Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0186

    2010/186/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/186/PESK tad- 29 ta' Marzu 2010 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

    ĠU L 83, 30.3.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0638

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/186/oj

    30.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 83/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/186/PESK

    tad-29 ta' Marzu 2010

    li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Ottubru 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1).

    (2)

    Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1003/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK u li tinkludi miżuri restrittivi addizzjonali (2).

    (3)

    Il-Kunsill jikkunsidra li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw l-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK. Il-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni msemmijin fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fid Brussell 29 ta’ Marzu 2010

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ESPINOSA


    (1)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

    (2)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 51.


    ANNESS

    Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1

    Nru 2

    Ġeneral tad-Diviżjoni Mamadouba (psewdonimu Mamadou) Toto CAMARA

    Nru 3

    Ġeneral Sékouba KONATÉ

    Nru 16

    Kmandant Kelitigui FARO

    Nru 43

    Is-Sur Kabinet (psewdonimu Kabiné) KOMARA


    Top