This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0148
2010/148/: Commission Decision of 5 March 2010 on a financial contribution from the Union towards emergency measures to combat avian influenza in the Czech Republic, Germany, Spain, France and Italy in 2009 (notified under document C(2010) 1172)
2010/148/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Marzu 2010 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1172)
2010/148/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Marzu 2010 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1172)
ĠU L 60, 10.3.2010, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Marzu 2010
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja fl-2009
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1172)
(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(2010/148/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva tat-tjur u għasafar oħra mrobbija b’impatt serju fuq il-profitabilità tat-trobbija tat-tjur u li toħloq xkiel fil-kummerċ intra-Komunitarju u fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tal-influwenza tat-tjur, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tat-tjur f’dak l-Istat Membru, imma wkoll fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2) li tintroduċi l-miżuri tal-Unjoni għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur tistipula miżuri li f’każ ta’ tifqigħa għandhom jiġu implimentati immedjatament mill-Istati Membri b’urġenza sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda tal-influwenza tat-tjur. |
(5) |
L-Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiż tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxu regoli dwar il-persentaġġ tan-nefqa mġarrba mill-Istat Membru li tista’ tkun koperta mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
(6) |
Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-influwenza tat-tjur huwa suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3). |
(7) |
Fl-2009 kien hemm tifqigħat tal-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja. Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, u l-Italja ħadu miżuri skont id-Direttiva 2005/94/KE biex jiġġieldu dawn it-tifqigħat. |
(8) |
L-awtoritajiet tar-Repubblika Ċeka, tal-Ġermanja, ta’ Spanja, ta’ Franza, u tal-Italja setgħu juru, permezz ta’ rapporti pprovduti fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali u s-sottomissjoni kontinwa ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-qagħda tal-marda, li implimentaw b’mod effiċjenti l-miżuri previsti fid-Direttiva 2005/94/KE li wasslu għal trażżin rapidu tal-marda. |
(9) |
L-awtoritajiet tar-Repubblika Ċeka, tal-Ġermanja, ta’ Spanja, ta’ Franza, u tal-Italja għalhekk issodisfaw l-obbligi tekniċi u amministrattivi kollha tagħhom fir-rigward tal-miżuri previsti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lir-Repubblika Ċeka, lill-Ġermanja, lil Spanja, lil Franza, u lill-Italja
Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lir-Repubblika Ċeka, lill-Ġermanja, lil Spanja, lil Franza, u lill-Italja għall-ispejjeż imġarrba minn dawn l-Istati Membri waqt li ħadu miżuri skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE biex jiġġieldu l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja fl-2009.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika ta’ Franza, u lir-Repubblika tal-Italja.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.