EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1215
Council Regulation (EC) No 1215/2009 of 30 November 2009 introducing exceptional trade measures for countries and territories participating in or linked to the European Union’s Stabilisation and Association process (Codified version)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (Verżjoni kkodifikata)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (Verżjoni kkodifikata)
ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 25/03/2024; Imħassar b' 32024R0823
15.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1215/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009
li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu
(verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (1) ġie emendat kemm-il darba (2) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Fil-laqgħa tiegħu ġewwa Lisbona fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-Ftehimiet dwar Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi Balkani tal-Punent għandhom ikunu preċeduti minn liberalizzazzjoni asimetrika tal-kummerċ. |
(3) |
Suq Komunitarju li jkompli jkun miftuħ għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hu mistenni li jikkontribwixxi għall-proċess ta’ stabilizzazzjoni politika u ekonomika fir-reġjun filwaqt li ma jikkreax effetti negattivi għall-Komunità. |
(4) |
Hu, għalhekk, xieraq li jitjiebu aktar il-preferenzi kummerċjali awtonomi tal-Komunità bit-tneħħija tal-ogħla punti tat-tariffa kollha li fadal għal prodotti industrijali u billi jitjieb aktar l-aċċess għas-suq tal-prodotti agrikoli u tal-ħut tal-Komunità, inklużi prodotti proċessati. |
(5) |
Dawn il-miżuri huma proposti bħala parti mill-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE, b’sinjal ta’ risposta għas-sitwazzjoni speċifika fil-Balkani tal-Punent. Dawn m’ għandhomx jikkostitwixxu preċedent għall-politika kummerċjali tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi. |
(6) |
Skond il-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE, ibbażat fuq l-Avviċinament Reġjonali preċedenti u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1997, l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hu suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. L-għoti ta’ preferenzi kummerċjali awtonomi hu marbut mar-rispett għall-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u d-drittijiet umani u mad-disponibbiltà tal-pajjiżi interessati sabiex jiżviluppaw bejniethom relazzjonijiet ekonomiċi. L-għoti ta’ preferenzi kummerċjali awtonomi mtejba favur pajjiżi li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE għandhu jkun marbut mad-disponibbiltà tagħhom sabiex iħaddnu riformi ekonomiċi effettivi u koperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ liberu skont standards rilevanti tal-GATT/WTO. Barra minn dan, l-eliġibbiltà għall-preferenzi kummerċjali awtonomi hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-benefiċjarji ikunu involuti f’koperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Komunità sabiex jipprevenu kull riskju ta’ frodi. |
(7) |
Il-preferenzi kummerċjali jistgħu jingħataw biss lill-pajjiżi jew territorji li għandhom amministrazzjoni doganali. |
(8) |
Il-Bosnja u l-Ħerżegovina, is-Serbja, u l-Kosovo, kif hi definita mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà Riżoluzzjoni 1244 (1999) sakemm l-amministrazzjoni ċivili internazzjonali tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK), (hawn aktar ‘il quddiem magħruf bħala “Kosovo”), jaderixxu ma’ dawn il-kundizzjonijiet, u għandu jingħata lilhom kollha preferenzi kummerċjali simili sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni ġewwa r-reġjun. |
(9) |
Il-miżuri kummerċjali previsti f’dan ir-Regolament għandhom iqisu li s-Serbja u l-Kosovo rispettivament jikkostitwixxu territorji doganali separati. |
(10) |
Il-Komunità kkonkludiet Ftehim mas-Serbja dwar il-kummerċ fi prodotti tessili (3). |
(11) |
L-Albanija, il-Kroazja u l-ex Repubbika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għandhom jibqgħu benefiċjarji ta’ dan ir-Regolament biss sal-limitu li dan ir-Regolament jipprovdi għall-konċessjonijiet li huma aktar favorevoli mill-konċessjonijiet eżistenti taħt ir-reġimi kuntrattwali bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi. |
(12) |
Għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ oriġini u proċeduri amministrattivi ta’ koperazzjoni, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jipprovdu dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4). |
(13) |
Għall-fini ta’ razzjonaliżżazzjoni u simplifikazzjoni, hu xieraq li jsir provvediment sabiex il-Kummissjoni tkun tista’, wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Kodiċi Doganali u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri speċifiċi previsti f’dan ir-Regolament, tagħmel it-tibdiliet meħtieġa u l-emendi tekniċi meħtieġa f’dan ir-Regolament. |
(14) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
(15) |
L-arranġamenti ta’ importazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu mġedda abbażi tal-kundizzjonijiet magħmula mill-Kunsill u fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-għoti ta’ dawn l-arranġamenti taħt dan ir-Regolament. Hu xieraq li l-perjodu għal dawn l-arranġamenti ikun limitat sal-31 ta’ Diċembru 2010, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Arranġamenti preferenzjali
1. Suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali stipulati fl-Artikolu 3, il-prodotti li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina jew fit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, ħlief dawk tal-intestaturi 0102, 0201, 0202, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 1604, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu ammessi għall-importazzjoni fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b’effett ekwivalenti u b’eċċezzjoni mid-dazji doganali u imposti b’effett ekwivalenti.
2. L-importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina jew fit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo għandhom jibbenefikaw minn konċessjonijiet stipulati fl-Artikolu 3.
3. Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Kroazja jew f’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fil-Montenegro għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fejn hemm indikat jew minn kwalunkwe miżuri stipulati f’ dan ir-Regolament li jkunu aktar favorevoli mill-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u dawn il-pajjiżi.
Artikolu 2
Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali
1. L-eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali introdotti permezz tal-Artikolu 1 għandha tkun suġġetta għal dan li ġej:
(a) |
konformità mad-definizzjoni ta’ “prodotti li joriġinaw” kif prevista fil-Parti I, fit-Titolu IV, Kapitolu 2, Taqsima 2, Sub-Taqsima 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93; u |
(b) |
l-astensjoni tal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1 milli jintroduċu dazji ġodda jew ħlasijiet li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti daqs importazzjonijiet li joriġinaw fil-Komunità jew milli jżidu livelli eżistenti ta’ dazji jew ħlasijiet jew milli jintroduċu xi restrizzjonijiet oħra mit-30 ta’ Settembru 2000; u |
(ċ) |
l-involviment ta’ benefiċjarji f’koperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Komunità sabiex jiġi evitat riskju ta’ frodi. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali introdotti bl-Artikolu 1 għandha tkunu suġġetta għad-disponibbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji sabiex iwettqu riformi ekonomiċi u f’koperazzjoni reġjonali ma’ pajjiżi oħra interessati fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ liberu konformement mal-Artikolu XXIV tal-GATT 1994 u ma’ dispożizzjonijiet oħra rilevanti tal-WTO.
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità f’dan ir-rigward, il-Kunsill jista’ jieħu l-miżuri xierqa permezz ta’ vot b’maġġoranza kwalifikata, abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Prodotti agrikoli — kwoti tariffarji
1. Għall-ċerti prodotti tas-sajd u għall-inbid, kif elenkati fl-Anness I, li joriġinaw fil-pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità għandhom ikunu sospiżi matul il-perijodi, fil-livelli, fil-limiti ta’ kwoti tariffarji Komunitarji u skont il-kundizzjonijiet indikati għal kull prodott u oriġini li hemm f’dak l-Anness.
2. Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-“baby beef” definiti fl-Anness II u li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1(1), għandhom ikunu 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffi Doganali Komuni, fil-limitu tal-kwota tariffarja annwali ta’ 11 475 tunellati espressi f’piż ta’ karkassa.
Il-volum tal-kwota tariffarja annwali ta’ 11 475 tunellati għandu jkun distribwit bejn pajjiżi u territorji benefiċjarji, kif ġej:
(a) |
1 500 tunellati (piż ta’ karkassa) għal prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fil-Bosnija u l-Ħerżegovina; |
(b) |
9 175 tunnellata (piż tal-karkassa) għal prodotti ‘babybeef’ li joriġina mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo. |
L-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti ta’ baby beef kif definiti fl-Anness II u li joriġinaw fl-Albanija m’ għandhomx jibbenefikaw minn konċessjoni tariffarja.
Kull talba għal importazzjonijiet li tkun fil-limiti ta’ dawn il-kwoti għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur u li jattesta li l-oġġetti oriġinaw fil-pajjiż jew territorju in kwistjoni u li dawn jikkorrispondu għad-definizzjoni li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (6).
3. L-importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina u t-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo għandhom ikunu suġġetti għall-kwoti tariffarji annwali bla dazju li ġejjin:
(a) |
12 000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Bożnja u l-Ħerzegovina; |
(b) |
180 000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo. |
4. Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 10, fid-dawl tas-sensittività partikolari tas-swieq agrikoli u tas-sajd, jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd jikkawżaw telf serju lis-swieq Komunitarji u lill-mekkaniżmi tar-regolazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2).
Artikolu 4
Implimentazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal-“baby beef” u għaz-zokkor
Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tariffarja għal prodotti tal-“baby beef” għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tariffarja għal prodotti taz-zokkor taħt it-titoli Nri 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 5
Amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji
Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Il-komunikazzjoni għal dak il-għan bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha ssir, sa fejn hu possibbli, permezz ta’ konnessjoni telematika.
Artikolu 6
Aċċess għal kwoti tariffarji
Kull Stat Membru għandu jassigura li importaturi jkollhom aċċess ugwali u mhux interrott għal kwoti tariffarji għat-tul ta’ perjodu sakemm il-bilanċ tal-volum tal-kwota rilevanti jippermetti.
Artikolu 7
Għoti ta’ poteri
Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minbarra dawk provduti fl-Artikolu 4, b’mod partikulari:
(a) |
emendi u aġġustamenti meħtieġa wara li jsiru l-emendi għall-kodiċi ta’ Nomenklatura Magħduda u s-suddiviżjonijiet tat-TARIC; |
(b) |
aġġustament meħtieġa wara li jiġu konklużi ftehimiet oħrajn bejn il-Komunità u l-pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1. |
Artikolu 8
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (7) (aktar ‘il quddiem “il-Kumitat”).
2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
Artikolu 9
Koperazzjoni
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw strettament sabiex jassiguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1).
Artikolu 10
Sospensjoni temporanja
1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità ‘il fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel:
(a) |
tkun infurmat lill-Kumitat; |
(b) |
tgħid lill-Istati Membri biex jieħdu dawk il-miżuri ta’ prekawzjoni li jkunu meħtieġa sabiex jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Komunità u/jew sabiex tassigura konformità mill-pajjiżi u territorji benefiċjarji mal-Artikolu 2(1); |
(ċ) |
tkun ippubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn igħid li jkun hemm raġunijiet għal dubbji raġjonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali u/jew konformità mal-Artikolu 2(1) mill-pajjiż jew territorju benefiċjarju interessat li jistgħu joħolqu kwistjoni dwar l-jedd tiegħu sabiex ikompli jgawdi l-benefiċċji mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament. |
2. Stat Membru jista’ jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien 30 jum.
3. Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni proviżorja wara konsultazzjoni mal-Kumitat jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1.
Artikolu 11
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 huwa b’dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
S. O. LITTORIN
(1) ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.
(2) Ara l-Anness III.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(6) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(7) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS I
KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huma meqjusa li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, skont il-kodiċi NM. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Volum tal-kwota fis-sena (1) |
Benefiċjarji |
Rata ta’ dazju |
09.1571 |
0301 91 10 0301 91 90 0302 11 10 0302 11 20 0302 11 80 0303 21 10 0303 21 20 0303 21 80 0304 19 15 0304 19 17 ex 0304 19 19 ex 0304 19 91 0304 29 15 0304 29 17 ex 0304 29 19 ex 0304 99 21 ex 0305 10 00 ex 0305 30 90 0305 49 45 ex 0305 59 80 ex 0305 69 80 |
Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
50 tunnellata |
Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo |
Eżenzjoni |
09.1573 |
0301 93 00 0302 69 11 0303 79 11 ex 0304 19 19 ex 0304 19 91 ex 0304 29 19 ex 0304 99 21 ex 0305 10 00 ex 0305 30 90 ex 0305 49 80 ex 0305 59 80 ex 0305 69 80 |
Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
110 tunnellata |
Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo |
Eżenzjoni |
09.1575 |
ex 0301 99 80 0302 69 61 0303 79 71 ex 0304 19 39 ex 0304 19 99 ex 0304 29 99 ex 0304 99 99 ex 0305 10 00 ex 0305 30 90 ex 0305 49 80 ex 0305 59 80 ex 0305 69 80 |
Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
75 tunnellata |
Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo |
Eżenzjoni |
09.1577 |
ex 0301 99 80 0302 69 94 ex 0303 77 00 ex 0304 19 39 ex 0304 19 99 ex 0304 29 99 ex 0304 99 99 ex 0305 10 00 ex 0305 30 90 ex 0305 49 80 ex 0305 59 80 ex 0305 69 80 |
Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
60 tunnellata |
Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo |
Eżenzjoni |
09.1561 |
1604 16 00 1604 20 40 |
Inċova ppreparata jew ippreżervata |
60 tunnellata |
Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo |
12,5 % |
09.1515 |
ex 2204 21 79 ex 2204 21 80 ex 2204 21 84 ex 2204 21 85 2204 29 65 ex 2204 29 75 2204 29 83 ex 2204 29 84 |
Inbid ta’ għeneb frisk, ta’ saħħa alkoħolika attwali bil-massa ta’ mhux aktar minn 15 % vol, ħlief inbid effervexxenti |
129 000 hl (2) |
L-Albanija (3), il-Bożnja u l-Ħerżegovina, il-Kroazja (4), dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (5), il-Montenegro (6), it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo |
Eżenzjoni |
(1) Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji.
(2) Il-volum ta’ din il-kwota tariffarja globali għandha titnaqqas jekk il-volumi tal-kwota tal-kwoti tariffarji individwali applikabbli taħt in-Nri tal-ordni 09.1588 u 09.1548 għal ċerti nbejjed li joriġinaw fil-Kroazja jiżdiedu.
(3) Aċċess għall-inbid li joriġina mir-Repubblika tal-Kroazja għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Kroazja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri tal-ordni 09.1588 u 09.1589.
(4) Aċċess għall-inbid li joriġina minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja skont din il-kwota tariffarja globali, huwa suġġett għall-eżawriment minn qabel tal-kwoti tariffarja individwali pprovduti fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri tal-ordni 09.1558 u 09.1559.
(5) Aċċess għall-inbid li joriġina mir-Repubblika tal-Albanija għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Albanija. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri tal-ordni 09.1512 u 09.1513.
(6) Aċċess għall-inbid li joriġina mill-Montenegro għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Din il-kwota tariffarja individwali hi miftuħa taħt l-ordni Nru 09.1514.
ANNESS II
Definizzjoni ta’ prodotti tal-“baby beef” imsemmija fl-Artikolu 3(2)
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda l-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li m’għandux ħlief valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, billi tkun koperta bil-kodiċitan-NM. Fejn ex kodiċi tan-NM huma ndikati, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita bl-applikazzjoni kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorispondi magħduda flimkien.
Kodiċi NM |
Suddiviżjoni TARIC |
Deskrizzjoni |
|
|
Il-bhejjem tal-fart ħajjin: |
|
|
– Oħrajn: |
|
|
– – L-ispeċji domestiċi: |
|
|
– – – Ta’ piż li jaqbeż it-300 kg: |
|
|
– – – – Il-għoġġiela (frat nisa li jkunu għadhom qatt ma welldu): |
ex 0102 90 51 |
|
– – – – – Għall-qatla: |
|
10 |
– Li jkun għad ma jkollhomx snien permanenti, ta’ 320 kg jew iktar fil-piż imma mhux li jaqbżu l-470 kg (1) |
ex 0102 90 59 |
|
– – – – – Oħrajn: |
|
11 21 31 91 |
– Li jkun għad ma jkollhomx snien permenanetri, ta’ 320 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux l-470 kg (1) |
|
|
– – – – Oħrajn: |
ex 0102 90 71 |
|
– – – – – Għall-qatla: |
|
10 |
– Barrin u gniedes li jkun għad ma jkollhomx snien permanenti, ta’ 350 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux il-500 kg (1) |
ex 0102 90 79 |
|
– – – – – Oħrajn: |
|
21 91 |
– Barrin u gniedes li jkun għad ma jkollhomx snien permenenti, ta’ 350 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux il-500 kg (1) |
|
|
Il-laħam tal-bhejjem tal-fart, frisk jew imkessaħ: |
ex 0201 10 00 |
|
– Il-karkassi u n-nofs karkassi |
|
91 |
– Il-karkassi ta’ 180 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux it-300 kg, u n-nofs karkassi ta’ 90 kg jew iktar fil-piż, b’livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali), li l-laħam tagħhom ikun ta’ kulur roża ċar u x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, ikun ta’ kulur abjad jagħti fl-isfar ċar (1) |
|
|
– Qatgħat oħra bil-għadma: |
ex 0201 20 20 |
|
– – Robbijiet “ikkompensati”: |
|
91 |
– Robbijiet “ikkompensati” ta’ 90 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux il-150 kg, b’livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali) li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża ċar u li x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, huwa abjad li jagħti fl-isfar ċar fil-kulur (1) |
ex 0201 20 30 |
|
– – Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin: |
|
91 |
– Kwarti ta’ quddiem mifrudin, li jiżnu 45 kg jew iktar imma li ma jaqbżux il-75 kg, b’ livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali) li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża ċar u li x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, huwa abjad li jagħti fl-isfar ċar fil-kulur (1) |
ex 0201 20 50 |
|
– – Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin: |
|
91 |
– Kwarti ta’ wara mifrudin, li jiżnu 45 kg jew iktar imma li ma jaqbżux il-75 kg (imma 38 kg jew iktar li ma jaqbżux it-68 kg fil-każ tal-qatgħat “Pistola”), b’ livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali) li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża ċar u li x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, huwa abjad li jagħti fl-isfar ċar fil-kulur (1) |
(1) Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ilevanti Komunitarji.
ANNESS III
Ir-Regolament imħassar
flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2563/2000 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2487/2001 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2003 |
l-Artikolu 1 biss |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/2005 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2005 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1946/2005 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/2007 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2008 |
|
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 2007/2000 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2) |
Artikoli 2 |
Artikoli 2 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 4(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 3(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
Artikolu 7 |
Artikolu 5 |
Artikolu 8 |
Artikolu 6 |
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
Artikolu 10 |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
— |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 17 |
Artikolu 12 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |