Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0197

    2010/197/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/197/PESK tal- 31 ta’ Marzu 2010 dwar il-varar ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

    ĠU L 87, 7.4.2010, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/197/oj

    7.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 87/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/197/PESK

    tal-31 ta’ Marzu 2010

    dwar il-varar ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fir-Riżoluzzjoni 1872 (2009) dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, adottata fis-26 ta' Mejju 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) saħaq dwar l-importanza tal-istabbiliment mill-ġdid, it-taħriġ, l-attrezzar u ż-żamma tal-forzi tas-sigurtà Somali, u ħeġġeġ lill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali biex joffru għajnuna teknika għat-taħriġ u l-attrezzar tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu, 1897 (2009) adottata fit-30 ta' Novembru 2009, il-KSNU fakkar ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu u afferma mill-ġdid ir-rispett tiegħu għas-sovranità, l-integrità territorjali, l-indipendenza politika u l-unità tas-Somalja.

    (2)

    Permezz ta' ittra datata l-5 ta' Jannar 2010, il-Ministru tad-Difiża tal-Uganda laqa' l-missjoni prevista tal-Unjoni b'appoġġ għas-Settur tas-Sigurtà fis-Somalja u stieden lill-Unjoni biex tipparteċipa fit-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja fl-Uganda għal perijodu ta' mill-inqas sena.

    (3)

    Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka, għalhekk ma tipparteċipax fl-iffinanzjar ta’ din il-missjoni,

    ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Pjan tal-Missjoni għall-missjoni militari tal-UE biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja, minn hawn 'il quddiem imsejjħa “EUTM Somalia”, huwa approvat.

    Artikolu 2

    L-EUTM Somalia ser tiġi varata fis-7 ta' April 2010.

    Artikolu 3

    Il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM Somalia huwa b'dan awtorizzat b'effett immedjat li jirrilaxxa l-ordni ta' attivazzjoni (ACTORD) sabiex jeżerċita l-iskjerament tal-forzi u jibda l-eżekuzzjoni tal-missjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Á. MORATINOS


    (1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.


    Top