Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0128

    2010/128/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/128/PESK tal- 1 ta' Marzu 2010 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq

    ĠU L 51, 2.3.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/128(1)/oj

    2.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 51/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/128/PESK

    tal-1 ta' Marzu 2010

    li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1), b’implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU).

    (2)

    Fil-21 ta’ Diċembru 2009, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1905 (2009) li biha ddeċieda inter alia li jestendi sal-31 ta’ Diċembru 2010 l-arranġamenti għall-iddepożitar fil-Fond għall-Iżvilupp għall-Iraq ta’ dħul mill-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ żejt mhux raffinat, prodotti ta’ żejt mhux raffinat u gass naturali u dwar l-immunità minn proċeduri legali ta’ ċerti assi Iraqqini, kif imsemmija fir-Riżoluzzjonijiet 1483 (2003) u 1546 (2004) tal-KSNU.

    (3)

    Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha għalhekk tiġi emendata.

    (4)

    Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implementati ċerti miżuri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7 huwa sostitwit bi:

    “L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2010.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f′Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. LÓPEZ GARRIDO


    (1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 72.


    Top