbli

    Dettall tal-kodifikazzjoni

    Nomenklatura

    Dimensjonijiet

    Sett ta’ dejta

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    F2

    Sena ta’ referenza

    Erba’ karattri alfanumeriċi

    (eż. 1997)

    Tliet xhur ta’ referenza

    Karattru wieħed alfanumeriku

    (1, 2, 3, 4)

    Il-port li jagħmel ir-rapport

    Ħames karattri alfanumeriċi

    Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

    Direzzjoni

    Karattru wieħed alfanumeriku

    ‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

    Tip ta’ bastiment

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Tip ta’ bastiment, Anness VI

    Daqs tal-bastiment GT

    Żewġ karattri alfanumeriċi

    Klassijiet tad-daqs f’tunnellaġġ gross, Anness VII

    Dejta: Numru ta’ bastimenti.

    Tunnellaġġ gross tal-bastimenti.


    (1)  Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

    (2)  Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).


    Top