Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0030

    2010/30/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9703) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 12, 19.1.2010, p. 14–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/30(1)/oj

    19.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 12/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-9 ta’ Diċembru 2009

    li temenda l-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9703)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/30/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(f) tagħha (1),

    Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, ifformulati fl-10 ta’ Jannar 2008 u fis-6 ta’ Marzu 2008 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veġetali,

    Billi:

    (1)

    L-“Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim” u l-“Echinacea purpurea (L.) Moench” jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/83/KE. L-“Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim” u l-“Echinacea purpurea (L.) Moench” jistgħu jitqiesu bħala sustanzi veġetali, preparazzjonijiet veġetali jew taħlitiet tagħhom.

    (2)

    Għalhekk huwa xieraq li jiġi inklużi l-“Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim” u l-“Echinacea purpurea (L.) Moench” fil-lista ta' sustanzi veġetali, il-preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom, għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2).

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2008/911/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    (2)

    L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi President


    (1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

    (2)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42.


    ANNESS I

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/911/KE, jiddaħħlu ż-żewġ sustanzi li ġejjin wara l-“Calendula officinalis L”:

    Echinacea purpurea (L.) Moench”,

    Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim”.


    ANNESS II

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/911/KE il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt relatat mal-“Calendula officinalis L”:

    DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ECHINACEA PURPUREA (L.) MOENCH, HERBA RECENS

    Isem xjentifiku tal-pjanta

    Echinacea purpurea (L.) Moench”

    Familja botanika

    Asteraceae

    Sustanza veġetali

    Echinacea

    Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE

     

    BG (bălgarski): пурпурна ехинацея, пресен стрък

     

    CS (čeština): čerstvá nať třapatky nachové

     

    DA (dansk): Purpursolhat, frisk urt

     

    DE (deutsch): Purpursonnenhutkraut, frisch

     

    EL (elliniká): Πόα Εχινάκεας της πορφυράς

     

    EN (English): purple coneflower herb

     

    ES (español): Equinácea purpúrea, partes aéreas incluidas sumidades floridas

     

    ET (eesti keel): punane siilkübar

     

    FI (suomi): kaunopunahattu, tuore verso

     

    FR (français): parties aériennes fraîches d’échinacée pourpre

     

    HU (magyar): bíbor kasvirág virágos hajtása

     

    IT (italiano): Echinacea purpurea, pianta fresca

     

    LT (lietuvių kalba): rausvažiedžių ežiuolių žolė

     

    LV (latviešu valoda): purpursarkanās ehinacejas laksti

     

    MT (Malti): Echinacea Vjola

     

    NL (nederlands): rood zonnehoedkruid

     

    PL (polski): jeżówka purpurowa, świeże ziele

     

    PT (português): Equinácea, partes aéreas floridas

     

    RO (română): iarbã proaspãtã de Echinacea, pãlãria soarelui

     

    SK (slovenčina): echinacea purpurová, čerstvá vňať

     

    SL (slovenščina): sveža zel škrlatne ehinaceje

     

    SV (svenska): röd solhatt, färsk ört

     

    IS (íslenska): Sólhattur

     

    NO (norsk): Rød solhatt

    Preparazzjoni/ijiet veġetali

    Meraq u meraq imnixxef minn partijiet friski tal-pjanta maqtugħin mill-art li qed jiffjorixxu.

    Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea

    Mhux Applikabbli

    Indikazzjoni/jiet

    Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għal trattament ta’ ġrieħi żgħar superfiċjali.

    Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali biex jintuża f'indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.

    Tip ta’ tradizzjoni

    Ewropea

    Dożaġġ speċifikat

    Minn 10 sa 20 g /100 g ta' meraq magħsur jew ammont ekwivalenti ta’ meraq magħsur imnixxef f’forom ta' dożaġġ likwidi jew semi- solidi.

    Pożoloġija speċifikata

    Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani:

    Ammont żgħir ta’ ingwent għandu jiġi applikat fuq il-ġerħa darbtejn jew tliet darbiet kuljum.

    Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara s-sezzjoni “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).

    Mnejn u kif jingħata

    Użu fuq il-ġilda.

    Tul ta’ żmien tal-użu jew xi restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu

    Tużax il-prodott mediċinali għal aktar minn ġimgħa.

    Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Kwalunkwe tagħrif ieħor għall-użu bla periklu

    Kontraindikazzjonijiet

    Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għall-pjanti tal-familja Asteraceae (Compositae).

    Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

    Jekk jidhru sinjali ta' infezzjoni tal-ġilda, għandu jintalab parir mediku.

    L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex rakkommandat minħabba li ma hemmx stħarriġ biżżejjed dwar l-użu sikur tiegħu.

    Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

    Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.

    Tqala u rdigħ

    Ma hemm l-ebda dejta dwar l-użu fuq il-ġilda waqt it-tqala jew l-irdigħ.

    Il-prodotti li fihom l-Echinacea ma għandhomx jiġu applikati fuq sider in-nisa li jreddgħu.

    Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni

    Ma sar ebda studju fuq kapaċità ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni.

    Effetti mhux mixtieqa

    Jista’ jkun hemm reazzjonijiet ipersensittivi (raxx lokali, dermatite, ekżema u anġioedema tax-xufftejn).

    Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet negattivi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Doża eċċessiva

    Ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ doża eċċessiva.

    DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ELEUTHEROCOCCUS SENTICOSUS (RUPR. ET MAXIM.) MAXIM., RADIX

    Isem xjentifiku tal-pjanta

    Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim..

    Familja botanika

    Araliaceae

    Sustanza veġetali

    Għeruq tal-Eleutherococcus

    Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE

     

    BG (bălgarski): елеутерокок, корен

     

    CS (čeština): eleuterokokový kořen

     

    DA (dansk): Russisk rod

     

    DE (deutsch): Taigawurzel

     

    EL (elliniká): Pίζα Eλευθεροκόκκου

     

    EN (English): Eleutherococcus root

     

    ES (español): Eleuterococo, raíz de

     

    ET (eesti keel): eleuterokokijuur

     

    FI (suomi): venäjänjuuren juuri

     

    FR (français): racine d’éleuthérocoque (racine de ginseng sibérien)

     

    HU (magyar): Szibériai ginszeng gyökér (tajga gyökér)

     

    IT (italiano): Eleuterococco radice

     

    LT (lietuvių kalba): Eleuterokokų šaknys

     

    LV (latviešu valoda): eleiterokoka sakne

     

    MT (Malti): Għerq tal-elewterokokku

     

    NL (nederlands): Russische ginsengwortel

     

    PL (polski): korzeń eleuterokoka

     

    PT (português): Raiz de Ginseng Siberiano

     

    RO (română): Rădăcină de ginseng siberian

     

    SK (slovenčina): Všehojovcový koreň

     

    SL (slovenščina): korenina elevterokoka

     

    SV (svenska): Rysk rot

     

    IS (íslenska): Síberíu ginseng, rót

     

    NO (norsk): Russisk rot

    Preparazzjoni/ijiet veġetali

    Sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar għal preparazzjoni ta’ te veġetali

    Estratt likwidu (1:1, etanol 30-40 % v/v)

    Estratt niexef (13-25: 1, etanol 28-40 % v/v)

    Estratt niexef (17-30: 1, etanol 70 % v/v)

    Estratt ilmi niexef (15-17:1)

    Tintura 1 (1:5, etanol 40 % v/v)

    Referenza monografika tal-Farrmakopea Ewropea

    Eleutherococcus – Eleutherococci radix (ref.: 01/2008: 1419 corrected 6.0)

    Indikazzjoni/jiet

    Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għal sintomi ta’ asthenia bħall-għajja u dgħufija.

    Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għall-użu f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.

    Tip ta’ tradizzjoni

    Ċiniża, Ewropea

    Dożaġġ speċifikat

    Mhux applikabbli

    Pożoloġija speċifikata

    Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani:

    Preparazzjonijiet veġetali:

    Doża ta’ kuljum

    Sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar fil-forma ta’ te tal-ħxejjex: 0,5-4 g

    Preparazzjoni tat-te: 0,5 sa 4 g ta’ sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar għall-infużjoni f’150 ml ta’ misħun.

    Frekwenza tad-dożaġġ: 150 ml ta’ infużjoni ta’ te għandha tinqasam f’minn wieħed sa tliet dożi li jridu jittieħdu tul il-ġurnata.

    Estratt likwidu: 2-3 ml

    Estratti xotti (etanol 28-70 % v/v) li jikkorrespondu għal 0.5-4 g

    Estratt ilmi niexef (15-17:1): 90 - 180 mg

    Tintura: 10-15 ml

    Id-doża ta’ kuljum tista’ tittieħed f’doża waħda jew fi tliet dożi.

    Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara s-sezzjoni “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).

    Kif tittieħed

    Użu orali

    Tul ta’ żmien tal-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien tal-użu

    Ma għandhiex tittieħed għal aktar minn xahrejn.

    Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti wara ġimagħtejn tul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Kwalunkwe tagħrif ieħor għall-użu bla periklu

    Kontraindikazzjonijiet

    L-ipersensittività għas-sustanza attiva.

    Ipertensjoni arterjali.

    Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

    L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex rakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli.

    Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti waqt l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

    Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.

    Tqala u rdigħ

    Ma ġietx stabbilita s-sikurezza matul it-tqala u l-irdigħ.

    Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u l-irdigħ mhuwiex irrakkomandat.

    Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni

    Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

    Effetti mhux mixtieqa

    Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm nuqqas ta’ rqad, irritabilità, tachycardia u wġigħ ta’ ras. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

    Doża eċċessiva

    Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva.”


    Top