EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1284

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea

ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/11/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1284/oj

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/26


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1284/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK tas-27 ta' Ottubru 2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1003/PESK tat-22 ta' Diċembru 2009,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK tipprevedi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta' membri tal-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD) u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-repressjoni vjolenti tat-28 ta' Settembru 2009 jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż.

(2)

Dawk il-miżuri jinkludu l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni kif ukoll projbizzjoni fuq il-forniment tal-assistenza teknika u dik finanzjarja u servizzi oħrajn relatati ma' tagħmir militari lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea jew għall-użu hemmhekk. Il-miżuri jinkludu wkoll projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir lir-Repubblika tal-Ginea li jista' jintuża għar-repressjoni interna.

(3)

Dawk il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġislazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom f'dak li jirrigwarda l-Unjoni.

(4)

Kull ipproċessar ta' data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (2) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3).

(5)

Sabiex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir li jkun jista” jintuża għal repressjoni interna' tfisser l-oġġetti elenkati fl-Anness I;

(b)

“assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħalma huma t-tagħlim, il-konsulenza, it-taħriġ, it-trasmissjoni ta' għarfien dwar ix-xogħol jew il-ħiliet professjonali jew is-servizzi ta' konsulenza; inklużi forom verbali ta' assistenza;

(c)

“servizzi ta' senserija” tfisser l-attivitajiet ta' persuni, entitajiet u sħubiji li jaġixxu bħala intermedjarji billi jixtru, ibiegħu jew jagħmlu arranġamenti għat-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija, jew jinnegozjaw jew jagħmlu arranġamenti għal transazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment ta' oġġetti u ta' teknoloġija;

(d)

“fondi” tfisser attiv u passiv finanzjarji ta' kull tip, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta' flus, abbozzi, money-orders u strumenti oħrajn ta' ħlas;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħrajn, bilanċi f'kontijiet, debiti u obbligazzjonijiet ta' debitu;

(iii)

titoli ta' sigurtà nnegozjati kemm pubblikament kif ukoll privatament u strumenti ta' dejn, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli ta' sigurtà, bonds, notes, garanziji, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;

(iv)

imgħax, dividend jew dħul ieħor fuq assi, jew valur li joħroġ minnhom jew li hu ġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, titoli eżegwibbli jew impenji finanzjarji oħrajn;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta' bejgħ;

(vii)

dokumenti li jixhdu xi interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(e)

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-projbizzjoni ta' ċaqliq, trasferiment, bidla, użu, aċċess għal, jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f'bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-ġestjoni tal-portafoll;

(f)

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(g)

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipoteki tagħhom;

(h)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.

Artikolu 2

Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li jinbiegħ, jiġi fornut, trasferit jew esportat, direttament jew indirettament, tagħmir li jkun jista' jintuża għal repressjoni interna, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk;

(b)

li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk;

(c)

li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk;

(d)

li jkun hemm parteċipazzjoni, intenzjonata jew mhux intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c).

Artikolu 3

Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (4), jew li jirrigwardaw il-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti inklużi f'dik il-lista lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea jew għall-użu hemmhekk;

(b)

li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea inklużi, b'mod partikolari, għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kull bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk;

(c)

li jkun hemm parteċipazzjoni, intenzjonata jew mhux intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 4

1.   B'deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, sakemm ikun maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta' istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), għall-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU għall-immaniġġar ta' kriżijiet;

(b)

il-provvista ta' finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' tagħmir jew ma' programmi u operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a);

(c)

il-provvista ta' finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' tagħmir militari li ma joqtolx maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, għal programmi ta’ bini ta' istituzzjonijiet tan-NU, u għall-Unjoni, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU għall-immaniġġar ta' kriżijiet;

(d)

il-provvista ta' finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' vetturi li mhumiex tal-ġlied li jkunu ġew immanifatturati jew mgħammra b’materjal li jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea.

2.   L-ebda awtorizzazzjoni m'għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.

Artikolu 5

L-Artikoli 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-ilbies protettiv, inklużi l-ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 6

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II, jew li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   L-Anness II għandu jikkonsisti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li, f'konformità mal-Artikolu 3a tal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala membri individwali tal-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD) jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom:

4.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jaħarbu mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 7

Il-projbizzjonijiet disposti fil-punt (b) tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 6(2) m'għandhomx iwasslu għal xi xorta ta’ responsabbiltà min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

Artikolu 8

1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jitpoġġew għad-dispożizzjoni, skont il-kondizzjonijiet li jidhrilhom li jkunu adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni li huma elenkati fl-Anness II, u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-provvista ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma ta' rutina ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru jkun innotifika bir-raġunijiet li jikkunsidra li għalihom għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 9

1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni huma s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 6 ikunu ġew inklużi fl-Anness II, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jridu jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b'dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f'din is-sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

ir-rahan jew sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II; u

(d)

ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 10

1.   L-Artikolu 6(2) m'għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw il-kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b'din it-transazzjoni.

2.   L-Artikolu 6(2) m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 3 jkunu ġew inklużi fl-Anness II,

sakemm dan l-imgħax, dħul, ħlas jew strumenti finanzjarji oħra jkunu ffriżati skont l-Artikolu 6(1).

Artikolu 11

L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew li jiġi rrifjutat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jitpoġġew għad-dispożizzjoni, imwettaq bona fide abbażi tal-fatt li din l-azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, m'għandu jirriżulta fl-ebda tip ta' obbligu fuq il-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jkunx ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.

Artikolu 12

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi għandhom:

(a)

ifornu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 6, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III għall-pajjiż fejn huma residenti jew ikunu jinstabu, u għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkoperaw ma' dik l-awtorità kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titpoġġa għad-disposizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew li tiġi riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta.

Artikolu 13

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma' dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 14

L-Anness II għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi elenkati għall-fini tal-identifikazzjoni suffiċjenti tal-persuni kkonċernati.

Din l-informazzjoni tista' tinkludi:

a)

il-kunjom u l-ismijiet mogħtija, inklużi psewdonimi u titoli, jekk ikun hemm;

b)

id-data u l-post tat-twelid;

c)

in-nazzjonalità;

d)

in-numri tal-passaport u tal-karti ta’ identità;

e)

in-numri tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali;

f)

is-sess;

g)

l-indirizz jew informazzjoni oħra dwar fejn jinstabu;

h)

il-funzjoni jew il-professjoni;

i)

id-data tal-ħatra.

L-Anness II jista' jinkludi wkoll informazzjoni għall-fini tal-identifikazzjoni kif imniżżel hawn fuq dwar il-membri tal-familja tal-persuni elenkati, sakemm din l-informazzjoni hija meħtieġa f'każ speċifiku għall-għan uniku li tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika elenkata, inkwistjoni.

L-Anness II għandu jinkludi wkoll ir-raġunijiet għall-elenkar, bħall-impjieg.

Artikolu 15

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li:

(a)

temenda l-Anness II abbażi ta' deċizjonijiet meħuda dwar l-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK; u

(b)

temenda l-Anness III abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet individwali u speċifiċi għad-deċiżjonijiet meħuda skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, filwaqt li tipprovdi lill-individwu, lill-entità jew lill-korp ikkonċernati b' opportunità li jesprimu l-fehma tagħhom dwar din il-kwistjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni li japplikaw fil-każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 17

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u għandhom jidentifikawhom fis-siti tal-Internet jew permezz tagħhom elenkati fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

3.   F'dan ir-Regolament, fejn ikun hemm ir-rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness III.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li hija ċittadina ta' Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe negozju mwettaq, totalment jew parzjalment, ġewwa l-Unjoni.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN


(1)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p.1.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p.31.

(4)  ĠU C 65, 19.3.2009, p. 1.


ANNESS I

LISTA TA' TAGĦMIR LI JISTA' JINTUŻA GĦAR-REPRESSJONI INTERNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1(A) U 2(A)

1.

Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1.

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE;

1.2.

Munizzjon speċjalment maħsub għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti iddisinjati apposta għalihom;

1.3.

Weapon-sights mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1.

Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, iddisinjati jew immodifikati apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvelli;

3.2.

Vetturi ddisinjati jew immodifikati apposta biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lil persuni li jattakkawhom;

3.3.

Vetturi ddisinjati jew immodifikati apposta biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4.

Vetturi ddisinjati apposta għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew id-detenuti;

3.5.

Vetturi ddisinjati apposta biex jiġu skjerati barrieri mobbli;

3.6.

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 ddisinjati apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvelli.

Nota 1

Dan il-punt ma jikkontrollax il-vetturi mfasslin apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

Nota 2

Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi splożivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1.

Tagħmir u apparat speċjalment maħsub biex iqabbad splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur, u komponenti ddisinjati apposta għalihom; minbarra dawk iddisinjati apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi splożivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (pereżempju, in-neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2.

Kargi splożivi linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

4.3.

Splożivi oħrajn mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sustanzi relatati kif ġej:

(a)

amatol;

(b)

nitrocelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

(c)

nitroglikol;

(d)

tetranitrat tal-penteritritol (PETN);

(e)

klorur tal-pikril;

(f)

2,4,6-trinitrutolwin (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:

5.1.

Korazzi tal-persuna li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti;

5.2.

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi.

Nota. Dan il-punt ma jikkontrollax:

tagħmir speċjalment maħsub għal attivitajiet sportivi;

tagħmir speċjalment maħsub sabiex jissodisfa rekwiżiti ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

6.

Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u software mfassal apposta għalihom.

7.

Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl, tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

8.

Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’.

9.

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.

10.

Tagħmir ta’ produzzjoni ddisinjat apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.


ANNESS II

PERSUNI, ENTITAJIET U ORGANIŻMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid ( d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità…)

Karigi

1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

d.t.t.: 01/01/64 jew 29/12/68

Pass.: R0001318

President tas-CNDD

2.

Ġeneral tad-Diviżjoni Mamadouba (psewdonomu Mamadou) Toto CAMARA

d.t.t.: 01/01/46

Pass: R00009392

Ministru tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili

3.

Ġeneral Sékouba KONATÉ

d.t.t.: 01/01/64

Pass: R0003405//R0002505

Ministru tad-Difiża Nazzjonali

4.

Kurunell Mathurin BANGOURA

d.t.t.: 15/11/62

Pass.: R0003491

Ministru tat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġiji l-Ġodda tal-Informazzjoni

5.

Logutenent Kurunell Aboubacar Sidiki (psewdonomu Idi Amin) CAMARA

d.t.t.: 22/10/79

Pass: R0017873

Ministru u Segretarju Permanenti tas-CNDD (imkeċċi mill-Armata fis-26/01/09)

6.

Kmandant Oumar BALDÉ

d.t.t.: 26/12/64

Pass.: R0003076

Membru tas-CNDD

7.

Kmandant Mamadi (psewdonomu Mamady) MARA

d.t.t.: 01/01/54

Pass: R0001343

Membru tas-CNDD

8.

Kmandant Almamy CAMARA

d.t.t.: 17/10/75

Pass.: R0023013

Membru tas-CNDD

9.

Logutenent Kurunell Mamadou Bhoye DIALLO

d.t.t.: 01/01/56

Pass.: R0001855

Membru tas-CNDD

10.

Kaptan Koulako BÉAVOGUI

 

Membru tas-CNDD

11.

Logutenent Kurunell tal-Pulizija Kandia (psewdonomu Kandja) MARA

Pass.: R0178636

Membru tas-CNDD

Direttur tas-Sigurtà Nazzjonali ta' Labé

12.

Kurunell Sékou MARA

d.t.t.: 1957

Membru tas-CNDD

Viċi Direttur tal-Pulizija Nazzjonali

13.

Morciré CAMARA

d.t.t.: 01/01/49

Pass.: R0003216

Membru tas-CNDD

14.

Alpha Yaya DIALLO

 

Membru tas-CNDD

Direttur Nazzjonali tad-Dwana

15.

Kurunell Mamadou Korka DIALLO

d.t.t.: 19/02/62

Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-SMEs

16.

Kmandant Kelitigui FARO

d.t.t.: 03/08/72

Pass.: R0003410

Ministru Segretarju Ġenerali għall-Presidenza tar-Repubblika

17.

Kurunell Fodeba TOURÉ

d.t.t.: 07/06/61

Pass.: R0003417 /R0002132

Gvernatur ta' Kindja (dak li kien il-Ministru taż-Żgħażagħ, imkeċċi minn Ministru fis-07/05/09)

18.

Kmandant Cheick Sékou (psewdonomu Ahmed) Tidiane CAMARA

d.t.t.: 12/05/66

Membru tas-CNDD

19.

Kurunell Sékou (psewdonomu Sékouba) SAKO

 

Membru tas-CNDD

20.

Logutenent Jean- Claude (magħruf bħala COPLAN PIVI)

d.t.t.: 01/01/60

Membru tas-CNDD

Ministru responsabbli għas-Sigurtà Presidenzjali

21.

Kaptan Saa Alphonse TOURÉ

d.t.t: 03/06/70

Membru tas-CNDD

22.

Kurunell Moussa KEITA

d.t.t.: 01/01/66

Membru tas-CNDD

Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD responsabbli għar-Relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet Repubblikani

23.

Logutenent Kurunell Aïdor (psewdonomu Aëdor) BAH

 

Membru tas-CNDD

24.

Kmandant Bamou LAMA

 

Membru tas-CNDD

25.

Is-Sur Mohamed Lamine KABA

 

Membru tas-CNDD

26.

Kaptan Daman (psewdonomu Dama) CONDÉ

 

Membru tas-CNDD

27.

Kmandant Aboubacar Amadou DOUMBOUYA

 

Membru tas-CNDD

28.

Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA

d.t.t.: 01/01/68

Pass.: 7190

Membru tas-CNDD

Ministru fil-Presidenza responsabbli għas-servizzi speċjali tal-ġlieda kontra d-drogi u l-brigantaġġ serju

29.

Kaptan Issa CAMARA

d.t.t.: 1954

Membru tas-CNDD

Gvernatur ta' Mamou

30.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

d.t.t.: 26/02/57

Pass.: 13683

Membru tas-CNDD

Ministru tas-Saħħa u tal-Iġjene Pubblika

31.

Mamady CONDÉ

d.t.t.: 28/11/52

Pass.: R0003212

Membru tas-CNDD

32.

Sub-Logutenent Cheikh Ahmed TOURÉ

 

Membru tas-CNDD

33.

Logutenent Kurunell Aboubacar Biro CONDÉ

d.t.t.: 15/10/62

Pass.: 2443/R0004700

Membru tas-CNDD

34.

Bouna KEITA

 

Membru tas-CNDD

35.

Idrissa CHERIF

d.t.t.: 13/11/67

Pass.: R0105758

Ministru responsabbli għall-Komunikazzjonijiet fil-Presidenza u fil-Ministeru tad-Difiża

36.

Mamoudou (psewdonomu) Mamadou) CONDÉ

d.t.t.: 09/12/60

Pass.: R0020803

Segretarju tal-Istat, Responsabbli għall-Missjonijiet, il-kwistjonijiet strateġiċi u l-iżvilupp sostenibbli

37.

Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ

 

Aide de Camp tal-President

38.

Ibrahima Khalil DIAWARA

d.t.t.: 01/01/76

Pass.: R0000968

Kunsillier Speċjali ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité

39.

Sub-Logutenent Marcel KOIVOGUI

 

Assistent ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité

40.

Is-Sur Papa Koly KOUROUMA

d.t.t.: 03/11/62

Pass.: R11914/R001534

Ministru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli

41.

Kmandant Nouhou THIAM

d.t.t.: 1960

Pass.: 5180

Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati

Kelliem tas-CNDD

42.

Kaptan tal-Pulizija Théodore (psewdonomu Siba) KOUROUMA

d.t.t.: 13/05/71

Pass.: Service R0001204

Attaché tal-kabinett għall-Presidenza

43.

Is-Sur Kabinet (psewdonomu Kabiné) KOMARA

d.t.t.: 08/03/50

Pass: R0001747

Membru tas-CNDD

44.

Kaptan Mamadou SANDÉ

d.t.t.: 12/12/69

Pass: R0003465

Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Ekonomijia u l-Finanzi

45.

Is-Sur Alhassane (psewdonomu Al-Hassane) Siba ONIPOGUI

d.t.t.: 31/12/61

Pass: 5938/R00003488

Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Kontroll tal-Istat

46.

Is-Sur Joseph KANDUNO

 

Ministru responsabbli għall-Verifiki, it-trasparenza u l-Governanza tajba

47.

Is-Sur Fodéba (psewdonomu Isto) KÉIRA

d.t.t.: 04/06/61

Pass: R0001767

Ministru taż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Promozzjoni tal-Impjieg fost iż-Żgħażagħ

48.

Kurunell Siba LOHALAMOU

d.t.t.: 01/08/62

Pass: R0001376

Ministru tal-Ġustizzja, Għassies tas-Siġilli

49.

Dr. Frédéric KOLIÉ

d.t.t.: 01/01/60

Pass : R0001714

Ministru tal-Amministrazzjoni tat-Territorju u l-Affarijiet Politiċi

50.

Is-Sur Alexandre Cécé LOUA

d.t.t.: 01/01/56

Pass: R0001757 /

diplomatiku: R 0000027

Ministru tal-Affarijiet Barranin u taċ-Ċittadini tal-Ginea li jgħixu barra mill-pajjiż

51.

Is-Sur Mamoudou (psewdonomu Mahmoud) THIAM

d.t.t.: 04/10/68

Pass: R0001758

Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija

52.

Is-Sur Boubacar BARRY

d.t.t.: 28/05/64

Pass: R0003408

Ministru tal-Istat fil-Presidenza responsabbli għall-Kostruzzjoni, il-Ġestjoni tat-Territorju u l-Wirt Arkitetturali Pubbliku

53.

Demba FADIGA

d.t.t.: 01/01/52

Pass: Dokument ta' residenza FR365845/365857

Membru tas-CNDD, Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju.

Responsabbli għar-relazzjonijiet bejn is-CNDD u l-Gvern

54.

Is-Sur Mohamed DIOP

d.t.t.: 01/01/63

Pass: R0001798

Membru tas-CNDD

Gvernatur ta' Conarky

55.

Is-Surġent Mohamed (psewdonomu Tigre) CAMARA

 

Membru tal-forzi tas-sigurtà fil-kamp tal-Gwardja Presidenzjali ‘Koundara’

56.

Is-Sur Habib HANN

d.t.t.: 15/12/50

Pass: 341442

Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza fis-Setturi Strateġiċi tal-Istat

57.

Is-Sur Ousmane KABA

 

Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat

58.

Is-Sur Alfred MATHOS

 

Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat

59.

Kaptan Mandiou DIOUBATÉ

d.t.t.: 01/01/60

Pass: R0003622

Direttur tal-uffiċċju tal-istampa fil-Presidenza

Kelliem tas-CNDD

60.

Cheik Sydia DIABATÉ

d.t.t.: 23/04/68

Pass: R0004490

Membru tal-Forzi Armati

Direttur tas-Servizzi ta' Intelligence u ta' Investigazzjoni fil-Ministru tad-Difiża

61.

Is-Sur Ibrahima Ahmed BARRY

d.t.t.: 11/11/61

Pass: R0048243

Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni tal-Ginea

62.

Is-Sur Alhassane BARRY

d.t.t.: 15/11/62

Pass: R0003484

Gvernatur tal-Bank Ċentrali

63.

Is-Sur Roda Namatala FAWAZ

d.t.t.: 06/07/47

Pass: R0001977

Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD

64.

Dioulde DIALLO

 

Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD

65.

Kerfalla CAMARA

 

KPC PDG tal-Gui. Co. Pres

Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD

66.

Dr. Moustapha ZABATT

d.t.t.: 06/02/65

Tabib u Konsulent Personali tal-President

67.

Aly MANET

 

Moviment ‘Dadis Doit Rester’

68.

Louis M’bemba SOUMAH

 

Ministru tax-Xogħol, ir-Riforma Amministrattiva u s-Servizz Pubbliku

69.

Cheik Fantamady CONDÉ

 

Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura

70.

Boureima CONDÉ

 

Ministru tal-Agrikoltura u t-Trobbija tal-Bhejjem

71.

Mariame SYLLA

 

Ministru tad-Deċentralizzazzjoni u l-Iżvilupp Lokali


ANNESS III

Siti tal-Internet li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 8, 9, 10(1), 12 u 17 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

IL-GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

SPANJA

www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

Directorate-General for External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP

Unit A.2. Crisis Management and Peace Building

CHAR 12/108

B-1049 Brussels

Belgium

Tel.: (+32-2) 296 61 33 / 295 55 85

Fax: (+32-2) 299 08 73


Top