This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0196
2010/196/,Euratom: Council Decision of 16 March 2010 on the allocation of financial intermediation services indirectly measured (FISIM) for the establishment of the gross national income (GNI) used for the purposes of the European Union’s budget and its own resources
2010/196/,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Marzu 2010 dwar l-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) għall-istabbiliment tad-dħul nazzjonali gross (DNG) użat għall-finijiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji tagħha
2010/196/,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Marzu 2010 dwar l-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) għall-istabbiliment tad-dħul nazzjonali gross (DNG) użat għall-finijiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji tagħha
ĠU L 87, 7.4.2010, pp. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
7.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Marzu 2010
dwar l-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) għall-istabbiliment tad-dħul nazzjonali gross (DNG) użat għall-finijiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji tagħha
(2010/196/UE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 448/98 tas-16 ta’ Frar 1998 li jkompli u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2223/96 f’ dak li għandu x’jaqsam mal-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) fi ħdan is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA) (2) jipprevedi li d-deċiżjoni sabiex jiġu allokati FISIM għall-istabbiliment tal-prodott nazzjonali gross użat għall-finijiet tal-baġit Komunitarju u r-riżorsi proprji tagħha għandha tiġi adottata mill-Kunsill. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2002 il-kunċett ta’ prodott nazzjonali gross ġie sostitwit bil-kunċett ta’ Dħul Nazzjonali Gross (DNG), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (3). |
|
(2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom jipprevedi li fejn modifiki fis-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA 95) jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fid-DNG kif previst mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi jekk dawk il-modifiki għandhomx japplikaw għall-finijiet ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Huwa adatt li jintużaw il-kunċetti tal-istatistika l-aktar reċenti għall-finijiet tal-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi proprji tagħha, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-istabbiliment tad-DNG kif previst mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-ESA 95. Għalhekk il-FISIM għandhom jiġu allokati għall-istabbiliment tad-DNG għall-finijiet tal-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi proprji tagħha. |
|
(4) |
Sa Ottubru 2008, l-Istati Membri kollha tal-UE-27 kienu bagħtu d-data tagħhom inkluż dwar l-allokazzjoni tal-FISIM skont il-metodoloġija l-ġdida. Il-valutazzjoni ta’ dik id-data indikat li l-allokazzjoni tal-FISIM tirriżulta f’bidla sinifikanti fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom peress li din iżżid id-DNG b’medja ta’ aktar minn 1 % u timplika, meta jiġi applikat il-metodu deskritt fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni, bidla fil-limiti massimi stabbiliti mill-Artikolu 3. |
|
(5) |
Għalhekk l-allokazzjoni tal-FISIM għandha tapplika għall-finijiet tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom. |
|
(6) |
Jitqies li hu adatt li l-bidliet li jirriżultaw jiġu applikati mis-sena finanzjarja 2010, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) għandhom jiġu allokati għall-istabbiliment tad-dħul nazzjonali gross għall-finijiet tal-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi proprji tagħha.
Artikolu 2
L-allokazzjoni tal-FISIM skont l-Artikolu 1 għandha tapplika għall-finijiet tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SALGADO