Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010B0497

    2010/497/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008

    ĠU L 252, 25.9.2010, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/497/oj

    25.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/35


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-5 ta' Mejju 2010

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008

    (2010/497/UE, Euratom)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (1),

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7-0172/2009) (2),

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008,

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009) 526)) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009) 1427),

    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu ‘Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008’ (COM(2009) 256),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009) 1102),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3)

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008) 866), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008) 3054),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (6), u b'mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod speċjali l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni inċiżi, tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/858/KE tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (8),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/858/KE sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika fl-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (9),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0099/2010),

    A.

    billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b' kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

    1.

    Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

    2.

    Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u (l-)aġenziji eżekuttivi;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Jerzy BUZEK

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU L 71, 14.3.2008.

    (2)  ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.

    (3)  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 83.

    (4)  ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.

    (5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (6)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

    (7)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

    (8)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

    (9)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.


    Top