EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0121

2010/121/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/121/PESK tal- 25 ta’ Frar 2010 li temenda l-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

ĠU L 49, 26.2.2010, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0101

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/121(1)/oj

26.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/121/PESK

tal-25 ta’ Frar 2010

li temenda l-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/92/PESK (2), adottata fil-15 ta’ Frar 2010, estendiet il-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK sal-20 ta’ Frar 2011.

(3)

Il-Kunsill jikkunsidra li għandha tiżdied persuna mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK. Il-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

(2)  ĠU L 41, 16.2.2010, p. 6.


ANNESS

Persuna msemmija fl-Artikolu 1

Nru 57

Jangara magħruf ukoll bħala Changara, Thomsen


Top