EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0122

2010/122/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Frar 2010 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjoni għal applikazzjoni tal-kadmju (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1034) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 49, 26.2.2010, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2013; Imħassar b' 32011L0065

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/122(1)/oj

26.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Frar 2010

li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjoni għal applikazzjoni tal-kadmju

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1034)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/122/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju f’tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/95/KE lill-Kummissjoni tobbligaha tagħmel kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa biex tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-lista ta’ applikazzjonijiet eżentati mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Għad mhuwiex teknikament prattikabbli li fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien ikun sostitwit il-kadmju mingħajr ma teħżien serjament il-prestazzjoni. Ċerti materjali u komponenti li fihom il-kadmju għaldaqstant għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni. Madakollu, tinsab għaddejja riċerka dwar teknoloġiji bla użu ta’ kadmju, u sa mhux aktar tard minn erba’ jew ħames snin oħra għandhom isiru disponibbli xi sostituti.

(3)

Id-Direttiva 2002/95/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet rilevanti.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE, għandu jiżdied il-punt 39 li ġej:

“39.

Il-kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien (< 10 μg Cd/mm2 ta’ medda li tarmi d-dawl) għall-użu f’sistemi ta’ stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija sal-1 ta’ Lulju 2014.”


Top