Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1255

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2009 tat- 18 ta’ Diċembru 2009 dwar l-irtirar ta’ sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2010 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

    ĠU L 338, 19.12.2009, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32010R1248

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1255/oj

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 338/18


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2009

    tat-18 ta’ Diċembru 2009

    dwar l-irtirar ta’ sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2010 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għall-ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

    (2)

    Il-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE 138/2004 (5), jipprovdi għal dazju żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta’ ilma li fihom zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10.

    (3)

    Id-dazju ta’ rata żero fuq it-tipi ta’ ilma u xarbiet oħra kkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f’Forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE. Skont il-punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta’ prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota ta’ eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonijiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota.

    (4)

    Skont il-Punt IV, it-tielet inċiż, l-aħħar sentenza tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, il-prodotti fil-kwistjoni għandhom jingħataw aċċess illimitat bla dazju għall-Unjoni jekk il-kwota tat-tariffa ma tkunx ġiet użata sal-31 ta’ Ottubru tas-sena preċedenti. Skont statistika pprovduta mill-Kummissjoni, il-kwota annwali għas-sena 2009 għall-prodotti kkonċernati li nfetħet mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2009 (7) ma ġietx eżawrita fil-31 ta’ Ottubru 2009. Għalhekk, il-prodotti fil-kwistjoni għandhom jingħataw aċċess illimitat bla dazju għall-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    (5)

    Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi rtirata s-sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju li ġiet applikata taħt il-Protokoll Nru 2.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti proċessati mhux elenkati fl-Anness I għat-Trattat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Għall-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, is-sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju li ġiet applikata taħt il-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles għal oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilma, inkluż ilma minerali u ilma bil-gass, li jkun fih zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma) u ex 2202 90 10 (xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)) għandha tiġi rtirata.

    2.   Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

    (2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

    (3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

    (4)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.

    (5)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

    (6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

    (7)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 14.


    Top