This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1276
Commission Regulation (EU) No 1276/2009 of 22 December 2009 fixing the standard values to be used in calculating the financial compensation and the advance pertaining thereto in respect of fishery products withdrawn from the market during the 2010 fishing year
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1276/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1276/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010
ĠU L 344, 23.12.2009, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1276/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi għall-ħlas ta' kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) għal dak ir-Regolament. L-ammont ta' kumpens finanzjarju bħal dan għandu jitnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta' kif wieħed jista’ jelimina l-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat f'livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ eliminazzjoni, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn eliminazzjoni bħal din fid-diversi Stati Membri. |
(3) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni tal-produtturi jew wieħed mill-membri tagħha jqiegħed il-prodotti tiegħu għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih ikun irrikonoxxut, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa l-korp fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta. Il-valur standard li għandu jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f'dak l-Istat Membru. |
(4) |
L-istess metodu ta' kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq il-kumpens finanzjarju kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2010, il-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għall-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif imsemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-valur standard li għandu jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u mill-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.
(3) ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.
ANNESS
IL-VALURI STANDARD
L-użu ta' prodotti rtirati mis-suq |
EUR għal kull tunnellata |
||
|
|
||
|
|
||
|
60 |
||
|
50 |
||
|
15 |
||
|
2 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
10 |
||
|
|
||
|
40 |
||
|
20 |
||
|
28 |
||
|
1 |
||
|
|
||
|
|
||
|
8 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
30 |
||
|
30 |
||
|
|
||
|
60 |
||
|
20 |
||
|
0 |