Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1233

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1233/2009 tal- 15 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

    ĠU L 330, 16.12.2009, p. 70–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1233/oj

    16.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/70


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1233/2009

    tal-15 ta’ Diċembru 2009

    li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1) u b’mod partikulari l-Artikoli 186 u 188(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-prezzijiet tas-suq dinji għall-prodotti tal-ħalib waqgħu speċjalment minħabba tnaqqis fid-domanda b’konnessjoni mal-kriżi finanzjarja u ekonomika. Il-prezzijiet tas-suq Komunitarju għall-prodotti tal-ħalib waqgħu wkoll b’mod sinifikanti minħabba l-kriżi u minħabba bidliet fil-provvista.

    (2)

    It-tnaqqis qawwi tal-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea affettwa ħafna l-prezzijiet stabbiliti mill-azjenda agrikola. Hemm bżonn ta’ perjodu sinifikanti biex ikun hemm irkupru sostenibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw pakkett finanzjarju biex jappoġġjaw lill-bdiewa produtturi tal-ħalib li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi tal-ħalib u li minħabba dawn iċ-ċirkustanzi, qed jaffaċċjaw problemi ta’ likwidità.

    (3)

    Il-pakkett finanzjarju ta’ kull Stat Membru għandu jkun ikkalkulat fuq il-produzzjoni tal-ħalib tal-2008/2009 fil-kuntest tal-kwoti nazzjonali. L-Istati Membri għandhom iqassmu dak l-ammont nazzjonali disponibbli fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u b’mod mhux diskriminatorju filwaqt li jevitaw kwalunkwe distorzjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni.

    (4)

    L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha ssir b’kunsiderazzjoni għall-arranġamenti istituzzjonali ta’ kull Stat Membru.

    (5)

    L-appoġġ għall-bdiewa produtturi tal-ħalib għandu jingħata bħala miżura ta’ intervent biex ikunu rregolati s-swieq skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2).

    (6)

    Minħabba raġunijiet ta’ baġit, il-Komunità se tiffinanzja n-nefqa mġarrba mill-Istati Membri b’relazzjoni mal-appoġġ finanzjarju tal-bdiewa produtturi tal-ħalib meta dawn il-pagamenti jsiru sa ċertu data ta’ skadenza.

    (7)

    Sabiex tkun żgurata t-trasparenza u l-monitoraġġ u l-amministrazzjoni tajba tal-pakketti nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kriterji oġġettivi użati biex ikunu ddeterminati l-metodi biex jingħata l-appoġġ u l-azzjonijiet meħuda biex tkun evitata d-distorzjoni tas-suq.

    (8)

    Sabiex ikun żgurat li l-bdiewa produtturi tal-ħalib jirċievu l-appoġġ malajr kemm jista’ jkun, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw dan ir-Regolament malajr kemm jista’ jkun. Għalhekk, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jużaw l-ammonti stipulati fl-Anness biex jipprovdu appoġġ lill-bdiewa produtturi tal-ħalib li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi tal-ħalib fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u b’mod mhux diskriminatorju sakemm dawn il-pagamenti ma jikkawżawx distorzjoni tal-kompetizzjoni.

    Artikolu 2

    1.   Il-miżuri stipulati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala miżuri ta’ intervent biex jirregolaw is-swieq agrikoli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-pagamenti b’relazzjoni mal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 1, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010.

    Artikolu 3

    Rigward l-għajnuna stipulata fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni:

    (a)

    mingħajr dewmien u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, deskrizzjoni tal-kriterji oġġettivi użati biex ikunu ddeterminati l-metodi għall-għoti tal-appoġġ u l-miżuri meħuda biex tkun evitata d-distorsjoni tas-suq;

    (b)

    mhux iktar tard mit-30 ta’ Awwissu 2010, l-ammonti totali tal-għajnuna mħallsa u l-għadd u t-tip tal-benefiċjarji.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


    ANNESS (1)

    Miljun EUR

    BE

    7,212824

    BG

    1,842622

    CZ

    5,792943

    DK

    9,859564

    DE

    61,203560

    EE

    1,302069

    IE

    11,502500

    EL

    1,581891

    ES

    12,792178

    FR

    51,127334

    IT

    23,031475

    CY

    0,316812

    LV

    1,445181

    LT

    3,099461

    LU

    0,597066

    HU

    3,565265

    MT

    0,084511

    NL

    24,586045

    AT

    6,052604

    PL

    20,211209

    PT

    4,084693

    RO

    5,010401

    SI

    1,143094

    SK

    2,034727

    FI

    4,831752

    SE

    6,427521

    UK

    29,260698

    EU-27

    300,000000


    (1)  Ibbażat fuq il-produzzjoni tal-ħalib għall-2008/2009 fil-kuntest tal-kwoti nazzjonali.


    Top