Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0062

    2010/62/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Frar 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Greċja, Malta, il-Portugall u l-Finlandja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 474)

    ĠU L 35, 6.2.2010, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/62(1)/oj

    6.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 35/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-4 ta’ Frar 2010

    dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Greċja, Malta, il-Portugall u l-Finlandja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 474)

    (It-testi bil-Finlandiż, bil-Grieg, bil-Malti, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

    (2010/62/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/396/KE (2) u 2009/87/KE (3) approvaw, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas kollha ħlief l-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP”, “INGA” u “IFAP” u l-aġenzija tal-ħlas Finlandiża “MAVI”.

    (2)

    Wara t-trasmissjoni ta' tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tinsab fil-qagħda li tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija ta' ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP” u “IFAP” u l-aġenzija ta’ ħlas Finlandiża “MAVI”.

    (3)

    L-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1290/2005 fir-rigward tal- akkreditazzjoni tal-aġenziji ta’ ħlas u korpi oħra u l-approvazzjonii tal-kontijiet tal-FAEG u tal-EAFRD (4) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil, kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas is-self imħallas matul is-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2007, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mas-self skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

    (4)

    Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b'reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III tar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabelli mudelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2008. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    (5)

    Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

    (6)

    Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjonijiet 2008/396/KE u 2009/87/KE.

    (7)

    Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B'hekk huma approvati l-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP” u “IFAP” u l-aġenzija ta’ ħlas Finlandiża “MAVI” li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007.

    L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Finlandja.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 139, 29.5.2008, p. 33.

    (3)  ĠU L 33, 3.2.2009, p. 38.

    (4)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


    ANNESS

    APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

    SENA FINANZJARJA 2007

    AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU.

    MS

     

    2007 - Nefqa / Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet huma

    Total a + b

    Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa

    Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1)

    Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

    Pagamenti li jkunu saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

    Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat membru

    Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru skont id-Deċiżjoni 2008/396/KE

    Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lill-(+) Istat Membru skont id-Deċiżjoni 2009/87/KE

    Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (2)

    Approvati

    mhux approvati

    = nefqa /dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

    = total tan-nefqa / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

     

     

    a

    b

    c = a + b

    d

    e

    f = c + d + e

    g

    h = f – g

    i

    i'

    j = h – i – i'

    EL

    EUR

    2 377 709 692,71

    0,00

    2 377 709 692,71

    –3 777 975,35

    –5 925 969,19

    2 368 005 748,17

    2 374 149 976,67

    –6 144 228,50

    0,00

    0,00

    –6 144 228,50

    MT

    EUR

    1 968 874,78

    0,00

    1 968 874,78

    –16 690,38

    0,00

    1 952 184,40

    1 953 932,59

    –1 748,19

    0,00

    0,00

    –1 748,19

    PT

    EUR

    718 788 155,94

    0,00

    718 788 155,94

    – 283 116,74

    – 210 898,70

    718 294 140,50

    717 209 444,82

    1 084 695,68

    0,00

    295 352,51

    789 343,17

    FI

    EUR

    579 761 052,62

    0,00

    579 761 052,62

    –1 768 694,94

    –17 427,95

    577 974 929,73

    577 803 602,60

    171 327,13

    0,00

    0,00

    171 327,13


    MS

     

    Nefqa (3)

    Dħul Assenjat (3)

    Fond taz-Zokkor

    Artikolu 32 (=e)

    Total (=h)

    Nefqa (4)

    Dħul assenjat (4)

    05 07 01 06

    6701

    05 02 16 02

    6803

    6702

    i

    j

    k

    l

    m

    n = i + j + k + l + m

    EL

    EUR

    – 218 259,31

    0,00

    0,00

    0,00

    –5 925 969,19

    –6 144 228,50

    MT

    EUR

    –1 682,32

    –65,87

    0,00

    0,00

    0,00

    –1 748,19

    PT

    EUR

    1 000 241,87

    0,00

    0,00

    0,00

    – 210 898,70

    789 343,17

    FI

    EUR

    189 819,66

    –1 064,58

    0,00

    0,00

    –17 427,95

    171 327,13


    (1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li ġew ikkunsidrati fis-sistema tal-pagament, li għalihom b'mod partikolar qed jiżdiedu l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett għall-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2008

    (2)  Għall-ikkalkular tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru li għandu jiġi kkalkulat jkun, it-total tad-dikjarazzjonijiet annwali fid-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa approvata (kollonna a),jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mhux approvata (kollonna b). Rata tal-kambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006

    (3)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat tkun għal vantaġġ tal-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt 05 07 01 06.

    (4)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat tal-Fond taz-Zokkor ikun għal vantaġġ tal-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt

    Nota: Nomenklatura 2010: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.


    Top