Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1122

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ta’ 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid

ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32014R0640

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1122/oj

2.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/65


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1122/2009

ta’ 30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 85x u 103za, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u b’mod partikulari l-Artikolu 142(b), (c), (d), (e), (h), (k), (l), (m), (n), (o), (q) u (s) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jirrevoka u jissostitwixxi ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 u jintroduċi għadd ta’ modifiki għall-iskema ta’ pagament uniku kif ukoll ċerti skemi ta’ pagament dirett oħra. Fl-istess ħin iħassar għadd ta’ skemi ta’ pagament dirett mill-2010. Barra minn hekk, huwa jintroduċi għadd ta’ bidliet fis-sistema li skont dawn, pagamenti diretti lil bidwi li ma jikkonformax ma’ ċerti kundizzjonijiet fl-oqsma tas-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, tal-ambjent u l-benessri tal-annimali (“kundizzjonalità”) għandhom ikunu soġġetti għal tnaqqis jew esklużjonijiet.

(2)

L-iskemi ta’ pagament dirett ġew introdotti għall-ewwel darba bħala riżultat tar-riforma tal-politika agrikola komuni fl-1992 u ġew żviluppati aktar b’riformi sussegwenti. L-iskemi kienu soġġetti għal sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “sistema integrata”). Dik is-sistema, kif stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-24 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonalità modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif previst fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 73/2009, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonalità prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (2), tat prova li hija mezz effettiv u effiċjenti għall-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ pagament dirett. Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jibni abbażi ta’ dik is-sistema integrata.

(3)

Filwaqt li jitqiesu l-modifiki li saru għall-pagamenti diretti bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 796/2004 jiġi mħassar u sostitwit, filwaqt li r-Regolament il-ġdid jiġi bbażat fuq il-prinċipji stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 796/2004. Fl-istess ħin, b’konsegwenza tal-inkorporazzjoni tas-settur tal-inbid fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, huwa xieraq li r-referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (3) eżistenti fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal raġunijiet ta’ koerenza, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 (4) li ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (5).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 iħalli għażla lill-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ wħud mill-iskemi ta’ għajnuna previsti fih. Dan ir-Regolament għandu, għalhekk, jagħmel dispożizzjoni għall-amministrazzjoni u l-kontroll li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fid-dawl li possibbilment jagħżlu li jidħlu f’uħud mill-iskemi ta’ għajnuna. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament għandhom, għalhekk, japplikaw biss jekk l-Istati Membri jkunu għamlu dawn l-għażliet.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi għal ċerti obbligi tal-Istati Membri minn naħa u tal-bdiewa individwali min-naħa l-oħra, bħala parti mill-kundizzjonijiet ta’ kundizzjonalità, fir-rigward tal-manutenzjoni ta’ mergħa permanenti. Jeħtieġ li jiġu stipulati d-dettalji għad-determinazzjoni tal-proporzjon tal-mergħa permanenti u l-art agrikola li għandu jinżamm u li jiġu previsti obbligi individwali fil-livell tal-bdiewa li għandhom jitħarsu meta jiġi stabbilit li l-proporzjon ikun qed jonqos b’detriment għall-art li taqa’ taħt mergħa permanenti.

(6)

Sabiex ikun possibbli li jitwettaq kontroll effettiv u biex tiġi evitata l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet multipli għall-għajnuna lil aġenziji tal-ħlas differenti fi Stat Membru wieħed, l-Istati Membri għandhom jipprevedu għal sistema waħda biex issir ir-reġistrazzjoni tal-identità tal-bdiewa li jippreżentaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna soġġetti għas-sistema integrata.

(7)

Huma meħtieġa regoli dettaljati fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni ta’ ħbula agrikoli li se jitħaddmu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Skont dik id-dispożizzjoni, għandu jsir użu minn tekniki ta’ sistema ta’ informazzjoni ġeografika kompjuterizzata (GIS). Jeħtieġ li jiġi ċċarat f’liema livell għandha topera s-sistema u l-livell ta’ dettalji ta’ informazzjoni li għandha tkun disponibbli fil-GIS.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kif xieraq tal-iskema ta’ pagament uniku kif hemm previst fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni li skontha għandhom ikunu jistgħu jinstabu d-drittijiet għall-pagament u li tippermetti, inter alia, għal erjas ta’ kontroverifika ddikjarati għall-finijiet tal-iskema ta’ pagament uniku mad-drittijiet għall-pagament disponibbli lil kull bidwi u bejn id-drittijiet għall-pagament differenti bħal dawn.

(9)

Il-monitoraġġ tal-osservanza tal-obbligi differenti ta’ kundizzjonalità jeħtieġ l-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll u ta’ tnaqqisiet xierqa. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet differenti fl-Istati Membri jeħtieġu li jikkomunikaw l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-kontroll ta’ kampjuni, ir-riżultati tal-verifiki fuq il-post eċċ. Għandha ssir dispożizzjoni għall-elementi bażiċi għal sistema bħal din.

(10)

Fl-interess tas-simplifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna skont it-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) 73/2009 għandhom jiġu koperti bl-applikazzjoni unika.

(11)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun possibli li s-sistema integrata titħaddem b’mod xieraq meta jkun hemm aktar minn aġenzija tal-ħlas waħda responsabbli fir-rigward tal-istess bidwi.

(12)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli effettivi, kull tip ta’ erja wżata u l-iskemi ta’ għajnuna konċernati għandhom jiġu dikjarati fl-istess ħin. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni unika għall-għajnuna li tinkludi kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna li b’xi mod tkun relatata mal-erja. Barra minn hekk, għandha tiġi ppreżentata formola ta’ applikazzjoni unika minn bdiewa li ma japplikaw għall-ebda għajnuna soġġetta għall-applikazzjoni unika jekk ikollhom erja agrikola għad-dispożizzjoni tagħhom. Madankollu, ikun xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw il-bdiewa minn dan l-obbligu, meta l-informazzjoni tkun diġà disponibbli għall-awtoritajiet.

(13)

L-Istati Membri għandhom jiffissaw data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika li, sabiex tippermetti proċediment u kontrolli f’waqthom tal-applikazzjoni, ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Mejju. Madankollu, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u fl-Iżvezja, dawk l-Istati Membri għandu jkollhom permess li jistabbilixxu data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkontemplati derogi abbażi ta’ każ b’każ fuq dik l-istess bażi legali fil-każ li l-kundizzjonijiet klimatiċi f’xi sena partikolari fil-ġejjieni jkunu jeħtieġu dan.

(14)

Fl-applikazzjoni unika, il-bidwi ma għandux jiddikjara biss iż-żona li qed juża għal skopijiet agrikoli iżda wkoll id-drittijiet għall-pagament tiegħu u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna għandhom ikunu rikjesti flimkien mal-applikazzjoni unika. Madankollu huwa xieraq li l-Istati Membri għandu jkollhom permess li jidderogaw minn ċerti obbligi meta d-drittijiet għall-pagament li ser jiġu allokati fis-sena partikolari ma jkunux għadhom ġew stabbiliti definittivament.

(15)

Bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-applikazzjoni u f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandha ssir dispożizzjoni, f’dan il-kuntest, għall-Istati Membri biex jipprovdu lill-bidwi sa fejn hu possibbli b’informazzjoni stabbilita minn qabel.

(16)

Kwalunkwe informazzjoni speċifika relatata mal-produzzjoni tal-qanneb, il-ġewż, il-patata tal-lamtu, iż-żerriegħa, il-qoton, il-frott u l-ħxejjex u mal-appoġġ speċifiku kopert mill-applikazzjoni unika għandha tiġi rikjesta flimkien mal-applikazzjoni unika, jew fejn xieraq minħabba n-natura tal-informazzjoni f’data aktar tard. Barra minn hekk, għandu jkun previst li żoni li għalihom mhijiex qed tintalab għajnuna, jiġu ddikjarati fil-formola tal-applikazzjoni unika. Skont it-tip ta’ użu, jista’ jkun importanti li wieħed ikollu informazzjoni dettaljata u għal din ir-raġuni ċerti użijiet għandhom jiġu ddikjarati separatament filwaqt li użijiet oħra jistgħu jiġu ddikjarati taħt intestatura waħda. Madankollu, f’każijiet meta l-Istati Membri jkunu diġà rċevew dik it-tip ta’ informazzjoni, għandha tiġi permessa deroga minn din ir-regola.

(17)

Sabiex ikun possibbli li jitwettaq monitoraġġ effettiv, kull Stat Membru għandu, barra minn hekk, jiddetermina d-daqs minimu ta’ ħbula agrikoli li jistgħu jkunu soġġetti għal applikazzjoni għall-għajnuna.

(18)

Sabiex ikun hemm l-akbar flessibbiltà possibbli fir-rigward tal-ippjanar minn bdiewa fir-rigward tal-użu tal-erja, huma għandhom jitħallew jemendaw l-applikazzjoni unika tagħhom sa dawk id-dati li fihom normalment iseħħ iż-żriegħ, sakemm jiġu rrispettati ir-rekwiżiti partikolari kollha li jaqgħu taħt l-iskemi għall-għajnuna differenti u sakemm l-awtorità kompetenti tkun għadha ma informatx lill-bidwi bl-iżbalji li jinstabu fl-applikazzjoni unika, u lanqas tkun nnotifikat il-verifika fuq il-post li tikxef l-iżbalji, b’relazzjoni mal-parti affettwata bl-emenda. B’segwitu tal-emenda, għandha tingħata l-possibbiltà li jiġu aġġustati d-dokumenti jew il-kuntratti korrispondenti tal-appoġġ li għandhom jiġu ppreżentati.

(19)

It-tressiq puntwali tal-applikazzjoni għal żieda fil-valur jew fl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament uniku hija kruċjali għal amministrazzjoni effettiva. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu data ta’ skadenza għall-applikazzjoni, li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Mejju. Biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jiddeċiedu li l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi ppreżentata flimkien mal-applikazzjoni unika. Għal din ir-raġuni, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja, għandhom Madankollu jkollhom permess li jistabbilixxu data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.

(20)

Fil-każ meta Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni tal-iskemi varji ta’ għajnuna għall-bhejjem, għandhom isiru dispożizzjonijiet komuni li jikkonċernaw id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem.

(21)

Skont l-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, primjums li jaqgħu taħt l-iskemi għall-għajnuna għall-bhejjem tal-fart jistgħu jitħallsu biss għal annimali li huma identifikati u reġistrati kif xieraq skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (6). Il-bdiewa li jippreżentaw l-applikazzjonijiet skont l-iskemi ta’ għajnuna konċernati għandhom għalhekk jingħataw aċċess għall-informazzjoni rilevanti fi żmien xieraq.

(22)

L-għajnuna għall-produtturi tal-pitravi taz-zokkor u l-kannamiela, il-pagament separat għaz-zokkor u l-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex, minħabba n-natura tagħhom, mhumiex relatati mal-qasam agrikolu, u din hija r-raġuni għala d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni unika ma japplikawx għal dawk l-iskemi ta’ pagament. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni sabiex ikun hemm proċedura ta’ applikazzjoni xierqa.

(23)

Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ulterjuri għall applikazzjoni għal appoġġ speċifiku skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 apparti mill-pagamenti skont l-erja jew il-pagamenti għall-bhejjem. Minħabba d-diversità possibbli tal-miżuri ta’ appoġġ speċifiku huwa ta’ importanza partikolari li l-bidwi jippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà. Għal raġunijiet prattiċi l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jitolbu d-dokumenti ta’ appoġġ f’data aktar tard minn dik li għandha tkun stabbilita għall-applikazzjoni.

(24)

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 68(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-benefiċjarji mhumiex il-bdiewa iżda l-fondi reċiproċi kienu ta’ kumpens għal bdiewa għal telf ekonomiku. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali għall-applikazzjoni għall-appoġġ lill-fondi reċiproċi li jirriflettu l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tagħhom għall-pagament.

(25)

Għandu jiġi stabbilit il-qafas ġenerali għall-introduzzjoni ta’ proċeduri simplifikati fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet bejn il-bidwi u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Dak il-qafas għandu, b’mod partikolari, jipprevedi għall-possibbiltà li jsir użu minn mezzi elettroniċi. Madankollu għandu jiġi garantit li, partikolarment, id-dejta li ntbagħtet tkun għal kollox affidabbli u li proċeduri bħal dawn jiġu operati mingħajr l-ebda diskriminazzjoni bejn il-bdiewa. Barra minn hekk, sabiex tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali, għandu jkun possibbli għall-awtoritajiet nazzjonali li jitolbu d-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa biex ssir verifika tal-eliġibbiltà ta’ ċerti pagamenti, direttament mis-sors tal-informazzjoni u mhux mingħand il-bidwi.

(26)

Meta l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkun fihom żbalji ovvji, għandu jkun possibbli li dawn jiġu aġġustati dejjem..

(27)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jindirizzaw is-sitwazzjonijiet meta l-aħħar data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet, dokumenti jew emendi varji tkun festa pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd.

(28)

Huwa indispensabbli li jiġu rispettati l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna, għall-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna skont iż-żona, u għal kwalunkwe dokumenti, kuntratti u dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, sabiex ikun possibbli għall-amministrazzjonijiet nazzjonali li jipprogrammaw u, sussegwentement, iwettqu kontrolli effettivi dwar il-korrettezza tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien li fihom l-applikazzjonijiet li jintbagħtu tard għandhom ikunu aċċettati. Barra minn hekk, għandu jiġi applikat tnaqqis biex iħajjar lill-bdiewa josservaw il-limiti taż-żmien.

(29)

Il-preżentazzjoni puntwali mill-bdiewa ta’ applikazzjonijiet għal drittijiet għall-pagament hija essenzjali għall-Istati Membri bil-għan li jiġu stabbiliti fil-ħin id-drittijiet ta’ pagament. Għalhekk il-preżentazzjonijiet ta’ dawk l-applikazzjonijiet li saru tard għandhom jiġu permessi biss fl-istess limitu ta’ żmien addizzjonali bħal dak tal-preżentazzjonijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna li saru tard. Għandha tiġi applikata wkoll rata ta’ tnaqqis dissważiva dejjem jekk id-dewmien ma jkunx riżultat ta’ każijiet ta’ force majeure jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.

(30)

Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jirtiraw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna tagħhom jew partijiet minnhom f’kull żmien sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx infurmat lill-bidwi b’xi żbalji li jkun hemm fl-applikazzjoni għall-għajnuna u lanqas innotifikat il-verifika fuq il-post.

(31)

Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi għall-għajnuna ġestiti skont is-sistema integrata għandha tiġi mmonitorjata effettivament. Għal dan il-għan, u biex ikun hemm livell armonizzat ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu stipulati fid-dettal il-kriterji u l-proċeduri tekniċi għat-twettieq tal-kontrolli amministrattivi u l-verifiki fuq il-post fir-rigward kemm tal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti għall-iskemi ta’ għajnuna kif ukoll l-obbligi ta’ kundizzjonalità. Huwa essenzjali għall-monitoraġġ li l-verifiki fuq il-post jkunu jistgħu jitwettqu. Għalhekk jekk bidwi ma jippermettix li dawn il-verifiki jitwettqu, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu rrifjutati.

(32)

L-infurmar minn qabel dwar il-verifiki fuq il-post għall-eliġibbiltà jew il-kundizzjonalità għandu jiġi permess biss meta dan ma jqiegħedx il-verifiki fil-periklu, u fi kwalunkwe każ għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien xierqa. Barra minn hekk, meta r-regoli speċifiċi tas-settur għal atti jew standards li jaqaw taħt kundizzjonalità jipprevedu verifiki fuq il-post mingħajr infurmar minn qabel, dawn ir-regoli għandhom jiġu rispettati.

(33)

Għandu jkun previst li, fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jgħaqqdu flimkien il-kontrolli varji.

(34)

Bil-għan li jinstabu b’mod effettiv l-irregolaritajiet fil-kontrolli amministrattivi, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet partikolarment fir-rigward tal-kontenut tal-kontroverifiki. L-irregolaritajiet għandhom jiġu segwiti bi kwalunkwe proċedura xierqa.

(35)

Żball li jsir ta’ spiss meta jitwettqu l-kontroverifiki hu dikjarazzjoni żejda minuri tal-erja agrikola totali f’ħabel ta’ referenza. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, meta ħabel ta’ referenza jkun soġġett għal applikazzjoni għall-għajnuna ta’ żewġ bdiewa jew aktar li qed japplikaw għall-għajnuna li taqa’ taħt l-istess skema ta’ għajnuna u meta l-erja kumplessiva ddikjarata taqbeż l-erja agrikola b’differenza li taqa’ fi ħdan it-tolleranza definita għall-kejl ta’ ħbula agrikoli, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jipprevedu għal tnaqqis proporzjonali tal-erjas konċernati. Madankollu, il-bdiewa kkonċernati għandu jkollhom id-dritt li jappellaw kontra deċiżjonijiet bħal dawn.

(36)

Meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-pagamenti jingħataw għal erjas jew bhejjem ikun xieraq li tiġi applikata l-istess rata ta’ kontroll li tkun intużat għall-pagamenti oħra relatati mal-erja u mal-bhejjem. Għal miżuri ta’ appoġġ speċifiku, il-benefiċjarji għandhom jiġu kkunsidrati bħala popolazzjoni separata u jiġu ppreżentati għal rata speċifika ta’ kontroll minimu.

(37)

Għandu jiġi stabbilit l-għadd minimu ta’ bdiewa li għandhom jiġu vverifikati fuq il-post skont l-iskemi varji ta’ għajnuna. Fil-każ fejn l-Istati Membri jagħżlu l-applikazzjoni tal-iskemi varji ta’ għajnuna għall-bhejjem, għandu jiġi previst approċċ integrat abbażi tal-impriża b’relazzjoni mal-bdiewa li japplikaw għall-għajnuniet skont dawk l-iskemi.

(38)

Id-determinazzjoni ta’ irregolaritajiet sinifikanti u ta’ nuqqas ta’ konformità għandha teħtieġ żieda fil-livell ta’ verifiki fuq il-post matul is-sena kurrenti u/jew is-sena ta’ wara biex jintlaħaq livell aċċettabbli ta’ assigurazzjoni tal-korrettezza tal-applikazzjonijiet tal-għajnuna konċernati. L-estensjoni tal-kampjun, meta tkun tikkonċerna l-kundizzjonalità, għandha tkun immirata lejn l-atti jew l-istandards konċernati.

(39)

Il-verifiki fuq il-post tal-bdiewa li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-għajnuna ma għandhomx neċessarjament jitwettqu fuq kull bhima jew ħabel agrikolu individwali. Il-verifiki fuq bażi ta’ kampjuni, f’ċerti każijiet, jistgħu jitwettqu. Madankollu, fejn dan ikun permess, il-kampjun għandu jiġi estiż għal grad li jiggarantixxi livell ta’ assigurazzjoni affidabbli u rappreżentattiv. F’ċerti każijiet il-kampjuni jistgħu jkunu estiżi għal kontroll sħiħ. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun li għandu jiġi vverifikat.

(40)

Il-kampjun tar-rata minima tal-verifiki fuq il-post għandu jitfassal parzjalment fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju u parzjalment b’mod każwali. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-fatturi tar-riskju peress li tinsab f’pożizzjoni aħjar biex tagħżel l-fatturi rilevanti tar-riskju. Sabiex jiġi garantit analiżi rilevanti u effiċjenti tar-riskju, l-effikaċja tal-analiżi għandha tiġi vvalutata u aġġornata fuq bażi annwali filwaqt li titqies ir-rilevanza ta’ kull fattur tar-riskju, u jitqabblu r-riżultati tal-kampjuni magħżula każwalment u dawk abbażi tar-riskju u s-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri.

(41)

Sabiex il-verifika fuq il-post tkun effettiva huwa importanti li l-persunal li jwettaq il-verifiki jkun infurmat bir-raġuni għall-għażla tal-verifika fuq il-post. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri ta’ dik l-informazzjoni.

(42)

F’ċerti każijiet ikun rilevanti li jitwettqu l-verifiki fuq il-post qabel ma jaslu l-applikazzjonijiet kollha u għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom permess li jagħmlu għażla parzjali tal-kampjun tal-kontroll qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni.

(43)

Sabiex l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Komunità jkunu jistgħu jsegwu l-verifiki fuq il-post imwettqa, id-dettalji tal-kontrolli għandhom jiġu rreġistrati f’rapport ta’ kontroll. Il-bidwi jew rappreżentant tiegħu għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport. Madankollu, fil-każ ta’ verifiki fuq il-post permezz ta’ remote sensing l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu għal dan id-dritt f’każijiet biss meta l-verifika tikxef irregolaritajiet. Irrispettivament mit-tip ta’ verifika fuq il-post imwettqa, il-bidwi għandu jirċievi kopja tar-rapport jekk jinstabu irregolaritajiet.

(44)

Il-verifiki fuq il-post ta’ skemi relatati maż-żona għandhom, sabiex jiġi garantit monitoraġġ xieraq, ikopru l-ħbula agrikoli kollha dikjarati. Madankollu, bl-iskop tas-simplifikazzjoni, għandu jiġi permess li d-determinazzjoni attwali tal-ħbula tkun limitata għal kampjun ta’ 50 % tal-ħbula. Madankollu l-kampjun għandu jkun affidabbli u rappreżentattiv u miżjud f’każ ta’ anomaliji. Għandha ssir estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kampjun għall-kumplament tal-popolazzjoni. Bl-iskop tal-verifiki fuq il-post, ikun xieraq li jiġi speċifikat li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn ċerti għodod tekniċi.

(45)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati fir-rigward tad-determinazzjoni tal-erjas u l-metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw sabiex tiġi żgurata kwalità ta’ kejl li hija ekwivalenti għal dik rikjesta minn standards tekniċi kif imfassla fuq livell Komunitarju.

(46)

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-erja tal-ħbula agrikoli eliġibbli għall-pagamenti skont l-erja, l-esperjenza wriet li jeħtieġ li tiġi definita l-wisa’ aċċettabbli ta’ ċerti karatteristiċi tal-għelieqi, partikolarment is-sisien tal-ħaxix, il-fosos u l-ħitan. Bil-għan ta’ ħtiġijiet speċifiċi ambjentali, għandha tiġi prevista ftit flessibbiltà fi ħdan il-limiti meqjusa meta ġie stabbilit ir-rendiment reġjonali.

(47)

Għandu jiġi stabbilit taħt liema kundizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati l-ħbula agrikoli li jkollhom is-siġar bħala eliġibbli għall-iskemi relatati mal-erja. Ikun xieraq ukoll li tiġi stabbilita dispożizzjoni li tirrigwarda l-proċedura amministrattiva li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ erjas użati ma’ ħaddieħor.

(48)

Il-kundizzjonijiet għall-użu tar-remote sensing għall-verifiki fuq il-post għandhom jiġu stipulati u għandha ssir dispożizzjoni għall-verifiki fiżiċi li għandhom jitwettqu fil-każijiet meta l-interpretazzjoni fotografika ma twassalx għal riżultati ċari. Minħabba, pereżempju, il-kundizzjonijiet klimatiċi jista’ jkun hemm każijiet fejn il-kontrolli addizzjonali li għandhom jitwettqu wara żieda fir-rata ta’ verifiki fuq il-post ma jistgħux jitwettqu aktar permezz ta’ remote sensing. F’dak il-każ huma għandhom jitwettqu b’mezzi tradizzjonali.

(49)

Skont l-iskema ta’ pagament uniku, il-bdiewa li għandhom drittijiet speċjali jistgħu jirċievu appoġġ jekk jissodisfaw ċertu rekwiżit ta’ attività. Bil-għan ta’ verifika effettiva ta’ dak ir-rekwiżit, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għal verifiki fuq il-post ta’ bdiewa li għandhom drittijiet speċjali.

(50)

Minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-iskema ta’ għajnuna għaż-żerriegħa, il-qoton u z-zokkor skont it-Taqsimiet 5, 6 u 7 tal-Kapitoli 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ kontroll.

(51)

L-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi li biex ikunu eliġibbli għal pagamenti diretti, il-varjetajiet tal-qanneb għandu jkollhom kontenut ta’ tetrahydrocannabinol (THC) li ma jaqbiżx 0,2 %. Bil-għan tal-implimentazzjoni ta’ din ir-regola, għandha tiġi stabbilita s-sistema li għandha tintuża mill-Istati Membri għall-verifika tal-kontenut ta’ THC fil-qanneb.

(52)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun provvdut perjodu ta’ żmien li matulu l-qanneb imkabbar għall-fibra ma jistax jinħasad wara l-fjoritura sabiex jippermetti t-twettiq effettiv tal-obbligi ta’ kontroll previsti fir-rigward ta’ dawn l-uċuħ.

(53)

Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni tal-iskemi varji ta’ għajnuna għall-bhejjem, fejn l-għajnuna ssir applikazzjoni għaliha skont dawk l-iskemi ta’ għajnuna, iż-żmien u l-kontenut minimu tal-verifiki fuq il-post għandhom jiġu speċifikati. Sabiex issir verifika effettiva tal-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna u n-notifikazzjonijiet lid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini, huwa essenzali li l-parti l-kbira ta’ verifiki fuq il-post bħal dawn jitwettqu waqt li l-bhejjem ikunu għadhom iridu jinżammu fl-impriża agrikola skont l-obbligu taż-żamma.

(54)

Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni tal-iskemi varji ta’ għajnuna għal annimali bovini, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni xierqa tal-annimali bovini li huma l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandu jiġi żgurat li l-għajnuna Komunitarja tingħata biss għall-annimali bovini li jkunu identifikati u rreġistrati kif xieraq. Verifiki bħal dawn għandhom jitwettqu wkoll fir-rigward ta’ annimali bovini li tkun għadha ma saritx talba għalihom iżda li jistgħu jkunu s-soġġett għal applikazzjoni għall-għajnuna peress li dawk il-bhejjem, minħabba t-tfassil ta’ bosta skemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini, f’ħafna każijiet, tkun saret talba għall-għajnuna għalihom wara li jkunu diġà telqu mill-impriża.

(55)

Għall-ovini u l-kaprini, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru partikolarment it-twettiq tal-perjodu taż-żamma u l-korrettezza tal-entrati fir-reġistru.

(56)

Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni għall-primjum tal-qatla, għandha ssir dispożizzjoni speċjali għall-verifiki fuq il-post biex jitwettqu fil-biċċeriji sabiex issir verifika li l-bhejjem li għalihom saret talba għall-għajnuna jkunu eliġibbli u li l-informazzjoni miżmuma fid-database kompjuterizzata tkun korretta. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw żewġ bażijiet differenti għall-għażla tal-biċċeriji fir-rigward ta’ verifiki bħal dawn.

(57)

Safejn huwa konċernat il-primjum tal-biċċerija mogħti wara l-esportazzjoni tal-bhejjem bovini, id-dispożizzjonijiet speċjali huma neċessarji flimkien mad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll tal-Komunità li jirrigwardaw esportazzjoni b’mod ġenerali minnħabba d-differenzi fl-għanijiet ta’ kontroll.

(58)

Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet ta’ kontroll speċjali abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003 tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini. Meta jitwettqu dawk il-kontrolli skont dak ir-Regolament, ir-riżultati għandhom jiddaħħlu fir-rapport ta’ kontroll għall-finijiet tas-sistema integrata.

(59)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet fir-rigward tar-rapport ta’ kontroll f’każ ta’ verifiki fuq il-post fil-biċċeriji jew meta l-primjum jingħata wara l-esportazzjoni. għal finijiet ta’ koerenza, għandu jiġi previst ukoll li f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (8) kopji tar-rapporti ta’ kontroll għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.

(60)

F’każ meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li jagħti appoġġ speċifiku kif previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti b’dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati sa fejn hu possibli Fejn mhuwiex possibbli li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu applikati, l-Istati Membri għandhom jipprevedu livell ta’ kontroll ekwivalenti. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-kontroll ta’ applikazzjonijiet għal pagament b’fondi reċiproċi u għall-investimenti.

(61)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jintroduċi obbligi ta’ kundizzjonalità għall-bdiewa li jirċievu pagamenti skont l-iskemi kollha ta’ pagament dirett elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament u jipprevedu għal sistema ta’ tnaqqis u esklużjonijiet meta obbligi bħal dawn ma jiġux issodisfati. Dik is-sistema tapplika wkoll għal pagamenti skont Artikoli 85p, 103q u 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Id-dettalji għal dik is-sistema għandhom jiġu stabbiliti.

(62)

Għandhom jiġu stabbiliti d-dettalji li jikkonċernaw liema awtoritajiet fl-Istati Membri jwettqu l-kontrolli fuq l-obbligi ta’ kundizzjonalità.

(63)

F’ċerti każijiet jista’ jkun utli għall-Istati Membri li jitwettqu kontrolli amministrattivi fuq l-obbligi ta’ kundizzjonalità. Madankollu, għodod ta’ kontroll bħal dawn ma għandhomx ikunu obbligatorji għall-Istati Membri.

(64)

Għandha tiġi stabbilita r-rata minima ta’ kontroll fir-rigward tal-obbliġi tal-kundizzjonalità. Ir-rata ta’ kontroll għandha tiġi ffissata għal 1 % tal-bdiewa soġġetti għall-kundizzjonalità li jaqgħu taħt il-qasam ta’ kompetenza ta’ kull awtorità ta’ kontroll li għandha tintgħażel abbażi ta’ analiżi tar-riskju xieraq.

(65)

L-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jissodisafaw ir-rata minima ta’ kontroll fil-livell ta’ kull awtorità ta’ kontroll kompetenti, fil-livell ta’ aġenzija ta’ ħlas jew fil-livell ta’ att jew standard, jew grupp ta’ atti jew standards.

(66)

Meta l-leġiżlazzjoni speċifika applikabbli għall-att u għall-istandards tiffissa rati minimi ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw dawn ir-rati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw rata unika ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità. Jekk l-Istati Membri jagħmlu din l-għażla, kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità li jinstabu matul il-verifiki fuq il-post skont il-leġiżlazzjoni settorjali għandhom jiġu rrappurtati u segwiti skont il-kundizzjonalità.

(67)

Bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, ġew stabbiliti regoli li f’ċerti każijiet jesiġu segwitu mill-awtorità kompetenti li għalih l-bdiewa jkunu ħadu azzjoni ta’ rimedju. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dgħufija tas-sistema ta’ kontroll, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda it-teħid tal-kampjuni għall-kontrolli fuq il-post għall-kundizzjonalità, għandu jiġi ċċarat li każijiet ta’ segwitu bħal dawn m’għandhomx jitqiesu waqt l-istabbiliment tal-kampjun minimu ta’ kontroll.

(68)

Il-kampjun ta’ kontroll għall-kundizzjonalità għandu jittieħed jew fuq il-bażi tal-kampjuni ta’ bdiewa li jintgħażlu għal verifika fuq il-post fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà, jew mill-popolazzjoni kumplessiva ta’ bdiewa li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-pagamenti diretti. Fil-każ imsemmi l-aħħar għandhom ikunu permessi ċerti għażliet sekondarji oħra.

(69)

It-teħid tal-kampjuni tal-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità jista’ jitjieb billi jkun permess li, fl-analiżi tar-riskju, titqies il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fis-sistema konsultattiva għall-farms prevista fl-Artikoli 12 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-bdiewa f’sistemi rilevanti ta’ ċertifikazzjonijiet. Madankollu, meta titqies dik il-parteċipazzjoni, għandu jintwera li l-bdiewa li qed jipparteċipaw f’dawk l-iskemi jirrapreżentaw inqas riskju milli kieku l-bdiewa ma jipparteċipawx f’dawk l-iskemi.

(70)

B’mod ġenerali l-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità jkunu jeħtieġu bosta żjarat lill-istess farm. Sabiex jitnaqqas il-piż tal-verifiki kemm minn fuq il-bdiewa kif ukoll minn fuq l-amministrazzjonijiet, il-verifiki jistgħu jiġu llimitati għal żjara ta’ verifika waħda. Iż-żmien ta’ dik iż-żjara għandu jiġi kkjarifikat. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq verifika rappreżentattiva u effettiva tar-rekwiżiti u l-istandards fl-istess sena kalendarja.

(71)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità u biex isir użu aħjar tal-kapaċitajiet ta’ kontroll eżistenti, għandu jkun previst, meta l-effettività tal-kontrolli hija tal-inqas daqs dik miksuba meta jkunu se jitwettqu l-verifiki fuq il-post, sabiex jieħdu post il-kontrolli fil-livell ta’ farm minn kontrolli jew verifiki amministrattivi fil-livell ta’ impriżi.

(72)

Barra minn hekk għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li, meta jwettqu l-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità, jagħmlu użu mill-indikaturi ta’ objettivi/miri speċifiċi għal ċerti rekwiżiti jew standards. Madankollu dawk l-indikaturi għandhom ikunu marbutin direttament mar-rekwiżiti jew mal-istandards li jirrapreżentaw u għandhom ikopru l-elementi kollha li għandhom jiġu vverifikati.

(73)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-istabbiliment ta’ rapporti ta’ kontroll għall-kundizzjonalità dettaljati u speċifiċi. Il-kontrolluri speċjalizzati fil-qasam għandhom jindikaw kull sejba kif ukoll il-grad ta’ serjetà ta’ sejbiet bħal dawn sabiex ikun possibbli għall-aġenzija tal-ħlas li tistabbilixxi t-tnaqqis relatat jew, skont kif ikun il-każ, li tiddeċiedi dwar l-esklużjonijiet milli jirċievu pagamenti diretti.

(74)

Il-bdiewa għandhom ikunu informati dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità possibbli li ġie ddeterminat wara verifika fuq il-post. Ikun xieraq li jiġi previst xi limitu ta’ żmien li fih il-bdiewa għandhom jirċievu din l-informazzjoni. Madankollu, jekk dan il-limitu ta’ żmien jinqabeż, ma jfissirx li l-bdiewa kkonċernati għandhom ikunu intitolati li jevitaw il-konsegwenzi li f’każijiet oħra joħorġu min-nuqqas determinat ta’ konformità.

(75)

Għandhom jiġu stabbiliti tnaqqisiet u esklużjonijiet fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-problemi speċjali marbuta ma’ każijiet ta’ forza maġġuri kif ukoll ċirkustanzi eċċezzjonali u naturali. Fil-każ ta’ obbligi ta’ nuqqas ta’ konformità, it-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet jistgħu jiġu applikati biss meta l-bidwi jkun aġixxa b’mod negliġenti jew b’mod intenzjonali. It-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet għandhom jiġu ggradati skont il-gravità tal-irregolarità imwettqa u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni totali minn waħda jew bosta skemi ta’ għajnuna għal perjodu speċifiku. Dawn għandhom, fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà, iqisu l-karatteristiċi partikolari tal-iskemi varji ta’ għajnuna.

(76)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli b’mod effettiv, partikolarment il-kontrolli dwar l-osservanza tal-obbligi ta’ kundizzjonalità, il-bdiewa skont l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiddikjaraw l-erjas kollha disponibbli għalihom kemm jekk huma qed jitolbu għajnuna għal dawn l-erjas kif ukoll jekk mhumiex. Jeħtieġ li jkun hemm provvediment għal mekkaniżmu li jiżgura li l-bdiewa jissodisfaw dak l-obbligu.

(77)

Għal finijiet tad-determinazzjoni tal-erjas u l-kalkolu tat-tnaqqisiet jeħtieġ li jiġu ddefiniti l-erjas li jaqgħu fi ħdan l-istess grupp ta’ uċuħ tar-raba’. Erja għandha titqies bosta drabi jekk hi tiġi ddikjarata għall-għajnuna taħt aktar minn skema ta’ għajnuna waħda.

(78)

Il-pagament ta’ appoġġ li jaqa’ taħt l-iskema ta’ pagament uniku jeħtieġ għadd ugwali ta’ drittijiet għall-pagament u ta’ ettari eliġibbli. Għall-finijiet ta’ din l-iskema jkun xieraq għalhekk li jiġi previst li l-kalkolu tal-pagament f’każ ta’ diskrepanzi bejn id-drittijiet għall-pagamenti ddikjarati u l-erja ddikjarata għandu jiġi bbażat fuq l-iżgħar daqs. Sabiex jiġi evitat il-kalkolu abbażi ta’ drittijiet li mhumiex eżistenti, għandu jiġi previst li l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament użati għall-kalkolu ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament disponibbli għall-bdiewa.

(79)

Fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna skont l-erja, l-irregolaritajiet normalment jaffettwaw partijiet tal-erjas. Id-dikjarazzjonijiet żejda fir-rigward ta’ ħabel wieħed, għalhekk, jagħmlu tajjeb għad-dikjarazzjonijiet nieqsa ta’ ħbula oħra tal-istess grupp ta’ uċuħ tar-raba’. Fi ħdan ċertu limitu ta’ tolleranza għandu jiġi previst li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu biss aġġustati għall-erja attwalment determinata u t-tnaqqis għandu jibda japplika ladarba dan il-limitu jinqabeż.

(80)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-pagamenti relatati mal-erja, id-differenzi bejn it-total tal-erja ddikjarata fl-applikazzjoni u t-total tal-erja ddeterminata bħala eliġibbli huma ta’ spiss sinifikanti. Sabiex jiġi evitat għadd kbir ta’ aġġustamenti minuri ta’ applikazzjoni għandu jiġi previst li l-applikazzjoni għall-għajnuna ma għandhiex tiġi aġġustata mal-erja ddeterminata dejjem jekk ma jinqabiżx ċertu livell ta’ differenzi.

(81)

Dispożizzjonijiet speċjali huma meħtieġa biex iqisu l-karatteristiċi partikolari ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li jaqgħu taħt l-iskemi ta’ għajnuna għall-patata tal-lamtu, iż-żerriegħa u l-qoton.

(82)

F’każ li dikjarazzjoni żejda tkun saret intenzjonalment, għandhom japplikaw ir-regoli speċjali tat-tnaqqis.

(83)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-bażi tal-kalkolu tal-primjums għall-bhejjem.

(84)

Il-bdiewa għandhom ikunu permessi li jissostitwixxu l-annimali bovini u ovini/kaprini taħt ċerti kundizzjonijiet u fi ħdan il-limiti permessi skont ir-regoli settorali rilevanti.

(85)

Sa fejn l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem huma kkonċernati, l-irregolaritajiet iwasslu għall-ineliġibbiltà tal-bhima kkonċernata. It-tnaqqisiet għandhom jiġu previsti sa mill-ewwel bhima li tinstab b’irregolaritajiet iżda, irrispettivament mill-livell ta’ tnaqqis, għandu jkun hemm sanzjoni anqas ħarxa meta tliet bhejjem jew anqas jinstabu b’irrgolaritajiet. Fil-każijiet l-oħra kollha, is-severità tas-sanzjoni għandha tiddependi fuq il-perċentwal tal-bhejjem li nstabu b’irregolaritajiet.

(86)

Fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini, għandhom jiġu stipulati għadd ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba l-karatteristiċi partikolari tas-settur.

(87)

Meta, minħabba ċirkustanzi naturali, il-bidwi ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi taż-żamma skont ir-regoli settorali, ma għandhomx jiġu applikati t-tnaqqis u l-esklużjonijiet.

(88)

Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel l-applikazzjoni tal-primjum għall-qatla, minħabba l-importanza tal-biċċeriji għat-tħaddim xieraq ta’ xi wħud mill-iskemi għall-għajnuna għall-annimali bovini, għandha ssir dispożizzjoni wkoll għall-każijiet fejn il-biċċeriji, jew minħabba negliġenza serja jew intenzjonalment, joħorġu ċertifikati jew dikjarazzjonijiet inkorretti.

(89)

F’każ li l-appoġġ speċifiku kif previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jingħata bħala pagament relatat mal-erja jew pagament għall-bhejjem, id-dispożizzjonijiet għal tnaqqisiet u esklużjonijiet li se jiġu stabbiliti miegħu għandhom, sa fejn hu possibbbli, jiġu applikati mutandis mutandis. Għal każijiet oħra l-Istati Membri għandhom, għal kull miżura li taqa’ taħt l-appoġġ speċifiku, jipprevedu tnaqqisiet u esklużjonijiet ekwivalenti.

(90)

L-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki tal-kundizzjonalità għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġenziji tal-ħlas kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-pagamenti differenti soġġetti għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità sabiex jiġi applikat it-tnaqqisiet xierqa, f’każ li s-sejbiet ikunu jiġġustifikaw dan.

(91)

Barra minn hekk, meta Stat Membru jagħżel il-possibbiltà li ma japplika l-ebda tnaqqis għal nuqqasijiet minuri ta’ konformità, jew li ma japplikax tnaqqisiet li jammontaw għal EUR 100 jew inqas, kif previst fl-Artikoli 23(2) jew 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti regoli għal bdiewa li jonqsu milli jieħdu l-azzjoni ta’ rimedju meħtieġa minnhom.

(92)

Fir-rigward tal-obbligi ta’ kundizzjonalità, minbarra l-iggradar tat-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet bil-ħsieb tal-prinċipju tal-proporzjonalità, għandu jiġi previst li f’ċertu żmien ksur ripetut tal-istess obbligu ta’ konformità għandu, wara twissija minn qabel lill-bidwi, jiġi ttrattat bħala non-konformità intenzjonali.

(93)

It-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom, bħala regola ġenerali, ma japplikawx għal bidwi li jkun bagħat informazzjoni fattwalment korretta jew fejn ikun jista’ juri mod ieħor li ma għandux tort.

(94)

Il-bdiewa li jagħtu avviż lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’xi żmien ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna inkorretti, ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi tnaqqisiet jew esklużjonijiet irrispettivament mir-raġuni tal-iskorrettezzi, sakemm il-bidwi ma jkunx infurmat bil-ħsieb tal-awtorità kompetenti li twettaq verifika fuq il-post u l-awtorità tkun għada ma nformatx lill-bidwi b’xi irregolarità fl-applikazzjoni.

(95)

L-istess għandu japplika b’relazzjoni ma’ dejta mhux korretta li tkun tinsab fid-database kompjuterizzata kemm fir-rigward ta’ annimali bovini li għalihom saret talba li dwarhom irregolaritajiet bħal dawk mhux biss jikkostitwixxu ksur ta’ obbligu tal-konformità iżda wkoll ksur ta’ kriterju ta’ eliġibbiltà, kif ukoll fir-rigward ta’ annimali bovini li dwarhom saret talba fejn irregolaritajiet bħal dawk ikunu rilevanti biss taħt l-obbligi ta’ konformità.

(96)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jiddefinixxi każijiet ta’ forza maġġuri ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri. Meta, bħala konsegwenza ta’ każijiet bħall dawn, bidwi ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu, hu ma għandux jitlef id-dritt tiegħu għall-pagament tal-għajnuna. Madankollu għandha tiġi stabbilita skadenza li fiha l-bidwi għandu jinnotifika każ bħal dan.

(97)

L-amministrazzjoni ta’ ammonti żgħar huwa kompitu ta’ piż żejjed għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għalhekk ikun xieraq li l-Istati Memebri jiġu awtorizzati biex ma jħallsux ammonti tal-għajnuna li jkunu inqas minn ċertu minimu.

(98)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi u dettaljati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ekwa tat-tnaqqisiet varjo li għandhom jiġu applikat fir-rigward ta’ xi applikazzjoni waħda jew diversi applikazzjonijiet mill-istess bidwi. It-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal sanzjonijiet addizzjonali li jaqgħu taħt kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-liġi Komunitarja jew nazzjonali.

(99)

Għandha tiġi ddeterminata s-sekwenza għall-kalkolu ta’ tnaqqisiet varju potenzjali dwar kull skema ta’ appoġġ. Sabiex jiġi żgurat li qed jiġu rrispettati l-limiti baġitarji varji stabbiliti għall-iskemi ta’ appoġġ dirett, għandu jiġi previst b’mod parikolari li l-pagamenti jitnaqqsu b’koeffiċjent meta, fin-nuqqas ta’ dan, il-limiti jkunu qed jinqabżu.

(100)

L-Artikolu 7, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi għal tnaqqisiet u, skont kif ikun il-każ, għal aġġustamenti tal-ammont tal-pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi fir-rigward ta’ sena kalendarja minħabba modulazzjoni u dixxiplina finanzjarja, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għandhom jipprevedu għall-bażi tal-kalkolu ta’ dawk it-tnaqqisiet u dawk l-aġġustamenti fil-proċess tal-kalkolu tal-ammont tal-pagamenti li għandu jingħata lill-bdiewa.

(101)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-prinċipju ta’ bona fede fil-Komunità, meta jinġabru l-ammonti mħallsa mhux b’mod xieraq, il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jiġi invokat dak il-prinċipju għandhom jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għat-trattament tal-ispiża konċernata fil-kuntest tat-tneħħija tal-kontijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (9).

(102)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jkopru l-eventwalità fejn bidwi jkun irċieva, b’mod mhux xieraq, għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti jew fejn il-valur ta’ kull dritt għall-pagament ġie ffissat f’livell mhux korrett u fejn il-każ ma jkunx kopert bl-Artikolu 137 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Madankollu, f’ċerti każijiet, fejn l-allokazzjonijiet mhux xierqa ta’ drittijiet ma jkunux affettwaw il-valur totali, iżda biss l-għadd tad-drittijiet tal-bidwi, l-Istati Membri għandhom jikkoreġu l-allokazzjoni jew fejn xieraq it-tip ta’ drittijiet, mingħajr ma jitnaqqas il-valur tagħhom. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika biss jekk l-iżball seta’ ma kienx raġonevolment misjub mill-bidwi. Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, drittijiet allokati b’mod mhux xieraq jikkorrispondu għal ammonti żgħar ħafna u jeħtieġ piż amminstrattiv sostanzjali sabiex dawn id-drittijiet jiġu rkuprati. Fid-dawl tas-simplifikazzjoni u tal-bilanċ bejn il-piż amministrattiv u l-ammont li jrid jiġi rkuprat, għandu jiġi ffissat ammont minimu li għandu jagħti bidu għal irkupru. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni f’każ li jkunu ġew trasferiti drittijiet għall-pagament bħal dawn u f’każ li jkunu twettqu t-trasferimenti ta’ drittijiet għall-pagamenti mingħajr ma jkun ġie rrispettat l-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew l-Artikoli 43, 62(1), 62(2) u 68(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(103)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-konsegwenzi ta’ trasferimenti ta’ impriżi sħaħ li jkunu taħt ċerti obbligi skont l-iskemi ta’ pagament dirett soġġetti għas-sistema integrata.

(104)

Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fejn meħtieġ.

(105)

Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tkun informata b’kull miżura meħuda mill-Istati Membri biex jintroduċu bidliet fl-implimentazzjoni tagħhom tas-sistema integrata. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq monitoraġġ effettiv tas-sistema integrata, l-Istati Membri għandhom jibagħtulha l-istatistika ta’ kontroll ta’ kull sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li qed jieħdu fir-rigward tal-manutenzjoni ta’ art li taqa’ taħt mergħa permanenti kif ukoll bi kwalunkwe tnaqqis applikat skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(106)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistipula regoli li jikkonċernaw l-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni. Parti mill-ammonti għandha tiġi allokata skont prinċipju ta’ allokazzjoni li għalih għandhom jiġu stipulati regoli abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dak l-Artikolu.

(107)

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010. Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għalhekk għandu jiġi mħassar minn dik id-data. Madankollu, huwa għandu jkompli japplka fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrelataw mas-snin tas-suq jew il-perjodi tal-primjum li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

(108)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli u tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU I

AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “is-sistema integrata”) stabbiliti bil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità previsti fl-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-Regolamenti li jkopru l-iskemi individwali ta’ għajnuna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

“ħabel agrikolu” tfisser erja kontinwa ta’ art, iddikjarata minn bidwi wieħed, li ma tkoprix aktar minn grupp wieħed tal-uċuħ tar-raba’; Madankollu, meta tkun rikjesta għal dikjarazzjoni separata tal-użu ta’ erja fi ħdan grupp tal-uċuħ tar-raba’ fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, dak l-użu speċifiku għandu, jekk hemm bżonn, jillimita aktar il-ħabel agrikolu; L-Istati Membri jistgħu jistipulaw kriterji addizzjonali għad-delimitazzjoni ulterjuri ta’ ħabel agrikolu;

(2)

“mergħa permanenti” tfisser mergħa permanenti kif iddefinita fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 (10);

(3)

“sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart (annimali bovini)” tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(4)

“lametta tal-widna” tfisser il-lametta tal-widna biex tidentifika lill-bhejjem individwalment imsemmija fl-Artikolu 3(a) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(5)

“database kompjuterizzata għall-bhejjem tal-fart” tfisser il-ħażniet tal-informazzjoni kkompjuterizzata msemmija fl-Artikoli 3(b) u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(6)

“passaport tal-bhejjem” għandha tfisser il-passaport tal-bhejjem imsemmi fl-Artikolu 3(c) u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(7)

“reġistru” tfisser ir-reġistru miżmum mid-detenturi tal-bhejjem skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 jew l-Artikolu 3(d) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 rispettivament;

(8)

“elementi tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart” tfisser l-elementi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(9)

“kodiċi ta’ identifikazzjoni” tfisser il-kodiċi ta’ identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(10)

“irregolaritajiet” tfisser kwalunkwe nuqqas ta’ osservanza tar-regoli rilevanti għall-għoti tal-għajnuna inkwistjoni;

(11)

“applikazzjoni unika” tfisser l-applikazzjoni għall-pagamenti diretti fir-rigward tal-iskema tal-pagament uniku u ta’ skemi ta’ għajnuna oħra relatati mal-erja;

(12)

“skemi ta’ għajnuna relatati mal-erja” tfisser l-iskema ta’ pagament uniku, il-pagamenti relatati mal-erja li jaqgħu taħt l-appoġġ speċifiku u l-iskemi ta’ għajnuna kollha stabbiliti skont it-Titoli IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, minbarra dawk stabbiliti skont it-Taqsimiet 7, 10, u 11 ta’ dak it-Titolu IV, minbarra l-pagament separat għaz-zokkor stabbilit fl-Artikolu 126 ta’ dak ir-Regolament u minbarra l-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex stabbilit fl-Artikolu 127 ta’ dak ir-Regolament;

(13)

“applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem” tfisser l-applikazzjonijiet għall-pagament ta’ għajnuna skont l-iskema tal-primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż u l-iskemi tal-pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella li huma previsti fit-Taqsimiet 10 u 11 tat-Titolu IV, rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u pagamenti għal kull ras ta’ bhima jew għal kull unità ta’ bhejjem li jaqgħu taħt appoġġ speċifiku;

(14)

“appoġġ speċifiku” għandha tfisser l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(15)

“użu” għandha tfisser l-użu ta’ erja skont it-tip ta’ wiċċ tar-raba’ jew art koperta jew in-nuqqas ta’ wiċċ tar-raba’;

(16)

“skemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini” tfisser l-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(17)

“skema ta’ għajnuna għall-ovini/kaprini” tfisser l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(18)

“annimali bovini li għalihom saret talba” tfisser il-bhejjem tal-ifrat soġġetti għal applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-bhejjem tal-fart jew skont l-appoġġ speċifiku;

(19)

“annimali bovini li għalihom għadha ma saritx talba” tfisser l-annimali bovini li għadhom mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni għall-għajnuna għall-bhejjem iżda li huma potenzjalment eliġibbli għall-għajnuna skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini;

(20)

“bhima potenzjalment eliġibbli” tfisser bhima li a priori tista’ potenzjalment tissodisfa l-kriterja ta’ eliġibbiltà biex tirċievi l-għajnuna fis-sena tat-talba kkonċernata;

(21)

“perjodu taż-żamma” tfisser il-perjodu li matulu l-bhima li għaliha tkun intalbet l-għajnuna għandha tinżamm fl-impriża, kif hemm previst fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009 (11):

(a)

l-Artikoli 53 u 57, b’relazzjoni mal-primjum speċjali għall-bhejjem tal-ifrat irġiel;

(b)

l-Artikolu 61, b’relazzjoni mal-primjum għal baqar li jreddgħu;

(ċ)

l-Artikolu 80, b’relazzjoni mal-primjum għall-qatla;

(d)

l-Artikolu 35(3), b’relazzjoni ma’ għajnuna mħallsa għall-ovini u l-kaprini;

(22)

“gwardjan tal-bhejjem” tfisser kull persuna naturali jew legali responsabbli mill-bhejjem kemm jekk fuq bażi permanenti kif ukoll jekk fuq bażi temporanja, inkluż matul it-trasport jew f’suq;

(23)

“erja determinata” għandha tfisser l-erja li għaliha jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fir-regoli għall-għoti tal-għajnuna; fil-każ tal-iskema għall-pagament unika, l-erja ddikjarata tista’ titqies bħala determinata biss jekk fil-fatt tkun qed tiġi akkumpanjata minn għadd li jikkorrispondi ta’ drittijiet ta’ pagamenti;

(24)

“bhima determinata” tfisser bhima li għaliha jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha stipulati fir-regoli għall-għoti tal-għajnuna;

(25)

“perjodu ta’ primjum” tfisser il-perjodu li għalih jirreferu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna irrispettivament miż-żmien tal-preżentazzjoni tagħhom;

(26)

“sistema ta’ informazzjoni ġeografika” (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “GIS”) tfisser it-tekniki ta’ sistema ta’ informazzjoni ġeografika kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(27)

“ħabel ta’ referenza” tfisser erja ġeografikament delimitata li żżomm identifikazzjoni unika kif reġistrata fil-GIS fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-Istat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(28)

“materjal ġeografiku” tfisser mapep u dokumenti oħra użati biex jiġi kkomunikat il-kontenut tal-GIS bejn l-applikanti għall-għajnuna u l-Istati Membri;

(29)

“sistema nazzjonali ta’ referenza ta’ koordinati” tfisser sistema kif iddefinita fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill (12) li tippermetti l-kejl standardizzat u identifikazzjoni unika ta’ ħbula agrikoli fl-Istat Membru kkonċerat kollu;

(30)

“aġenzija tal-ħlas” tfisser l-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005;

(31)

“kundizzjonalità” tfisser il-kundizzjonijiet amministrattivi statutorji [ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorji] u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba skont l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(32)

“erjas ta’ kundizzjonalità” tfisser l-erjas differenti tal-kundizzjonijiet amministrattivi statutorji [ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorji] skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba skont l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament;

(33)

“att” tfisser kull waħda mid-Direttivi u r-Regolamenti individwali elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(34)

“standards” tfisser l-istandards kif iddefiniti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Anness III għalih kif ukoll l-obbligi fir-rigward ta’ mergħa permanenti kif stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(35)

“rekwiżit”, meta dan it-terminu jintuża fil-kuntest ta’ kundizzjonalità, ifisser kull rekwiżit individwali ta’ ġestjoni statutorji li jirriżulta minn xi wieħed mill-Artikoli msemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fi ħdan att partikolari, li jvarja fis-sustanza minn kull rekwiżit ieħor tal-istess att;

(36)

“nuqqas ta’ konformità” tfisser kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti u l-istandards;

(37)

“korpi speċjalizzati ta’ kontroll” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ kontroll, kif imsemmija fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, responsabbli, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, biex jiżguraw il-konformità mal-ħtiġijiet amministrattivi statutorji u kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba;

(38)

“minn pagament” tfisser, għal finijiet tal-obbligi ta’ kundizzjonalità previsti fl-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sa mill-1 Janar tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li fiha ngħata l-ewwel pagament.

TITOLU II

MANUTENZJONI TA’ MERGĦAT PERMANENTI

Artikolu 3

Manutenzjoni ta’ art li taqa’ taħt mergħa permanenti fil-livell ta’ Stat Membru

1.   Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom, skont l-ewwel paragrafu tiegħu, jiżguraw il-manutenzjoni tal-proporzjon tal-art li taqa’ taħt mergħa permanenti fir-rigward tat-total tal-erja agrikola. Dak l-obbligu għandu japplika fil-livell nazzjonali jew fil-livell reġjonali.

Madankollu, meta jiġi mantenut l-ammont ta’ art li taqa’ taħt mergħa permanenti fit-termini assoluti stabbiliti skont il-paragrafu 4(a), 5(a), 6(a), 7(a) ta’ dan l-Artikolu, l-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jitqies bħala mħares.

2.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jonqosx b’detriment tal-art li taqa’ taħt mergħa permanenti b’aktar minn 10 % relattivament mal-proporzjon għas-sena ta’ referenza rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala proporzjon ta’ referenza).

3.   Il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit kull sena abbażi tal-erjas ddikjarati mill-bdiewa għas-sena konċernata.

4.   Għall-Istati Membri, minbarra l-Istati Membri l-ġodda, il-proporzjon ta’ referenza għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti għandha tkun l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti ddikjarata mill-bdiewa fl-2003, miżjuda bl-art li taqa’ taħt mergħa permanenti dikjarata fl-2005 skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u li ma kinitx ġiet iddikjarata għal xi użu ieħor minbarra bħala art erbaċei fl-2003, dejjem jekk il-bidwi ma jkunx jista’ jagħti prova li dik l-art ma kinitx taqa’ taħt mergħa permanenti fl-2003.

Erjas ddikjarati fl-2005 bħala art li taqa’ taħt mergħa permanenti u li fl-2003 kienu eliġibbli għall-ħlas taż-żona għal prodotti tar-raba’ li jinħarat [pagament skont l-erja għall-uċuħ tar-raba’ li jinħartu] skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 (13) għandhom jiġu skontati.

Art li kienet taqa’ taħt mergħa permanenti fl-2003 u li ngħatat għat-tisġir skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi skontata.

(b)

L-erja totali agrikola għandha tkun l-erja totali agrikola dikjarata mill-bdiewa fl-2005.

5.   Għall-Istati Membri l-ġodda li fir-rigward tas-sena 2004 ma applikawx l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmi fl-Artikolu 143b tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-proporzjon ta’ referenza għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti għandha tkun l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti ddikjarata mill-bdiewa fl-2004, miżjuda bl-art li taqa’ taħt mergħa permanenti ddikjarata fl-2005 skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u li ma kinitx ġiet dikjarata għal xi użu ieħor minbarra bħala bur fl-2004, sakemm il-bidwi ma jkunx jista’ jagħti prova li dik l-art ma kinitx taqa’ taħt mergħa permanenti fl-2004.

L-erjas ddikjarati fl-2005 bħala art li taqa’ taħt mergħa permanenti u li fl-2004 kienu eliġibbli għall-ħlas taż-żona għal prodotti tar-raba’ li jinħarat [pagament skont l-erja għall-uċuħ tar-raba’ li jinħartu] skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 għandhom jiġu skontati.

Art li kienet taqa’ taħt mergħa permanenti fl-2004 u li ngħatat għat-tisġir skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi skontata;

(b)

l-erja totali agrikola għandha tkun l-erja totali agrikola ddikjarata mill-bdiewa fl-2005.

6.   Għall-Istati Membri l-ġodda li fir-rigward tas-sena 2004 applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmi fl-Artikolu 143b tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-proporzjon ta’ referenza għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti għandha tkun l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti ddikjarata mill-bdiewa fl-2005 skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Art li kienet taqa’ taħt mergħa permanenti fl-2005 u li ngħatat għat-tisġir skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi skontata.

(b)

l-erja totali agrikola għandha tkun l-erja totali agrikola dikjarata mill-bdiewa fl-2005.

7.   Għall-Bulgarija u r-Rumanija, il-proporzjon ta’ referenza għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti għandha tkun l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti ddikjarata mill-bdiewa fl-2007 skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

L-art li kienet taqa’ taħt mergħa permanenti fl-2005 u li ngħatat għat-tisġir skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi skontata.

(b)

l-erja totali agrikola għandha tkun l-erja totali agrikola dikjarata mill-bdiewa fl-2007.

8.   F’każ meta l-elementi oġġettivi juru li l-evoluzzjoni tal-proporzjon ma jirriflettix l-iżvilupp attwali tal-art li taqa’ taħt mergħa permanenti, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-proporzjon ta’ referenza. F’sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tiġi infurmata dwar l-adattament li sar u dwar il-ġustifikazzjoni għal dak l-adattament.

Artikolu 4

Manutenzjoni ta’ art li taqa’ taħt mergħa permanenti f’livell individwali

1.   Meta jiġi stabbilit li l-proporzjon imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament qiegħed jonqos, l-Istat Membru konċernat għandu, f’livell nazzjonali jew dak reġjonali, jipprovdi għall-obbligu tal-bdiewa li qed japplikaw għall għajnuna li taqa’ taħt kwalunkwe skema ta’ pagament dirett elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ma jikkonvertux l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.

Jekk l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-erja ta’ art għandha tkun stabbilita bħala mergħa permanenti, art bħal din għandha, sa mill-ewwel ġurnata tal-konverżjoni, tiġi kkunsidrata bħala mergħa permanenti permezz ta’ deroga mid-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(2). Dawk l-erjas għandhom jintużaw għat-tkabbir ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix għall-ħames snin konsekuttivi wara d-data ta’ konverżjoni.

2.   Meta jiġi stabbilit li l-obbligu msemmi fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament ma jistax jiġi żgurat, l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi, apparti mill-miżuri li għandhom jittieħdu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’livell nazzjonali jew dak reġjonali, għall-obbligu tal-bdiewa li qed japplikaw għall-għajnuna li taqa’ taħt kwalunkwe skema ta’ pagament dirett elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex art tiġi kkonvertita mill-ġdid f’art li taqa’ taħt mergħa permanenti għal dawk il-bdiewa li għandhom disponibbli għalihom art li kienet ġiet ikkonvertita minn art li taqa’ taħt mergħa permanenti f’art għal użijiet oħra.

Fir-rigward ta’ art ikkonvertita b’dan il-mod dan l-obbligu għandu japplika mid-data li tagħti bidu għall-perjodu ta’ 24 xahar wara l-aħħar data li fiha kellhom jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet uniċi skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat.

F’dak il-każ, il-bdiewa għandhom jikkonvertu lura perċentwal ta’ dik l-erja f’art li taqa’ taħt mergħa permanenti jew jistabbilixxu dak l-ammont ta’ erja bħala art li taqa’ taħt mergħa permanenti. Dak il-perċentwal għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-ammont tal-erja kkonvertita b’dan il-mod mill-bidwi u l-ammont tal-erja li huwa meħtieġ biex jerġa jiġi stabbilit il-bilanċ.

Madankollu, meta art bħal din tkun soġġetta għal trasferiment wara li tkun ġiet konvertita f’art għal użijiet oħra, dan l-obbligu għandu japplika biss jekk it-trasferiment ikun twettaq wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2), l-erjas konvertiti mill-ġdid jew stabbiliti bħala art li taqa’ taħt mergħa permanenti għandhom, sa mill-ewwel jum tal-konverżjoni mill-ġdid jew l-istabbiliment jitqiesu bħala “mergħa permanenti”. Dawk l-erjas għandhom jintużaw għat-tkabbir ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix għal ħames snin konsekuttivi wara d-data tal-konverżjoni tagħhom.

3.   L-obbligu għall-bdiewa stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux japplika meta l-bdiewa jkunu ħolqu l-art li taqa’ taħt mergħa permanenti fil-qafas tal-programmi skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (14), (KE) Nru 1257/1999 (15) u (KE) Nru 1698/2005 (16).

PARTI II

SISTEMA INTEGRATA TA’ AMMINISTRAZZJONI U KONTROLL

TITOLU I

REKWIŻITI U KUNDIZZJONALITÀ TAS-SISTEMI

KAPITOLU I

Sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni

Artikolu 5

Identifikazzjoni tal-bdiewa

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, is-sistema unika biex tiġi reġistrata l-identità ta’ kull bidwi kif previst fl-Artikolu 15(1)(f) ta’ dak ir-Regolament għandha tiggarantixxi identifikazzjoni unika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna kollha ppreżentati mill-istess bidwi.

Artikolu 6

Identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli

1.   Is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha topera fil-livell ta’ ħabel agrikolu bħal ħabel katastali jew blokka ta’ produzzjoni li għandha tiżgura identifikazzjoni unika ta’ kull ħabel ta’ referenza.

Għal kull ħabel ta’ referenza, għandha tiġi determinata l-erja massima eliġibbli għall-fini tal-iskema ta’ pagament uniku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja. Il-GIS għandha topera fuq il-bażi ta’ sistema nazzjonali ta’ referenza ta’ koordinati. Meta jintużaw sistemi differenti ta’ koordinati, dawn għandhom ikunu kompatibbli f’kull Stat Membru;

L-Istati Membri jistgħu, Madankollu, jiżguraw li l-ħbula agrikoli jkunu identifikati b’mod affidabbli għandhom b’mod partikolari jeħtieġu li tintbagħat l-applikazzjoni unika bid-dettalji jew akkumpanjata bid-dokumenti speċifikati mill-awtorità kompetenti li jippermettu li tinstab il-pożizzjoni ta’ kull ħabel agrikolu u li dan jitkejjel.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fir-rigward ta’ mhux inqas minn 75 % tal-ħbula agrikoli li huma soġġetti għal applikazzjoni għall-għajnuna, mhux inqas minn 90 % tal-erja rispettiva tkun eliġibbli skont l-iskema ta’ pagament uniku u l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja rispettivament. Il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ kull sena permezz tal-metodi statistiċi adattati.

Artikolu 7

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament

1.   Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-drittijiet għall-pagament previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tkun reġistru elettroniku f’livell ta’ Stat Membru u għandha, partikolarment fir-rigward tal-kontroverifiki previsti fl-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, tiżgura traċċabbiltà effettiva tad-drittijiet għall-pagamenti, partikolarmentfir-rigward l-elementi li ġejjin:

(a)

id-detentur;

(b)

il-valur;

(ċ)

id-data tal-istabbiliment;

(d)

id-data tal-aħħar attivazzjoni;

(e)

l-oriġini, partikolarment fir-rigward tal-attribuzzjoni, ir-riżerva oriġinali jew nazzjonali, ix-xiri, il-kera u l-wirt tiegħu;

(f)

it-tip ta’ dritt, partikolarment id-drittijiet speċjali previsti fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u d-drittijiet allokati skont l-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(g)

fejn applikabbli, restrizzjonijiet reġjonali.

2.   L-Istati Membri li fihom hemm aktar minn aġenzija tal-ħlas waħda, jistgħu jiddeċiedu li jħaddmu r-reġistru elettroniku f’livell ta’ aġenzija tal-ħlas. F’dak il-każ, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li r-reġistri differenti jkunu kompatibbli ma’ xulxin.

KAPITOLU II

Kundizzjonalità

Artikolu 8

Sistema ta’ kontroll fir-rigward tal-kundizzjonalità

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiggarantixxi kontroll effettiv fir-rigward tal-kundizzjonalità. Dik is-sistema għandha, skont il-Kapitolu III tat-Titolu III ta’ din il-Parti, tipprevedi partikolarment għal:

(a)

meta l-awtorità kompetenti ta’ kontroll ma tkunx l-aġenzija tal-ħlas, it-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-bdiewa li qed japplikaw għall-pagamenti diretti mill-aġenzija tal-ħlas għall-korpi speċjalizzati ta’ kontroll u/jew, fejn japplika, permezz tal-awtorità li tikkoordina msemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

il-metodi li għandhom jiġu applikati għall-għażla tal-kampjuni ta’ kontroll;

(ċ)

l-indikazzjonijiet fir-rigward tan-natura u l-firxa tal-verifiki li għandhom jitwettqu;

(d)

ir-rapporti ta’ kontroll li jkun fihom b’mod partikolari kull nuqqas ta’ konformità misjub u valutazzjoni tas-severità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tiegħu;

(e)

meta l-awtorità kompetenti ta’ kontroll ma tkunx l-aġenzija tal-ħlas, it-trasferiment tar-rapporti ta’ kontroll mill-korpi speċjalizzati ta’ kontroll kemm għall-aġenzija tal-ħlas kif ukoll għall-korp li jikkoordina msemmi fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew lit-tnejn;

(f)

l-applikazzjoni tas-sistema ta’ tnaqqisiet u esklużjonijiet mill-aġenzija tal-ħlas.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċedura li skontha l-bidwi jindika lill-aġenzija tal-ħlas l-elementi neċessarji biex jiġu identifikati ir-rekwiżiti u l-istandards applikabbli għalih.

Artikolu 9

Pagament tal-għajnuna b’rabta mal-verifiki tal-kundizzjonalità

Fir-rigward tal-kontrolli ta’ kundizzjonalità speċifikati fil-Kapitolu III tat-Titolu III ta’ din il-Parti, meta kontrolli bħal dawn ma jkunux jistgħu jiġu finalizzati qabel pagament, kwalunkwe pagament mhux dovut għandu jiġi rkuprat skont l-Artikolu 80.

TITOLU II

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA

KAPITOLU I

Applikazzjoni unika

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-applikazzjoni unika

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna skont it-Titolu III u IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom ikunu koperti mill-applikazzjoni unika. F’dak il-każ, il-Kapitoli II u V ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-rekwiżiti partikolari stabbiliti bil-għan tal-applikazzjoni għall-għajnuna li jaqgħu taħt dawk l-iskemi.

2.   Meta tkun responsabbli aktar minn aġenzija tal-ħlas waħda fir-rigward tal-istess bidwi għall-ġestjoni tal-iskemi ta’ għajnuna soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni unika, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-informazzjoni rikjesta fl-applikazzjoni unika tkun disponibbli għall-aġenziji tal-ħlas kollha involuti.

Artikolu 11

Data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika

1.   Bidwi li japplika għall-għajnuna skont kwalunkwe skema ta’ għajnuna relatata mal-erja jista’ jippreżenta applikazzjoni unika waħda fis-sena.

Bidwi li ma japplikax għall-għajnuna skont xi waħda mill-iskemi ta’ għajnuna relatati mal-erja iżda japplika għall-għajnuna skont xi skema ta’ għajnuna oħra elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew li japplika għall-appoġġ skont l-Artikoli 85p, 103q u 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u jekk għandu erja agrikola għad-dispożizzjoni tiegħu, għandu jippreżenta formola ta’ applikazzjoni unika li fiha hu għandu jniżżel dawn l-erjas skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.

Bidwi li huwa soġġett biss għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jippreżenta formola għall-applikazzjoni unika f’kull sena kalendarja li fiha japplikaw dawk l-obbligi.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw bdiewa mill-obbligi previsti fit-tieni u t-tielet subparagrafi meta l-informazzjoni konċernata tkun tpoġġiet għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta’ sistemi oħra tal-amministrazzjoni u l-kontroll li jiggarantixxu kompatibbiltà mas-sistema integrata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   L-applikazzjoni unika għandha tiġi ppreżentata sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri u li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Mejju. Madankollu, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finladja u l-Iżvezja jistgħu jiffissaw data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.

Waqt l-istabbiliment ta’ dik id-data, l-Istati Membri għandhom iqisu l-perjodu meħtieġ biex id-dejta rilevanti kollha tkun disponibbli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja xierqa tal-għajnuna u għandhom jiżguraw li l-kontrolli effettivi jkunu jitgħu jiddaħħlu fi skeda.

Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ jkun permess li d-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġu posposti f’ċerti erjas fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali jagħmlu d-dati normali mhux applikabbli.

Artikolu 12

Kontenut tal-applikazzjoni unika

1.   Applikazzjoni unika għandu jkollha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbilità għall-għajnuna, partikolarment:

(a)

l-identità tal-bidwi;

(b)

l-iskema jew skemi ta’ għajnuna konċernati;

(ċ)

l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-pagament skont is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 7 għall-finijiet tal-iskema ta’ pagament uniku;

(d)

id-dettalji li jippermettu l-identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli kollha fl-impriża, l-erja tagħhom espressa f’ettari sa żewġ punti deċimali, il-lok tagħhom u, fejn japplika, l-użu tagħhom u jekk il-ħabel agrikolu huwiex saqwi;

(e)

dikjarazzjoni mill-bidwi li huwa konxju mill-kundizzjonijiet marbuta mal-iskemi ta’ għajnuna konċernati.

2.   Għall-fini tal-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-pagament imsemmija fil-paragrafu 1(c), il-formoli stabbiliti minn qabel fornuti lill-bidwi skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom isemmu l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-pagament skont is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Għall-fini tal-identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli kollha fl-impriża msemmija fil-paragrafu 1(d), il-formoli stabbiliti minn qabel fornuti lill-bidwi skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom isemmu l-erja massima eliġibbli għal kull ħabel ta’ referenza għall-finijiet tal-iskema ta’ pagament uniku jew tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja. Barra minn hekk, il-materjal ġeografiku fornut lill-bidwi skont l-istess dispożizzjoni għandu jindika l-konfini tal-ħbula ta’ referenza u l-identifikazzjoni unika tagħhom u l-bidwi għandu jindika l-lok ta’ kull ħabel agrikolu.

4.   Meta jippreżenta l-formola tal-applikazzjoni, il-bidwi għandu jikkoreġi l-formula stabbilita minn qabel imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jekk ikunu saru xi emendi, partikolarment trasferimenti ta’ drittijiet ta’ pagament skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew jekk xi informazzjoni li tinsab fil-formoli stabbiliti minn qabel mhijiex korretta.

Jekk il-korrezzjoni tkun marbuta mal-erja tal-ħabel ta’ referenza, il-bidwi għandu jiddikjara l-erja aġġornata ta’ kull ħabel agrikolu konċernat u fejn neċessarju għandu jindika l-konfini l-ġodda tal-ħabel ta’ referenza.

5.   Għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 13 fir-rigward tad-drittijiet ta’ pagament jekk dawk ma kienux ġew stabbiliti b’mod definit sal-aħħar data stabbilita għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika.

Id-derogi previsti fl-ewwel subparagrafi għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-ewwel sena meta jiġu introdotti setturi ġodda fl-iskema ta’ pagament uniku u fid-drittijiet għall-pagament ma jkunux għadhom ġew stabbiliti definittivament għall-bdiewa kkonċernati b’din l-introduzzjoni.

Artikolu 13

Rekwiżiti speċifiċi marbuta mal-applikazzjoni unika u d-dikjarazzjonijiet fir-rigward ta’ użi partikolari ta’ erja

1.   Fil-każ meta bidwi jkollu l-ħsieb li jipproduċi l-qanneb skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha:

(a)

l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-ħbula miżrugħa bil-qanneb, li tindika l-varjetajiet ta’ żerriegħa użati;

(b)

indikazzjoni tal-kwantitajiet ta’ żerriegħa użati (kg għal kull ettaru);

(ċ)

it-tikketti uffiċjali użati fuq l-imballaġġ taż-żerriegħa skont id-Direttiva 2002/57/KE (17), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha jew skont kull dokument ieħor rikonoxxut bħala ekwivalenti mill-Istati Membri.

B’deroga mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, fejn iż-żriegħ iseħħ wara l-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika, it-tikketti għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju; Meta t-tikketti għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dawk it-tikketti jintbagħtu lura għand il-bidwi ladarba huma jkunu ġew ppreżentati skont dak il-punt. It-tikketti mibgħuta lura għandhom jiġu mmarkati bħala użati għal applikazzjoni.

2.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-pagament skont l-erja għall-ġewż kif previst fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjoni unika għandu jkollha l-għadd tas-siġar tal-ġewż skont l-ispeċi.

3.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-għajnuna għall-patata tal-lamtu prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha kopja tal-kuntratt ta’ kultivazzjoni; Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik il-kopja għandha tiġi ppreżentata f’data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mit-30 ta’ Ġunju.

4.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-għajnuna għaż-żerriegħa prevista fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha:

(a)

kopja tal-kuntratt tat-tkabbir jew dikjarazzjoni tat-tkabbir; Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik il-kopja għandha tiġi ppreżentata f’data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Settembru;

(b)

indikazzjoni tal-ispeċi taż-żerriegħa miżrugħa f’kull ħabel;

(ċ)

indikazzjoni tal-kwantità ta’ żerriegħa ċertifikata prodotta, espressa fi kwintali sa punt wieħed deċimali; Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik l-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-ħsad;

(d)

kopja tad-dokumenti ta’ appoġġ li turi li l-kwantitajiet ta’ żerriegħa msemmija jkunu ġew ċċertifikati uffiċjalment; Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik l-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-ħsad;

5.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton previst fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha:

(a)

l-isem tal-varjetà ta’ żerriegħa tal-qoton użata;

(b)

fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni intersettorjali approvata li l-bidwi jkun membru tagħha.

6.   F’każ tal-applikazzjoni għall-pagamenti transitorji għall-frott u l-ħxejjex previsti fit-Taqsima 8 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew tal-applikazzjoni għall-pagamenti transitorji għall-frott artab previsti fit-Taqsima 9 ta’ dak il-Kapitolu, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha kopja tal-kuntratt għall-ipproċessar jew tal-impenn ta’ provvista skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi ppreżentata separatament f’data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena tal-applikazzjoni.

7.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għal kwalunkwe miżura relatata mal-erja skont l-appoġġ speċifiku, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha kull dokument rikjest mill-Istat Membru.

8.   L-użi tal-erja msemmija fl-Artikoli 6(2) u 38 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u dawk elenkati fl-Anness IV għal dak ir-Regolament jew l-erjas ddikjarati għall-appoġġ speċifiku previsti fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, meta dawk l-erjas ma għandhomx jiġu ddikjarati skont dan l-Artikolu, għandhom ikunu ddikjarati taħt intestatura separata fil-formula ta’ applikazzjoni unika.

L-użijiet ta’ erja li la jkunu għall-finijiet tal-iskemi ta’ għajnuna previsti fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u lanqas ma jkunu elenkati fl-Anness VI għal dak ir-Regolament għandhom jiġu ddikjarati taħt intestatura waħda jew aktar ta’ “użijiet oħra”.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx japplikaw meta l-informazzjoni konċernata tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta’ sistemi oħra ta’ amministrazzjoni u kontroll li jiggarantixxu kompatibbiltà mas-sistema integrata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

9.   Kull Stat Membru għandu jiddetermina d-daqs minimu tal-ħbula agrikoli li fir-rigward tagħhom tista’ ssir applikazzjoni. Madankollu, id-daqs minimu ma jistax jaqbeż 0,3 ettaru.

Artikolu 14

Emendi lill-applikazzjoni unika

1.   Wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika, ħbula agrikoli individwali jew drittijiet għall-pagament individwali jistgħu jiġu miżjuda fl-applikazzjoni unika sakemm jitħarsu r-rekwiżiti skont l-iskemi tal-għajnuna konċernati.

Tibdiliet konnessi mal-użu jew l-iskema ta’ għajnuna fir-rigward ta’ oqsma ta’ ħbula agrikoli individwali jew fir-rigward ta’ drittijiet għall-pagament li jkunu diġà ġew iddikjarati fl-applikazzjoni unika jistgħu jsiru taħt l-istess kundizzjonijiet.

Fejn l-emendi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi jkollhom impatt fuq xi dokumenti ta’ appoġġ jew jew kuntratti li għandhom jiġu ppreżentati, għandhom ikunu permessi wkoll l-emendi li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk id-dokumenti jew kuntratti.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dati stabbiliti mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja jew l-Iżvezja għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), l-emendi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu notifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju tas-sena kalendarja konċernata, minbarra fil-każ tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja li għandhom jiġu nnotifikati mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja konċernata.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun diġà infurmat lill-bidwi b’irregolaritajiet fl-applikazzjoni unika jew fejn din tkun tat avviż lill-bidwi bil-ħsieb tagħha li twettaq verifika fuq il-post u fejn dik il-verifika fuq il-post tikxef irregolaritajiet, l-emendi skont il-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu awtorizzati fir-rigward tal-ħbula agrikoli affettwati mill-irregolaritajiet.

KAPITOLU II

Applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-pagament

Artikolu 15

Allokazzjoni jew żieda ta’ drittijiet għall-pagament

1.   L-applikazzjonijiet għal allokazzjoni jew, fejn xieraq, għal żieda tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament uniku għandhom jiġu ppreżentati sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri iżda li ma tkunx aktar tard mill-15 ta’ Mejju fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, tal-applikazzjoni tal-Artikoli 46 sa 48 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew fis-snin tal-applikazzjoni tal-Artikoli 41, 57 jew 68(1)(c) tal-istess Regolament. Madankollu, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finladja u l-Iżvezja jistgħu jiffissaw data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.

2.   L-Istati Memebri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għandhom jiġu ppreżentati fl-istess ħin tal-applikazzjoni għall-pagament skont l-iskema għall-pagament uniku.

KAPITOLU III

Applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem

Artikolu 16

Rekwiżiti marbuta mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem

1.   L-applikazzjoni għall-għajnuna għall-bhejjem għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa kollha biex tiġi stabbilita l-eliġibbilità għall-għajnuna, u partikolarment:

(a)

l-identità tal-bidwi;

(b)

referenza għall-applikazzjoni unika jekk din tkun diġà ġiet ppreżentata;

(ċ)

l-għadd ta’ bhejjem ta’ kull tip li fir-rigward tagħhom tkun ġiet applikata xi għajnuna u, għall-annimali bovini, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-bhejjem;

(d)

fejn japplika, impenn mill-bidwi li jżomm il-bhejjem msemmija fil-punt (c) fl-azjenda tiegħu matul il-perjodu ta’ żamma u informazzjoni dwar il-lok jew il-lokazzjonijiet fejn il-bhejjem ikunu qed jinżammu inkluż il-perjodu jew pejodi konċernati;

(e)

fejn japplika, l-limitu individwali jew il-limitu massimu individwali għall-bhejjem konċernati;

(f)

fejn applikabbli, il-kwantità ta’ referenza tal-ħalib individwali disponibbli għall-bidwi fil-31 ta’ Marzu jew, jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi jagħmel użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009, fl-1 ta’ April tas-sena kalendarja konċernata; fejn din il-kwantità ma tkunx magħrufa fid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, din għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti mal-ewwel opportunità;

(g)

dikjarazzjoni mill-bidwi li huwa konxju mill-kundizzjonijiet marbuta mal-għajnuna konċernata.

Jekk il-bhima tiġi mċaqalqa għal post ieħor matul il-perjodu ta’ żamma, il-bidwi għandu jinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti minn qabel, dejjem jekk l-Istati Membru konċernat ma jiddeċidiex li din l-informazzjoni mhijiex rikjesta, sakemm id-database kompjuterizzata għall-annimali bovini toffri il-livell neċessarju ta’ assigurazzjoni u ta’ implimentazzjoni għall-ġestjoni xierqa tal-iskemi ta’ għajnuna u sakemm l-informazzjoni fih hija biżżejjed biex jiġi identifikat il-post tal-bhejjem;

2.   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull min iżomm il-bhejjem id-dritt li jikseb mill-awtorità kompetenti mingħajr tfixkil, f’intervalli raġonevoli u mingħajr dewmien żejjed, informazzjoni dwar id-dejta li tirrelata għalih u għall-bhejjem tiegħu miżmuma fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini. Meta jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna, il-bidwi għandu jiddikjara li d-dejta hija korretta u kompluta jew huwa għandu jikkoreġi kull dejta li mhijiex korretta jew iżid id-dejta nieqsa.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li xi informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma teħtieġx li tkun inkluża fl-applikazzjoni għall-għajnuna, meta din diġà kienet komunikata lill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu partikolarment jintroduċu proċeduri li bihom id-dejta fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini tista’ tkun użata għal skopijiet tal-applikazzjoni għall-għajnuna, sakemm id-database kompjuterizzata għall-annimali bovini toffri livell ta’ assigurazzjoni u implimentazzjoni neċessarja għall-ġestjoni xieraq tal-iskemi ta’ għajnuna involuti. Proċeduri bħal dawn jistgħu jikkonsistu minn sistema li skontha bidwi jista’ japplika għal għajnuna fir-rigward tal-bhejjem kollha li, f’data li għandha tiġi ddeterminata mill-Istati Membri, jikkwalifikaw għall-għajnuna abbażi tad-dejta li hemm fid-database kompjuterizzata għall-bhejjem tal-ifrat. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiggarantixxu li:

(a)

skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-iskema ta’ għajnuna konċernata, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodi rilevanti taż-żamma ikunu identifikati b’mod ċar u mgħarrfa lill-bidwi;

(b)

il-bidwi jkun konxju li l-bhejjem kollha li jinstabu li mhumiex identifikati jew irreġistrati kif imiss fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini għandhom jgħoddu bħala bhejjem misjuba b’irregolaritajiet kif imsemmija fl-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li xi informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ jew għandha tintbagħat permezz ta’ korp jew ta’ korpi approvati minnhom. Madankollu, il-bidwi għandu jibqa’ responsabbli għad-dejta trasmessa.

KAPITOLU IV

Għajnuna lil produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli, il-pagament separat għaz-zokkor u l-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex

Artikolu 17

Rekwiżiti marbuta mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna lil produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli, il-pagament separat għaz-zokkor u l-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex

1.   Il-bdiewa li japplikaw għall-għajnuna lill-produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli prevista fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għall-pagament separat għaz-zokkor previst fl-Artikolu 126 ta’ dak ir-Regolament u għall-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex previst fl-Artikolu 127 ta’ dak ir-Regolament għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna li jkollha l-informazzjoni kollha neċessarja biex tistabilixxi l-eliġibbiltà għall-għajnuna, u partikolarment:

(a)

l-identità tal-bidwi;

(b)

dikjarazzjoni mill-bidwi li huwa konxju mill-kundizzjonijiet marbuta mal-għajnuna konċernata.

L-applikazzjoni għall-għajnuna lill-produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli għandu jkun fiha wkoll kopja tal-kuntratt tal-kunsinna msemmi fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Mejju u, fil-każ tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kopja tal-kuntratt tal-kunsinna msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jista’ jiġi ppreżentat separatament, sa data iktar tard, li ma għandhiex tkun iktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena tal-applikazzjoni.

KAPITOLU V

Applikazzjonijiet għall-appoġġ speċifiku, minbarra l-pagamenti skont l-erja jew il-pagamenti għall-bhejjem

Artikolu 18

Rekwiżiti marbuta mal-applikazzjonijiet għall-appoġġ speċifiku, minbarra l-pagamenti skont l-erja jew il-pagamenti għall-bhejjem

1.   Bdiewa li japplikaw għall-appoġġ speċifiku li mhuwiex kopert bl-applikazzjonijiet fil-Kapitolu I, II, jew III ta’ dan it-Titolu, għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna li jkun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna u partikolarment:

(a)

l-identità tal-bidwi;

(b)

dikjarazzjoni mill-bidwi li huwa konxju mill-kundizzjonijiet marbuta mal-għajnuna konċernata;

(ċ)

Fejn xieraq, kwalunkwe dokument ta’ appoġġ meħtieġ biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-miżura kkonċernata.

L-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi ppreżentata sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri. Id-data stabbilita għandha tippermetti żmien biżżejjed biex titwettaq il-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà qabel il-pagament, kif prevista fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c), meta bidwi japplika għall-appoġġ speċifiku fir-rigward ta’ operazzjoni ta’ investiment, l-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll kopja ta’ kull dokument ta’ appoġġ rilevanti bħal irċevuti u dokumenti li jagħtu prova tal-pagament mill-bidwi. Meta kopji jew dokumenti bħal dawn ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati, il-pagamenti li jkunu saru mill-bidwi għandhom jiġu appoġġati b’dokumenti ta’ valur probattiv ekwivalenti.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c), meta bidwi japplika għall-appoġġ speċifiku kif previst fl-Artikolu 68(1)(a)(v) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u meta l-pagament individwali ikun ibbażat fuq spejjeż reali jew d-dħul mitluf realment, l-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll kopja kull dokument ta’ appoġġ rilevanti li jagħti prova tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba realment u d-dħul mitluf skont l-Artikolu 68(2)(a)(i) ta’ dak ir-Regolament.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c), meta bidwi japplika għall-appoġġ speċifiku kif previst fl-Artikolu 68(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll kopja tal-kuntratt tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 kif ukoll prova ta’ pagament tal-primjum.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kopji jew id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jistgħu jiġu ppreżentati separatament f’data aktar tard. Id-data stabbilita għandha tippermetti żmien biżżejjed biex titwettaq il-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà qabel il-pagament, kif previst fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 19

Applikazzjonijiet b’fondi reċiproċi

1.   Il-fondi reċiproċi li japplikaw għall-appoġġ speċifiku għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna bl-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna u partikolarment:

(a)

l-identità tal-fond reċiproku;

(b)

id-dokumentazzjoni tal-avveniment li qed jagħti bidu għall-pagamenti ta’ kumpens magħmula lill-bdiewa affiljati;

(ċ)

id-dati meta jkunu twettqu l-pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa affiljati;

(d)

l-identità tal-bdiewa affiljati li qed jibbenefikaw mill-pagament ta’ kumpens magħmul permezz tal-fond;

(e)

l-ammont totali tal-kumpens imħallas;

(f)

dikjarazzjoni mill-fond reċiproku li huwa konxju mill-kundizzjonijiet marbuta mal-għajnuna konċernata.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ speċifiku b’fondi reċiproċi. Id-data stabbilita għandha tippermetti żmien biżżejjed biex titwettaq il-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà qabel il-pagament, kif prevista fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

KAPITOLU VI

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 20

Simplifikazzjoni tal-proċeduri

1.   Mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni speċifika ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu li kull tip ta’ komunikazzjonijiet skont dan ir-Regolament kemm mingħand il-bidwi għall-awtoritajiet kif ukoll viċi-versa jsir b’mezzi elettroniċi. F’dak il-każ, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat partikolarment li:

(a)

il-bidwi jiġi identifikat b’mod mhux ambigwu;

(b)

il-bidwi jkun jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li jaqgħu taħt l-iskema tal-għajnuna konċernata;

(ċ)

id-dejta trasmessa tkun affidabbli bil-għan tal-ġestjoni xierqa tal-iskema ta’ għajnuna konċernata; Meta tintuża d-dejta li tinsab fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini, dik id-database għandha toffri l-livell tal-assigurazzjoni u l-implimentazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni xierqa tal-iskemi ta’ għajnuna involuti;

(d)

meta d-dokumenti li jakkumpanjaw ma jkunux jistgħu jiġu trasmessi elettronikament, dokumenti bħal dawn għandhom jiġu riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti fl-istess limiti ta’ żmien bħal fil-każ ta’ trasmissjoni mhux b’mezzi elettroniċi;

(e)

ma hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-bdiewa li jużaw mezzi mhux elettroniċi għall-preżentazzjoni u dawk li jagħżlu trasmissjoni elettronika.

2.   Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-Istati Membri jistgħu, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jipprovdu għal proċeduri ssimplifikati fejn d-dejta tkun diġà disponibbli għall-awtoritajiet, partikolarment meta s-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet mill-aħħar preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għajnjuna skont l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata.

3.   L-informazzjoni rikjesta f’kull dokument ta’ appoġġ li għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-applikazzjoni għall-għajnuna tista’, fejn possibbli, tiġi rikjesta direttament mis-sors tal-informazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 21

Aġġustamenti ta’ żbalji ovvji

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11 sa 20, applikazzjoni għall-għajnuna tista’ tiġi aġġustata fi kwalunkwe żmien wara l-preżentazzjoni tagħha, f’każijiet ta’ żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 22

Deroga mid-data finali għall-preżentazzjoni

B’deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (18), meta l-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għajnuna jew ta’ kwalunkwe dokument, kuntratt jew dikjarazzjoni ta’ appoġġ skont dan it-Titolu, jew l-aħħar data għall-emendi tal-applikazzjoni unika, tkun btala pubblika, jew tkun is-Sibt jew il-Ħadd, din għandha titqies li taqa’ fl-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll fir-rigward tal-applikazzjonijiet minn bdiewa għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u għall-applikazzjonijiet minn bdiewa għad-drittijiet ta’ pagament skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Preżentazzjoni tard

1.   Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 75, il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għajuna skont dan ir-Regolament wara l-limitu ta’ żmien rilevanti għandu jwassal għal tnaqqis ta’ 1 % għal kull jum ta’ xogħol fl-ammonti li għalihom il-bidwi kien ikun intitolat kieku l-applikazzjoni kienet ippreżentata fil-limitu taż-żmien.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura partikolari li għandha tittieħed mill-Istati Membri fir-rigward tal-ħtieġa tal-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe dokument ta’ appoġġ fi żmien xieraq li jippermetti li jiġu skedati u mwettqa kontrolli effettivi, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 12 u 13 meta dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet bħal dawk, ikunu kostituttivi għall-eliġibbiltà għall-għajnuna konċernata. F’dak il-każ, it-tnaqqis għandu jiġi applikat fuq l-ammont pagabbli għall-għajnuna konċernata.

Jekk id-dewmien jammonta għal aktar minn 25 jum kalendarju l-applikazzjoni għandha titqies bħala mhux ammissibbli.

2.   Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 75, il-preżentazzjoni ta’ emenda għal applikazzjoni unika wara d-data ta’ skadenza kif prevista fl-Artikolu 14(2) għandha twassal għal tnaqqis ta’ 1 % għal kull jum ta’ xogħol fl-ammonti li jirrelataw mal-użu reali tal-ħbula agrikoli konċernati.

Emendi għal applikazzjoni unika għandhom ikunu ammissibbli biss sal-aħħar data għal preżentazzjoni tard ta’ applikazzjoni unika kif hemm speċifikat fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1. Madankollu, meta dik id-data tkun aktar kmieni minn, jew l-istess, bħall-aħħar data prevista fl-Artikolu 14(2), l-emendi għal applikazzjoni unika għandhom jitqiesu bħala mhux ammissbli wara d-data prevista fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 24

Preżentazzjoni tard ta’ applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament

Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 75, il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal allokazzjoni jew, meta applikabbli, ta’ żieda ta’ drittijiet wara d-data ta’ skadenza stabbilita skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandha twassal għal tnaqqis ta’ 3 % għal kull jum ta’ xogħol fl-ammonti li għandhom jitħallsu f’dik is-sena fir-rigward tad-drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati lill-bidwi.

Jekk dewmien bħal dan jaqbeż 25 jum ta’ xogħol, l-applikazzjoni għandha titqies bħala mhux ammissibbli u l-ebda drittijiet għall-pagament ma għandhom jiġu allokati lill-bidwi.

Artikolu 25

Irtirar ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna

1.   Applikazzjoni għall-għajnuna tista tiġi totalment jew parzjalment irtirata bil-miktub fi kwalunkwe żmien.

Fil-każ meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), dak l-Istat Membru jista’ jipprovdi li n-notifiki lid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini ta’ annimal li tneħħa mill-impriża jistgħu jissostitwixxu rtirarar bil-miktub.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tkun diġà infurmat lill-bidwi b’irregolaritajiet fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew meta l-awtorità kompetenti tkun tat avviż lill-bidwi bil-ħsieb tagħha li twettaq verifika fuq il-post u meta dik il-verifika fuq il-post tikxef irregolaritajiet, l-irtirar ma għandux ikun awtorizzat fir-rigward tal-partijiet tal-applikazzjoni għall-għajnuna affettwati bl-irregolaritajiet.

3.   L-irtirar skont il-paragarafu 1 għandu jqiegħed lil min ikun għamel it-talba fl-istess pożizzjoni li kien fiha qabel ma ppreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna jew il-parti tal-applikazzjoni għall-għajnuna konċernata.

TITOLU III

KONTROLLI

KAPITOLU I

Regoli komuni

Artikolu 26

Prinċipji ġenerali

1.   Il-kontrolli amministrattivi u l-verifiki fuq il-post previsti f’dan ir-Regolament għandhom isiru b’mod tali li tiġi żgurata l-verifika effettiva tal-konformità mat-termini li skonthom jingħataw l-għajnuniet u tar-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità.

2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna konċernata għandhom jiġu rrifjutati jekk il-bidwi jew ir-rappreżentant tiegħu jipprevjeni milli titwettaq verifika fuq il-post.

Artikolu 27

Infurmar minn qabel tal-verifiki fuq il-post

1.   Sakemm il-fini ta’ kontroll ma jkunx mhedded, il-verifiki fuq il-post jistgħu jiġu infurmati minn qabel. L-infurmar minn qabel għandu jiġi strettament limitat sal-inqas perjodu ta’ żmien neċessarju u ma għandux ikun aktar minn 14-il jum. Madankollu, għall-verifiki fuq il-post li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem, in-notifika ma għandhiex taqbeż it-48 siegħa, minbarra f’każijiet iġġustifikati b’mod xieraq. Barra minn hekk, meta l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-atti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità teħtieġ li l-verifika fuq il-post ma tiġix infurmata minn qabel, dawk ir-regoli għandhom japplikaw fil-każ ta’ verifiki fuq il-post relatati ma’ kundizzjonalità.

2.   Fejn xieraq, il-verifiki fuq il-post previsti f’dan ir-Regolament u kull kontroll ieħor previst fir-regoli tal-Komunità għandhom jitwettqu fl-istess waqt.

KAPITOLU II

Kontrolli fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà

Taqsima I

Kontrolli Amministrattivi

Artikolu 28

Kontroverifiki

1.   Il-kontrolli amministrattivi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jippermettu s-sejbien ta’ irregolaritajiet, partikolarment is-sejbien awtomatiku b’mezzi kompjuterizzati, fosthom il-kontroverifiki:

(a)

dwar drittijiet għall-pagament dikjarati u dwar ħbula agrikoli dikjarati, rispettivament, sabiex jiġi evitat l-għoti multiplu mhux dovut tal-istess għajnuna fir-rigward tal-istess sena kalendarja jew sena tas-suq u biex tiġi evitata kwalunkwe akkumulazzjoni ta’ għajnuna mhux dovuta mogħtija skont l-skemi ta’ għajnuna relatati mal-erja elenkati fl-Annessi I u IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

dwar id-drittijiet għall-pagament biex tiġi vverifikata l-eżistenza tagħhom u l-eliġibbiltà għall-għajnuna;

(ċ)

bejn il-ħbula agrikoli kif iddikjarati fl-applikazzjoni unika u l-ħbula agrikoli ta’ referenza kif jinstabu fis-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-għajnuna tal-erjas bħal dawn;

(d)

bejn id-drittijiet għall-pagamenti u l-erja determinata sabiex jiġi vverifikat li d-drittijiet huma akkumpanjati b’għadd ugwali ta’ ettari eliġibbli kif iddefiniti fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(e)

permezz tad-database kompjuterizzata għall-bhejjem tal-ifrat, biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-għajnuna u biex jiġi evitat l-għoti multiplu mhux dovut tal-istess għajnuna fir-rigward tal-istess sena kalendarja;

(f)

bejn il-ħbula agrikoli kif dikjarati fl-applikazzjoni unika u l-plottijiet soġġetti għal eżaminazzjoni uffiċjali li jkunu nstabu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 87(1) tar-Regolament KE (Nru) 73/2009;

(g)

bejn il-ħbula agrikoli kif dikjarati fl-applikazzjoni unika u l-ħbula awtorizzati għall-produzzjoni tal-qoton mill-Istati Membri skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(h)

bejn id-dikjarazzjonijiet tal-bidwi fl-applikazzjoni unika biex ikun membru ta’ organizzazzjoni intersettorjali approvata, l-informazzjoni skont l-Artikolu 13(5)(b) ta’ dan ir-Regolament u l-informazzjoni trasmessa minn organizzazzjonijiet intersettorjali approvati konċernati, biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għaż-żieda tal-għajnuna prevista fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(i)

bejn l-informazzjoni pprovduta fil-kuntratt tal-kunsinna msemmi fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-informazzjoni dwar il-kunsinni pprovduta mill-manifattur taz-zokkor.

2.   L-indikazzjonijiet tal-irregolaritajiet li jirriżultaw minn kontroverifiki għandhom jiġi segwiti b’kull proċedura oħra amministrattiva xierqa, u fejn meħtieġ, b’verifika fuq il-post.

3.   Meta ħabel agrikolu ta’ referenza ikun soġġett għal applikazzjoni għall-għajnuna minn żewġ bdiewa jew aktar li taqa’ taħt l-istess skema ta’ għajnuna u meta l-erja kumplessiva ddikjarata tkun aktar mill-erja agrikola b’differenza li taqa’ fi ħdan it-tolleranza tal-kejl definita skont l-Artikolu 34(1), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal tnaqqis proporzjonali tal-erjas konċernati. F’dak il-każ, il-bdiewa konċernati jistgħu jappellaw kontro d-deċiżjoni tat-tnaqqis fuq il-bażi li kwalunkwe bidwi konċernat ikun issovraddikjara l-erjas tiegħu lil hinn mit-tolleranza b’detriment għalih.

Artikolu 29

Kontrolli amministrattivi tal-appoġġ speċifiku

1.   Għal kull miżura skont l-appoġġ speċifiku li għaliha l-kontrolli amministrattivi huma teknikament possibbli, kull applikazzjoni għandha tiġi vverifikata. Il-kontrolli għandhom jiżguraw partikolarment li:

(a)

il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ speċifiku huma sodisfatti;

(b)

ma hemmx finanzjament doppju permezz ta’ skemi Komunitarji oħra;

(ċ)

ma hemmx kumpens żejjed lil bdiewa fir-rigward ta’ kontributi finanzjarji previsti fl-Artikoli 70(3) u 71(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u,

(d)

fejn applikabbli, id-dokumenti ta’ appoġġ jkunu ġew preżentati u li qegħdin jagħtu prova tal-eliġibbiltà.

2.   L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jagħmlu użu mill-evidenza li rċevew minn servizzi, korpi, jew organizzazzjonijiet oħra, biex issir verifika fir-riward tal-kriterji tal-eliġibbiltà. Madankollu, għandu jiġi żgurat li s-servizz, il-korp jew l-organizzazzjoni konċernata qed taħdem bi standard suffiċjenti biex isir kontroll tal-kundizzjonalità mal-kriterji tal-eliġibbiltà.

Taqsima II

Verifiki fuq il-post

Subtaqsima I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 30

Rata ta’ kontroll

1.   L-għadd totali ta’ verifiki fuq il-post li jitwettqu kull sena għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-bdiewa kollha li qed japplikaw għall-iskema tal-pagament uniku, għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja jew għall-pagamenti relatati mal-erja skont l-appoġġ speċifiku rispettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki fuq il-post ikopru tal-inqas 3 % tal-bdiewa li qed japplikaw għall-għajnuna skont kull skema oħra relatata mal-erja prevista skont it-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   L-għadd totali ta’ verifiki fuq il-post imwettqa kull sena għandhom ikopru tal-inqas:

(a)

ir-rata minima ta’ kontroll ta’ 30 % jew 20 % tal-erjas dikjarati għall-produzzjoni tal-qanneb imsemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Meta Stat Membru jkun diġà introduċa sistema ta’ approvazzjoni minn qabel għal kultivazzjoni bħal din u jkun diġà nnotifika lill-Kummissjoni bir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati tiegħu marbuta ma dik is-sistema qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, kull emenda għal dawk ir-regoli jew kundizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-aktar fis;

(b)

5 % tal-bdiewa kollha li qed japplikaw għall-għajnuna skont l-iskemi għall-annimali bovini, il-pagamenti għal kull ras ta’ bhima jew il-pagamenti għal kull unità ta’ annimali bovini skont l-appoġġ speċifiku jew l-appoġġ speċifiku abbażi tal-kwota individwali tal-ħalib determinata skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) 1234/2007 jew skont l-appoġġ speċifiku abbażi tal-produzzjoni reali tal-ħalib. Madankollu, meta d-database kompjuterizzata għall-annimali bovini ma toffrix il-livell ta’ assigurazzjoni u implimentazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni xieraq tal-iskemi ta’ għajnuna involuti, il-perċentwal għandu jiżdied għal 10 %.

Dawk il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru tal-inqas 5 % tal-bhejjem kollha għal kull skema ta’ għajnuna li għaliha qed issir applikazzjoni;

(ċ)

5 % tal-bdiewa kollha li qed japplikaw għall-għajnuna skont l-iskema ta’ għajnuna għall-ovini/kaprini u l-pagamenti għal kull ras ta’ bhima jew il-pagamenti għal kull unità ta’ bhejjem kaprini/ovini skont l-appoġġ speċifiku. Dawk il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru wkoll tal-inqas 5 % tal-bhejjem kollha li għalihom saret applikazzjoni għall-għajnuna. Madankollu, meta d-database kompjuterizzata għall-annimali ovini/kaprini prevista fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 ma toffrix il-livell ta’ assigurazzjoni u implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni xieraq tal-iskemi ta’ għajnuna involuti, il-perċentwal għandu jiżdied għal 10 % tal-bdiewa;

(d)

10 % tal-bdiewa kollha li qed japplikaw għall-appoġġ speċifiku minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u fil-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu, u esklużi l-miżuri msemmija fl-Artikoli 68(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(e)

10 % tas-servizz, tal-korpi jew tal-organizzazzjonijiet oħra li jipprovdu evidenza li tivverifika li qed jiġu osservati l-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 29(2).

(f)

100 % tal-fondi reċiproċi li qed japplikaw għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 68(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(g)

fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton skont it-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, 20 % tal-organizzazzjonijiet intersettorjali approvati skont l-Artikolu 91 ta’ dak ir-Regolament u li tagħhom il-bdiewa jiddikjaraw li huma membri fl-applikazzjonijiet uniċi tagħhom;

(h)

fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna lill-produtturi tal-pitravi taz-zokkor u l-kannamiela stipulata fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, f’dak li jikkonċerna l-kontrolli tal-manifatturi taz-zokkor dwar il-kwota tal-kwantità taz-zokkor miksub mill-kunsinna tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamiela skont l-Artikolu 94 ta’ dak ir-Regolament, tal-inqas 5 % tal-applikanti li jwasslu kunsinni lill-manifattur konċernat.

3.   Jekk il-verifiki fuq il-post jikxfu xi irregolaritajiet sinifikanti fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna partikolari jew f’reġjun jew f’parti minn reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif xieraq l-għadd ta’ verifiki fuq il-post matul is-sena kurrenti u għandha żżid kif xieraq il-perċentwal ta’ bdiewa li għandhom jiġu vverifikati fuq il-post fis-sena ta’ wara.

4.   Fejn huwa previst li l-elementi partikolari ta’ verifika fuq il-post jistgħu jitwettqu abbażi ta’ kampjun, dak il-kampjun għandu jiggarantixxi livell ta’ kontroll affidabbli u rappreżentattiv. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun. Jekk il-verifiki mwettqa fuq dak il-kampjun jikxu irregolaritajiet, il-firxa u l-ambitu tal-kampjun għandhom jiġu estiżi kif xieraq.

Artikolu 31

Għażla tal-kampjun tal-kontroll

1.   Il-kampjuni tal-kontroll għall-verifiki fuq il-post skont dan ir-Regolament għandhom jiġu jintgħażlu mill-awtorità kompetenti abbażi ta’ analżi tar-riskju u tal-kwalità rappreżentattiva tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna ppreżentati.

Biex ikun provdut l-element tal-kwalità rappreżentattiva, l-Istati Membri għandhom jagħżlu b’mod każwali bejn 20 % u 25 % tal-għadd minimu ta’ bdiewa li għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post kif provdut fl-Artikolu 30(1) u (2).

Madankollu, jekk l-għadd ta’ bdiewa li se jkunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post jaqbeż l-għadd minimu ta’ bdiewa li għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post kif previst fl-Artikolu 30(1) u (2), il-perċentwal ta’ bdiewa magħżula b’mod każwali fil-kampjun addizzjonali ma għandux jaqbeż il-25 %.

2.   L-effettività tal-analiżi tar-riskju għandha tiġi valutata u aġġornata fuq bażi annwali:

(a)

billi tiġi stabbilita r-relevanza ta’ kull fattur ta’ riskju;

(b)

billi jitqabblu r-riżultati tal-kampjun ibbażat fuq ir-riskju u dak magħżul b’mod każwali kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

(ċ)

billi titqies is-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru.

3.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm reġistri tar-raġunijiet għall-għażla ta’ kull bidwi għal verifika fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-verifika fuq il-post għandu jiġi infurmat kif xieraq qabel il-bidu tal-verifika fuq il-post.

4.   Għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll tista’, fejn xieraq, titwettaq qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni inkwistjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Il-kampjun provviżorju għandu jkun komplut meta jkunu disponibbli l-applikazzjonijiet rilevanti kollha.

Artikolu 32

Rapport tal-kontroll

1.   Kull verifika fuq il-post taħt din it-Taqsima għandha tkun is-suġġett ta’ rapport tal-kontroll li permezz ta’ hekk ikun possibbli li ssir reviżjoni tad-dettalji tal-verifiki mwettqa. Ir-rapport għandu jindika partikolarment:

(a)

l-iskemi ta’ għajnuna u l-applikazzjonijiet vverifikati;

(b)

il-persuni preżenti;

(ċ)

il-ħbula agrikoli vverifikati, il-ħbula agrikoli mkejla fosthom, fejn japplika, ir-riżultat tal-kejl għal kull ħabel agrikolu mkejjel u l-metodi tal-kejl użati;

(d)

l-għadd u t-tip ta’ bhejjem misjuba u, fejn japplika, in-numri tal-lametti tal-widnejn, l-entrati fir-reġistru u fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini u/jew l-annimali ovini/kaprini u kull dokument ta’ appoġġ verifikat, ir-riżultati tal-verifiki u, fejn japplika, osservazzjonijiet partikolari fir-rigward ta’ bhejjem individwali u/jew il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom;

(e)

jekk kinitx ingħatat notifika taż-żjara lill-bidwi u, jekk iva, il-perjodu tan-notifika bil-quddiem;

(f)

indikazzjonijiet ta’ kwalunkwe miżura speċifika ta’ kontroll li għandha titwettaq fil-kuntest ta’ skemi ta’ għajnuna individwali;

(g)

indikazzjoni ta’ xi miżuri ulterjuri ta’ kontroll imwettqa.

2.   Il-bidwi għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport sabiex jivverifika l-preżenza tiegħu matul il-verifika u sabiex iżid osservazzjonijiet. Meta jinstabu l-irregolaritajiet il-bidwi għandu jirċievi kopja tar-rapport ta’ kontroll.

Fejn verifika fuq l-art titwettaq permezz ta’ remote sensing f’konformità mal-Artikolu 35, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-bidwi jew ir-rappreżentant tiegħu l-opportunità li jiffirma r-rapport ta’ kontroll jekk ma jinkixfu l-ebda irregolaritajiet matul il-verifika permezz ta’ remote sensing. Jekk jinkixfu irregolaritajiet bħala konsegwenza ta’ dawk il-verifiki l-opportunità li jiġi ffirmat ir-rapport għandha tingħata qabel mal-awtorità kompetenti tasal għall-konklużjonijiet tagħha fir-rigward ta’ xi tnaqqisiet jew esklużjonijiet li jirriżultaw.

Subtaqsima II

Verifiki fuq il-post tal-applikazzjoni unika fir-rigward ta’ skemi ta’ għajnuna relatati mal-erja

Artikolu 33

Elementi tal-verifiki fuq il-post

Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-ħbula agrikoli kollha li għalihom qed tintalab l-għajununa skont l-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, minbarra dawk relatati ma’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żerriegħa skont l-Artikolu 87 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, id-determinazzjoni attwali tal-erjas bħala parti mill-verifika fuq il-post tista’ tiġi limitata għal kampjun ta’ mhux inqas minn 50 % tal-ħbula agrikoli li għalihom tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni skont l-iskemi tal-għajnuna stabbiliti fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 sakemm il-kampjun jigarantixxi livell affidabbli u rappreżentattiv ta’ kontroll kemm fir-rigward tal-erja verifikata kif ukoll tal-għajnuna mitluba. Meta din il-verifika tal-kapmjun tikxef anomaliji, il-kampjun ta’ ħbula agrikoli li attwalment ġie spezzjonat għandu jiżdied.

L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-remote sensing skont l-Artikolu 35 u t-tekniki tas-Sistema ta’ Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSS) fejn possibbli.

Artikolu 34

Determinazzjoni tal-erjas

1.   L-erjas tal-ħbula agrikoli għandhom jiġu ddeterminati bi kwalunkwe mezz ippruvat li jiggarantixxi kejl ta’ kwalità tal-anqas ekwivalenti għal dak rikjest mill-istandard tekniku applikabbli, kif imfassal fil-livell Komunitarju.

It-tolleranza tal-kejl għandha tiġi ddefinita minn marġni ta’ tolleranza ta’ mhux aktar minn 1,5 m applikat lill-perimetru tal-ħabel agrikolu. It-tolleranza massima fir-rigward ta’ kull ħabel agrikolu ma tistax, b’mod assolut, taqbeż il-1,0 ettaru.

2.   L-erja totali tal-ħabel agrikolu tista’ titqies sakemm hi tintuża b’mod sħiħ skont l-istandards tas-soltu tal-Istat Membru jew tar-reġjun konċernat. F’każijiet oħra għandha titqies l-erja attwalment utilizzata.

Fir-rigward tar-reġjuni fejn ċerti karatteristiċi, partikolarment is-sisien tal-ħaxix, il-fosos u l-ħitan, huma tradizzjonalment parti mill-prattiki għal kultivazzjoni jew utilizzazzjoni agrikola tajbin, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-erja korrispondenti għandha titqies bħala parti mill-erja utilizzata b’mod sħiħ bil-kundizzjoni li ma taqbiżx il-wisa’ totali li għandha tiġi ddeterminata mill-Istati Membri. Dik il-wisa’ għandha tikkorrispondi mal-wisa’ tradizzjonali fir-reġjun konċernat u ma għandhiex taqbeż 2 metri.

Madankollu, meta l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni, b’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, wisa’ aktar minn 2 metri, din il-wisa’ xorta tista’ tiġi applikata.

3.   Kull karatteristika msemmija fl-atti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew li tista’ tifforma parti mill-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba kif imsemmija fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament u l-Anness III tiegħu għandha tifforma parti mill-erja totali tal-ħabel agrikolu.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, ħabel agrikolu li jkun fih is-siġar għandu jitqies bħala erja eliġibbli għall-finijiet tal-iskemi ta’ għajnuna relatati mal-erja, dejjem jekk l-attivitajiet agrikoli jew, fejn applikabbli, il-produzzjoni prevista tkun tista’ titwettaq b’mod simili għal dawk il-ħbula fl-istess erja li ma fihomx siġar.

5.   Meta erja tintuża ma’ ħaddieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom nozzjonalment jallokawha bejn il-bdiewa individwali fil-proporzjon tal-użu tagħhom jew tad-dritt għall-użu tagħha;

6.   L-eliġibbiltà ta’ ħbula agrikoli għandha tkun ivverifikata bi kwalunkwe mezz xieraq. Għal dak il-għan, għandha tintalab prova addizzjonali fejn meħtieġ.

Artikolu 35

Remote sensing

1.   Meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà, prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 33, li jwettaq verifiki fuq il-post permezz ta’ remote sensing, huwa għandu:

(a)

jinterpreta r-ritratti ta’ immaġini ta’ satelliti jew ritratti mill-ajru tal-ħbula agrikoli għal kull applikazzjoni li għandhom ikunu vverifikati bil-għan li jintgħarfu l-pjanti li jkopru l-art u titkejjel l-erja;

(b)

jwettaq l-ispezzjonijiet fiżiċi fil-qasam tal-ħbula agrikoli kollha li għalihom l-interpretazzjoni tar-ritratti mhijiex possibbli li ssir verifika tal-eżattezza tad-dikjarazzjoni għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

2.   Il-verifiki addizzjonali msemmija fl-Artikolu 30(3) għandhom jitwettqu permezz ta’ verifiki tradizzjonali fuq il-post jekk mhuwiex aktar possibbli li dawn isiru permezz ta’ remote sensing matul is-sena kurrenti.

Artikolu 36

Verifiki fuq il-post relatati ma’ drittijiet speċjali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-verifiki fuq il-post ta’ bdiewa li jiddikjaraw drittijiet speċjali sabiex jiġi assigurat li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit għall-attivazzjoni msemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 37

Elementi tal-verifiki fuq il-post relatati mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żerriegħa

Verifiki fuq il-post relatati ma’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żerriegħa skont l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a)

verifiki fil-livell tal-bidwi li japplika għall-għajnuna:

(i)

fuq il-ħbula kollha biex jiġu vverifikati l-ispeċji jew il-grupp tal-varjetà ta’ żerriegħa miżrugħa fuq kull ħabel dikjarat;

(ii)

fuq id-dokumenti biex jiġi vverifikat tal-anqas l-ewwel destinazzjoni taż-żerriegħa li għaliha tkun intalbet l-għajnuna;

(iii)

kull verifika meqjusa neċessarja mill-Istati Membri biex jiġi żgurat li ma titħallasx għajnuna fir-rigward ta’ żerriegħa mhux ċertifikata jew żerriegħa minn pajjiżi terzi;

(b)

jekk l-ewwel destinazzjoni taż-żerriegħa tkun stabbiliment tat-tnissil jew dak taż-żerriegħa, għandhom isiru verifiki addizzjonali fuq il-post tad-destinazzjoni biex jiġi żgurat li:

(i)

iż-żerriegħa tkun attwalment inxtrat u tħallset mill-istabbiliment tat-tnissil jew taż-żerriegħa skont il-kuntratt tat-tkabbir;

(ii)

il-pagament taż-żerriegħa jiġi rifless fil-kontijiet finanzjarji tal-istabbiliment tat-tnissil jew taż-żerriegħa;

(iii)

iż-żerriegħa tkun attwalment ġiet ikkumerċjalizzata għaż-żriegħ. Għal dak il-għan, il-verifiki fiżiċi u dokumentarji tal-ħażna u l-kontijiet finanzjarji tal-istabbiliment tat-tnissil jew taż-żerriegħa għandhom jitwettqu;

(ċ)

fejn xieraq, il-verifiki fil-livell tal-utenti aħħarin.

Għall-finijiet tal-punt (b)(iii) tal-ewwel paragrafu, “kummerċjalizzat” tfisser dak li hu miżmum disponibbli jew maħżun, muri għall-bejgħ, offrut għall-bejgħ, għall-bejgħ jew għall-kunsinna lil persuna oħra.

Artikolu 38

Verifiki fuq il-post ta’ organizzazzjonijiet intersettorjali approvati

Il-verifiki fuq il-post ta’ organizzazzjonijiet intersettorjali approvati fil-qafas tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna skont il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton previst fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jivverifikaw li dawk l-organizzazzjonijiet u l-lista tal-membri tagħhom jirrispettaw il-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 39

Verifiki fuq il-post tal-manifatturi taz-zokkor

Il-verifiki fuq il-post tal-manifatturi taz-zokkor fil-qafas tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-produtturi tal-pitravi taz-zokkor u l-kannamiela previst fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jivverifikaw:

(a)

l-informazzjoni fil-kuntratti tal-kunsinna provduti mill-bidwi;

(b)

il-korrettezza tal-informazzjoni dwar il-kunsinni pprovduta lill-awtorità kompetenti;

(ċ)

iċ-ċertifikazzjoni tal-imwieżen tal-piż użati għall-kunsinni;

(d)

ir-riżultati tal-analiżi uffiċjali fil-laboratorju mwettqa sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal ta’ sukrożju fil-pitravi taz-zokkor u l-kannamiela fil-kunsinna.

Artikolu 40

Verifika tal-kontenut tetrahydrocannabinol fit-tkabbir tal-qanneb

1.   Is-sistema li għandha tintuża mill-Istati Membri skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tat-tetrahydrocannabinol (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “THC”) tal-uċuħ mkabbra għandha tkun kif stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha żżomm ir-reġistri relatati mas-sejbiet dwar it-THC. Tal-anqas ir-reġistri bħal dawk għandu jkun fihom, għal kull varjetà, ir-riżultati f’termini ta’ kontenut ta’ THC għal kull kampjun, espressi f’perċentwal sa żewġ ċifri deċimali, il-proċedura użata, l-għadd ta’ eżamijiet imwettqa, indikazzjoni ta’ meta ttieħed il-kampjun u l-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali.

Madankollu, jekk il-kontenut ta’ THC ta’ kwalunkwe kampjun jaqbeż dak stipulat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, b’mezzi elettroniċi u permezz tal-formola li hemm disponibbli għalih mill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ suq inkwistjoni, rapport dwar is-sejbiet kollha tat-THC fir-rigward ta’ dik il-varjetà. Dan ir-rapport għandu jindika r-riżultati f’termini ta’ kontenut ta’ THC għal kull kampjun, espress f’perċentwal sa żewġ ċifri deċimali, il-proċedura użata, l-għadd ta’ eżamijiet imwettqa, indikazzjoni ta’ meta ttieħed il-kampjun u l-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali.

3.   Jekk il-medja tal-kampjuni kollha ta’ varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stipulat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-proċedura B tal-Anness I għal dan ir-Regolament għall-varjetà kkonċernata matul is-sena sussegwenti tas-suq. Din il-proċedura għandha tintuża matul is-snin sussegwenti ta’ suq dejjem jekk ir-riżultati kollha tal-analiżi tal-varjetà partikolari ma jkunux inqas mill-kontenut tat-THC kif stipulat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Jekk għat-tieni sena l-medja tal-kampjuni kollha ta’ varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stipulat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istat Membru għandu jitlob awtorizzazzjoni biex jipprojbixxi l-kummerċalizzazzjoni ta’ din il-varjetà skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (19). Talba bħal din għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni. Mis-sena ta’ wara, il-varjetà soġġetta għal din it-talba ma tkunx eliġibbli għall-pagamenti diretti fl-Istat Membru konċernat.

4.   L-uċuħ tal-qanneb għandhom jibqgħu jitkabbru skont il-kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali sa tal-anqas 10 (għaxart) ijiem wara d-data li fiha tintemm il-fjoritura sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-verifiki previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-qanneb jinħasad wara li tkun bdiet il-fjoritura imma qabel tmiem il-perjodu ta’ 10 (għaxart) ijiem wara tmiem il-fjoritura, sakemm l-ispetturi jindikaw liema partijiet rappreżentattivi ta’ kull plott ikkonċernat għandhom jibqgħu jiġu kkultivati sa tal-anqas 10 (għaxart) ijiem wara tmiem il-fjoritura għal raġunijet ta’ spezzjoni, skont il-metodi stabbiliti fl-Anness I.

Subtaqsima III

Verifiki fuq il-post ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem

Artikolu 41

Żmien il-verifiki fuq il-post

1.   Tal-anqas 60 % tar-rata minima tal-verifiki fuq il-post previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2)(b) għandhom jitwettqu matul il-perjodu taż-żamma tal-iskema tal-għajnuna konċernata. Il-perċentwal tal-verifiki fuq il-post li jifdal għandu jiġi mifrux fuq is-sena kollha.

Madankollu, meta l-perjodu taż-żamma jseħħ qabel ma tiġi ppreżentata t-talba jew meta dan ma jkunx jista’ jiġi stabbilit minn qabel, il-verifiki fuq il-post previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2)(b) għandhom jiġu mifruxa fuq is-sena kollha.

2.   Tal-inqas 50 % tar-rata minima ta’ verifiki fuq il-post prevista fl-Artikolu 30(2)(c) għandhom jitwettqu matul il-perjodu ta’ żamma. Madankollu, ir-rata minima tal-verifiki fuq il-post għandha titwettaq b’mod sħiħ matul il-perjodu taż-żamma fl-Istati Membri fejn is-sistema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 li tikkonċerna l-ovini u l-kaprini, b’mod partikolari b’relazzjoni mal-identifikazzjoni tal-bhejjem u ż-żamma kif xieraq ta’ reġistri, ma tkunx implimentata u applikata b’mod sħiħ.

Artikolu 42

Elementi tal-verifiki fuq il-post

1.   Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-bhejjem kollha li għalihom ġew preżentati applikazzjonijiet għall-għajnuna skont l-iskemi ta’ għajnuna li għandhom jiġu vverifikati u, fil-każ ta’ verifiki tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini, ikopru wkoll l-għadd ta’ annimali bovini li għalihom ma saritx talba.

Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu partikolarment verifika li l-għadd ta’ bhejjem preżenti fl-impriża li għalihom ikunu ġew preżentati applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-għadd ta’ annimali bovini li għalihom ma tkunx saret talba ikun jikkorrispondi mal-għadd ta’ bhejjem imdaħħal fir-reġistri u, fil-każ ta’ annimali bovini, l-għadd ta’ bhejjem notifikat lid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini.

2.   Fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini, il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu wkoll verifiki:

(a)

tal-korrettezza tal-entrati fir-reġistru u n-notifikazzjonijiet lid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini fuq il-bażi ta’ kampjun tad-dokumenti ta’ appoġġ bħal irċevuti tax-xiri u l-bejgħ, ċertifikati tal-qatla, ċertifikati veterinarji u, fejn japplika, il-passaporti tal-bhejjem, b’relazzjoni mal-bhejjem li għalihom kienu ġew preżentati applikazzjonijiet għall-għajnuna fis-sitt xhur li jiġu qabel il-verifika fuq il-post, Madankollu jekk jinstabu xi anomaliji, il-verifika għandha tiġi estiża sa’ 12-il xahar qabel il-verifika fuq il-post;

(b)

li l-informazzjoni miżmuma fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini tikkorrispondi mal-informazzjoni mogħtija fir-reġistru fuq il-bażi ta’ kampjun fir-rigward tal-bhejjem li għalihom kienu ġew preżentati applikazzjonijiet għall-għajnuna fis-sitt xhur li jiġu qabel il-verifika fuq il-post; Madankollu jekk jinstabu xi anomaliji, il-verifika għandha tiġi estiża sa’ 12-il xahar qabel il-verifika fuq il-post;

(ċ)

li l-bhejjem kollha preżenti fl-impriża u li jkunu għadhom miżmuma skont l-obbligu taż-żamma huma eliġibbli għall-għajnuna mitluba,

(d)

li l-annimali bovini kollha preżenti fl-impriża jkunu identifikati permezz tal-lametti tal-widnejn u akkumpanjati, fejn japplika, b’passaporti tal-bhejjem u li jitniżżlu fir-reġistru u li jkunu ġew notifikati kif jixraq lid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini.

Il-verifiki msemmija fil-punt (d) għandhom jitwettqu individwalment għal kull annimal bovin maskili li jkun għadu miżmum skont l-obbligu ta’ żamma, li għalih tkun ġiet ppreżentata applikazzjoni għall-primjum speċjali taċ-ċanga bl-eċċezzjoni ta’ dawk li ġew ppreżentati skont l-Artikolu 110(6) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-verifika dwar ir-reġistrazzjoni korretta fil-passaporti tal-bhejjem, ir-reġistru u n-notifika għad-database kompjuterizzata jistgħu jitwettqu abbażi ta’ kampjun.

3.   Fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna għall-bhejjem ovini/kaprini, il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu wkoll verifiki:

(a)

verifika abbażi tar-reġistru li l-bhejjem kollha li għalihom ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-għajnuna nżammu fl-impriża matul il-perjodu kollu ta’ żamma.

(b)

verifika tal-korrettezza tal-entrati fir-reġistru fis-sitt xhur qabel il-verifika fuq il-post, abbażi ta’ kampjun ta’ dokumenti ta’ appoġġ bħal irċevuti tax-xiri u l-bejgħ, ċertifikati veterinarji li jkopru s-sitt xhur li jiġu qabel il-verifika fuq il-post; madankollu jekk jinstabu xi anomaliji, il-verifika għandha tiġi estiża sa’ 12-il xahar qabel il-verifika fuq il-post;

Artikolu 43

Miżuri ta’ kontroll fir-rigward ta’ verifiki fuq il-post f’biċċeriji

1.   Fir-rigward tal-primjum speċjali għaċ-ċanga previst fl-Artikolu 110(6) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-primjum għall-qatla previst fl-Artikolu 116 ta’ dak ir-Regolament u fil-każijiet meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 53 ta’ dak ir-Regolament, il-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu fil-biċċeriji. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq il-post jew:

(a)

F’mhux inqas minn 30 % tal-biċċeriji kollha, magħżula abbażi ta’ analiżi ta’ riskju, f’liema każ il-verifiki għandhom ikopru kampjun ta’ 5 % tal-għadd totali ta’ annimali bovini li nqatlu fil-biċċerija konċernata matul il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel il-verifika fuq il-post, jew

(b)

f’mhux inqas minn 20 % tal-biċċeriji li kienu ġew approvati minn qabel skont kriterji partikolari ta’ affidabbiltà li għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri u li jintgħażlu fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, f’liema każ il-verifiki għandhom ikopru kampjun ta’ 2 % tal-għadd totali ta’ annimali bovini li jkunu nqatlu fil-biċċerija konċernata matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu qabel il-verifika fuq il-post.

2.   Il-verifiki fuq il-post fil-biċċeriji għandhom jinkludu skrutinju ex post tad-dokumenti, tqabbil mal-entrati fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini u verifiki tas-sommarji li jirrelataw maċ-ċertifikati tal-qatla jew l-informazzjoni li jkun hemm minflok dawn, li kienu ntbagħatu lill-Istati Membri l-oħra skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009.

3.   Il-verifiki fuq il-post fil-biċċeriji għandhom jinkludu verifiki fiżiċi tal-proċeduri tal-qatla imwettqa fil-jum tal-verifika fuq il-post fuq il-bażi ta’ kampjun. Fejn meħtieġ, għandu jiġi vverifikat jekk il-karkassi ppreżentati biex jintiżnu kienux eliġibbli għall-għajnuna.

Artikolu 44

Miżuri ta’ kontroll fir-rigward tal-primjum mogħti wara l-esportazzjoni

1.   Fir-rigward tal-premium għall-qatla mogħti għal annimali bovini esportati lejn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 53 ta’ dak ir-Regolament, l-operazzjonijiet kollha tat-tagħbija għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post li għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)

fiż-żmien tat-tagħbija, għandu jiġi vverifikat li l-annimali bovini kollha jiġu identifikati premezz tal-lametti tal-widnejn; barra minn hekk, tal-anqas 10 % tal-annimali bovini verifikati b’dan il-mod għandhom jiġu vverifikati individwalment bil-ħsieb tal-verifika tal-identifikazzjoni tagħhom;

(b)

fiż-żmien tat-tluq mit-territorju tal-Komunità:

(i)

fejn siġill tad-dwana uffiċjali ġie applikat fuq il-mezzi tat-trasport, għandu jkun ivverifikat li s-siġill ma fihx ħsara. Jekk is-siġill mhuwiex bil-ħsara, għandha titwettaq verifika ta’ kampjun biss jekk hemm dubji fuq ir-regolarità tat-tagħbija,

(ii)

fejn l-ebda siġill tad-dwana uffiċjali ma ġie applikat fuq il-mezzi tat-trasport jew fejn siġill tad-dwana jkun fih il-ħsara, għall-inqas 50 % tal-annimali bovini li kienu vverifikati individwalment fiż-żmien tat-tagħbija għandhom jiġu vverifikati mill-ġdid.

2.   Il-passaporti tal-bhejjem għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

3.   L-aġenzija tal-ħlas għandha tifli bir-reqqa l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fuq il-bażi tal-fajls tal-pagament u informazzjoni oħra disponibbli, u tagħti attenzjoni partikolari għad-dokumenti li jirrelataw mal-esportazzjoni u l-kummenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-kontroll u għandha tivverifika jekk il-passaporti tal-bhejjem ikunux ingħataw skont il-paragrafu 2.

Artikolu 45

Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tar-rapport tal-kontroll

1.   Fejn l-Istati Membri jwettqu verifiki fuq il-post skont dan ir-Regolament flimkien ma’ spezzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 ir-rapport tal-kontroll previst fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi supplimentat b’rapporti skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003.

2.   F’dak li jirrigwarda l-verifiki fuq il-post f’biċċeriji previsti fl-Artikolu 43(1) u (2), ir-rapport tal-kontroll previst fl-Artikolu 32 jista’ jikkonsisti f’indikazzjoni fil-kontijiet tal-biċċerija li juru liema bhejjem kienu soġġetti għall-verifiki. Fir-rigward tal-verifiki fiżiċi tal-proċeduri tal-qatla previsti fl-Artikolu 43(3), ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, il-kodiċi tal-identifikazzjoni, il-piżijiet tal-karkassi u d-dati tal-qatla b’relazzjoni mal-bhejjem kollha maqtula u verifikati fil-jum tal-verifika fuq il-post.

3.   F’dak li jirrigwarda l-verifiki previsti fl-Artikolu 44, ir-rapport tal-kontroll jista’ jikkonsisti biss f’indikazzjoni tal-bhejjem hekk verifikati.

4.   Meta l-verifiki fuq il-post imwettqa skont dan ir-Regolament jikxu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew tar-Regolament (KE) Nru 21/2004, il-kopji tar-rapport tal-kontroll previst fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu mill-aktar fis lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.

Subtaqsima IV

Verifiki fuq il-post ta’ appoġġ speċifiku

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ appoġġ speċifiku

1.   Fir-rigward tal-appoġġ speċifiku previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom, japplikaw d-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu. Madankollu, jekk dan mhuwiex xieraq minħabba l-istruttura tal-iskema konċernata, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kontrolli li jiżguraw livell ta’ kontroll ekwivalenti għal dak stipulat f’dan it-Titolu.

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw partikolarment;

(a)

meta jkunu qed jiġu kkontrollati l-applikazzjonijiet għal pagamenti permezz ta’ fondi reċiproċi previsti fl-Artikolu 68(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li

(i)

il-bdiewa eliġibbli b’mod effettiv għall-kumpens imħallas mill-fond;

(ii)

il-kumpens tħallas b’mod effettiv lill-bdiewa affiljati skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

meta jitwettqu l-verifiki fuq il-post ta’ operazzjonijiet ta’ investiment li se jkunu appoġġati skont l-appoġġ speċifiku previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li l-investiment ikun twettaq.

Il-verifiki msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu jistgħu jitwettqu billi jintuża kampjun ta’ mhux inqas minn 10 % tal-bdiewa konċernati.

2.   Sakemm l-Istati Membri jiżguraw li l-effettività tal-kontrolli hija tal-inqas daqs dik miksuba meta l-kontrolli jitwettqu minn verifiki fuq il-post, il-kontrolli fil-livell ta’ farm jistgħu jiġu sostitwiti minn kontrolli jew verifiki amministrattivi fil-livell ta’ servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet li jagħtu prova biex issir verifika tal-osservanza tal-kriterji tal-eliġibbiltà kif imsemmija fl-Artikolu 29(2).

KAPITOLU III

Kontrolli relatati mal-kundizzjonalità

Taqsima I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 47

Regoli ġenerali dwar in-nuqqas ta’ konformità

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu nuqqas ta’ konformità “ripetut” tfisser nuqqas ta’ konformità mal-istess rekwiżit, standard jew obbligu msemmi fl-Artikolu 4 ddeterminat aktar minn darba waħda f’perjodu konsekuttiv ta’ tliet snin kalendarji, sakemm il-bidwi jkun ġie infurmat b’nuqqas ta’ konformità preċedenti u, skont kif ikun il-każ, kellu l-possibbiltà li jieħu l-miżuri neċessarji biex itemm dak in-nuqqas ta’ konformità preċedenti;

2.   Il-“firxa” ta’ nuqqas ta’ konformità għandha tiġi determinata billi jitqies, partikolarment, jekk in-nuqqas ta’ konformità kellux impatt mifrux ħafna jew jekk dan kienx limitat għall-farm innifsu;

3.   Is-“severità” ta’ nuqqas ta’ konformità għandha tiddependi, partikolarment, fuq l-importanza tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità billi jitqiesu l-għanijiet tar-rekwiżit jew tal-istandard konċernat;

4.   Jekk nuqqas ta’ konformità huwiex ta’ “natura permanenti” għandu jiddependi, partikolarment, fuq kemm idum jinħass l-effett jew fuq il-potenzjal biex jintemmu dawk l-effetti b’mezzi raġonevoli.

Artikolu 48

Awtorità kompetenti ta’ kontroll

1.   Il-korpi speċjalizzati ta’ kontroll għandhom iġorru r-responsabbiltà biex iwettqu l-kontrolli u l-verifiki dwar l-osservanza tal-ħtiġijiet u l-istandards konċernati.

L-aġenziji tal-ħlas għandhom iġorru r-responsabbiltà biex jiffissaw it-tnaqqisiet jew esklużjonijiet f’każijiet individwali skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-kontrolli u l-verifiki fir-rigward tar-rekwiżiti kollha jew ta’ xi wħud minnhom, tal-istandards, tal-atti, jew tal-oqsma ta’ kundizzjonalità għandhom jitwettqu mill-aġenzija tal-ħlas sakemm l-Istat Membru jiggarantixxi li l-effettività tal-kontrolli u tal-verifiki hija tal-anqas daqs dik miksuba meta l-kontrolli u l-verifiki jitwettqu minn korp speċjalizzat ta’ kontroll.

Taqsima II

Kontrolli Amministrattivi

Artikolu 49

Kontrolli amministrattivi

Skont ir-rekwiżiti, l-istandards, l-atti jew l-oqsma ta’ kundizzjonalità inkwistjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu l-kontrolli amministrattivi partikolarment dawk diġà previsti skont is-sistemi ta’ kontroll applikabbli għar-rekwiżit, l-istandard, l-att jew il-qasam ta’ kundizzjonalità rispettivi.

Taqsima III

Verifiki fuq il-post

Artikolu 50

Rata minima ta’ kontroll

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha twettaq verifiki, fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-istandards li għalihom hija responsabbli, fuq il-post għal tal-anqas 1 % tal-bdiewa kollha li qed jippreżentaw applikazzjonijiet għall-għajnuna skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-pagamenti diretti skont it-tifsira tal-Artikoli 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li għalihom l-awtorità kompetenti ta’ kontroll inkwistjoni hija responsabbli. L-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha wkoll twettaq verifiki, rigward ir-rekwiżiti u l-istandards li għalihom hija responsabbli, fuq tal-anqas 1 % tal-bdiewa kollha soġġetti għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fis-sena kalendarja inkwistjoni u li għaliha l-awtorità kompetenti ta’ kontroll inkwistjoni hija responsabbli.

Ir-rata minima ta’ kontroll imsemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tintlaħaq fil-livell ta’ kull awtorità ta’ kontroll kompetenti jew fil-livell ta’ kull att jew standard jew grupp ta’ atti jew standards. Fil-każijiet fejn il-kontrolli ma jitwettqux mill-aġenzija tal-ħlas kif previst fl-Artikolu 48, din ir-rata ta’ kontroll minima tista’ Madankollu tintlaħaq fil-livell ta’ kull aġenzija tal-ħlas.

Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-att u l-istandards diġà tistabbilixxi rati minimi ta’ kontroll, dik ir-rata għandha tiġi applikata sa dak il-limitu minflok ir-rata minima msemmija fl-ewwel subparagrafu. Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità li jinstab matul il-verifiki fuq il-post skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-atti u l-istandards li jitwettqu lil hinn mill-kampjun imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandu jiġi rrappurtat, u segwit mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll responsabbli mill-att jew l-istandard konċernat. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw.

2.   Meta tkun qed tiġi stabbilita r-rata minima ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-azzjonijiet meħtieġa kif imsemmija fl-Artikolu 23(2) jew fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 m’għandhomx jitqiesu.

3.   Jekk il-verifiki fuq il-post jikxfu grad sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ att jew standard partikolari, l-għadd ta’ verifiki fuq il-post li jkollhom jitwettqu għal dan l-att jew standard fil-perjodu ta’ kontroll li jkun imiss għandu jiżdied. Fi ħdan att speċifiku l-awtorità kompetenti ta’ kontroll tista’ tiddeċiedi li tillimita aktar l-ambitu ta’ dawn il-verifiki fuq il-post għall-aktar rekwiżiti li ma jiġux osservati.

Artikolu 51

Għażla tal-kampjun tal-kontroll

1.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa bħala segwitu ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità miġjuba għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti tal-kontroll b’xi mod ieħor, l-għażla ta’ kull kampjun ta’ farms li għandhom jiġu vverifikati skont l-Artikolu 50 għandha tkun ibbażata, fejn applikabbli, fuq analiżi tar-riskju skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, jew fuq analiżi tar-riskju adattata għar-rekwiżiti jew l-istandards. Dik l-analiżi tar-riskju tista’ tiġi bbażata fuq il-livell ta’ farm individwali jew fuq il-livell ta’ kategoriji ta’ farms jew ta’ żoni ġeografiċi jew, fil-każ ta’ punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fil-livell tal-impriżi.

L-analiżi tar-riskju tista’ tqis wieħed jew it-tnejn li ġejjin:

(a)

il-parteċipazzjoni ta’ bidwi fis-sistema konsultattiva għall-farms prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) ru 73/2009;

(b)

il-parteċipazzjoni ta’ bidwi f’sistema ta’ ċertifikazzjoni jekk l-iskema inkwistjoni tkun rilevanti għar-rekwiżiti u l-istandards konċernati.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 50(1) Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jagħżel bdiewa li jirċievu pagamenti diretti u bdiewa soġġetti għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 skont l-istess analiżi tar-riskju.

2.   Biex ikun provdut l-element tal-kwalità rappreżentattiva, għandhom jintgħażlu b’mod każwali bejn 20 % u 25 % tal-għadd minimu ta’ bdiewa li għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post kif previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1).

Madankollu, jekk l-għadd ta’ bdiewa li se jkunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post jaqbeż l-għadd minimu ta’ bdiewa li għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post kif previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1), il-perċentwal ta’ bdiewa magħżula b’mod każwali fil-kampjun addizzjonali ma għandux jaqbeż il-25 %.

3.   Għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll tista’, fejn xieraq, titwettaq qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni inkwistjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Il-kampjun proviżorju għandu jkun komplut meta jkunu disponibbli l-applikazzjonijiet rilevanti kollha.

4.   Il-kampjuni tal-bdiewa li għandhom jiġu vverifikati skont l-Artikolu 50 għandhom jintgħażlu mill-kampjuni ta’ bdiewa li diġà kienu ntgħażlu skont l-Artikoli 30 u 31 li għalihom japplikaw il-rekwiżiti jew l-istandards rilevanti. Madankollu, il-kampjun imsemmi fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1) għandu jintgħażel minn bdiewa soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sena kalendarja inkwistjoni.

5.   B’deroga mill-paragrafu 4, il-kampjuni ta’ bdiewa li se jiġu vverifikati skont l-Artikolu 50 jistgħu jintgħażlu minn fost il-popolazzjoni ta’ bdiewa li jippreżentaw l-applikazzjoni għall-għajnuna skont skemi ta’ appoġġ għall-pagamenti diretti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u minn fost bdiewa soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u li għandhom l-obbligu li jirrispettaw ir-rekwiżiti jew l-istandards rilevanti.

F’dak il-każ:

(a)

meta jiġi konkluż, abbażi tal-analiżi tar-riskju applikata fil-livell ta’ farm, li n-nonbenefiċjarji tal-għajnuna diretta jirrapreżentaw riskju ogħla mill-bdiewa li applikaw għall-għajnuna, il-bdiewa li applikaw għall-għajnuna jistgħu jiġu ssostitwiti bin-nonbenefiċjarji; f’dak il-każ, l-għadd totali ta’ bdiewa verifikati għandu, madankollu, jilħaq ir-rata ta’ kontroll prevista fl-Artikolu 50(1); ir-raġunijiet għal sostituzzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu ġġustifikati u ddokumentati kif xieraq;

(b)

jekk tkun aktar effettiva, l-analiżi tar-riskju tista’ titwettaq fil-livell ta’ impriżi, partikolarment biċċeriji, negozjanti jew u fornituri aktar milli fil-livell ta’ farm; f’dak il-każ, l-għadd totali ta’ bdiewa verifikati b’dan il-mod għandu jiġi inkluż fil-kalkolu tar-rata ta’ kontroll prevista fl-Artikolu 50(1);

6.   Jista’ jkun deċiż li wieħed jipproċedi billi jingħaqdu l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 4 u 5 f’każ li għaqda bħal din iżżid l-effettività tas-sistema tal-kontroll.

Artikolu 52

Determinazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti u l-istandards

1.   Fejn applikabbli, l-osservanza tar-rekwiżiti u l-istandards għandha tiġi ddeterminata bl-użu ta’ mezzi stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli għar-rekwiżit jew l-istandard inkwistjoni.

2.   F’każi oħra u fejn xieraq, id-determinazzjoni għandha titwettaq bl-użu ta’ kull mezz adattat kif imfisser mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll li jiżgura preċiżjoni tal-anqas ekwivalenti ma’ dik rikjesta għad-determinazzjonijiet uffiċjali skont ir-regoli nazzjonali.

3.   Fejn xieraq, il-verifiki fuq il-post jistgħu jitwettqu bl-applikazzjoni ta’ tekniki ta’ remote-sensing.

Artikolu 53

Elementi tal-verifiki fuq il-post

1.   Fit-twettiq tal-verifiki fuq il-kampjun previst fl-Artikolu 50, l-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha tiżgura li l-bdiewa kollha hekk magħżula jiġu vverifikati fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti u l-istandards li għalihom tkun responsabbli.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, meta r-rata minima ta’ kontroll tintlaħaq fil-livell ta’ kull att jew standard jew grupp ta’ atti jew standards kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 50(1), il-bdiewa magħżula għandhom jiġu vverifikati fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-att jew l-istandard jew mal-grupp ta’ atti jew standards inkwistjoni.

Ġeneralment, kull bidwi magħżul għal verifika fuq il-post għandu jiġi vverifikat fi żmien meta l-parti l-kbira tar-rekwiżiti u tal-istandards li hu ntgħażel għalihom jistgħu jiġu vverifikati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul is-sena jinkiseb livell xieraq ta’ kontroll għar-rekwiżiti u l-istandards.

2.   Il-verifiki fuq il-post għandhom, fejn applikabbli, ikopru l-art agrikola kollha tal-impriża. Madankollu, l-ispezzjoni attwali fil-qasam bħala parti ta’ verifika fuq il-post tista’ tiġi llimitata għal kampjun ta’ mhux inqas minn nofs tal-ħbula agrikoli kkonċernati bir-rekwiżit jew l-istandard dwar l-impriża sakemm kampjun bħal dak jiggarantixxi livell affidabbli u rappreżentattiv ta’ kontroll fir-rigward tar-rekwiżiti u l-istandards. Meta din il-verifika tal-kampjun tikxef nuqqasijiet ta’ konformità, il-kampjun tal-ħbula agrikoli li fil-fatt ġie spezzjonat għandu jiżdied.

Barra minn hekk, meta l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-att jew l-istandards tipprevedi dan, l-ispezzjoni attwali tal-konformità mar-rekwiżiti u l-istandards bħala parti minn verifika fuq il-post tista’ tiġi llimitata għal kampjun rappreżentattiv tal-oġġetti li għandhom jiġu vverifikati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki jitwettqu fuq ir-rekwiżiti u l-istandards kollha li magħhom se tiġi vverifikata l-konformità fil-ħin taż-żjara.

3.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, bħala regola ġenerali, jitwettqu bħala parti minn żjara ta’ kontroll waħda u għandha tikkonsisti f’verifika tar-rekwiżiti u l-istandards li l-konformità magħhom tista’ tiġi vverifikata fil-ħin taż-żjara, bil-għan li jinkixef kwalunkwe nuqqas ta’ konformità possibbli ma’ dawk ir-rekwiżiti u l-istandards u, b’żieda ma’ dan, li jiġu identifikati każijiet li għandhom jiġu ppreżentati għall-verifiki ulterjuri.

4.   Sakemm l-Istati Membri jiżguraw li l-effettività tal-kontrolli hija tal-inqas daqs dik miksuba meta l-kontrolli jitwettqu minn verifiki fuq il-post, il-kontrolli fil-livell ta’ farm jistgħu jiġu ssostitwiti minn kontrolli jew verifiki amministrattivi fil-livell ta’ impriżi kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(5).

5.   Fit-twettieq tal-verifiki fuq il-post, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn indikaturi ta’ kontroll oġġettivi speċifiċi għal ċerti rekwiżiti u standards sakemm huma jiżguraw li l-effettività tal-kontroll tar-rekwiżiti u l-istandards konċernati tkun tal-anqas daqs dik tal-verifiki fuq il-post imwettqa mingħajr l-użu tal-indikaturi.

L-indikaturi għandu jkollhom rabta diretta mar-rekwiżiti jew l-istandards li jirrapreżentaw u jkopru l-elementi kollha li għandhom jiġu verifikati meta jkunu qed jikkontrollaw dawk ir-rekwiżiti jew l-istandards.

6.   Il-verifiki fuq il-post relatati mal-kampjun previst fl-Artikolu 50(1) għandhom jitwettqu fl-istess sena kalendarja li fiha ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

Artikolu 54

Rapport tal-kontroll

1.   Kull verifika fuq il-post skont dan il-Kapitolu, irrispettivament jekk il-bidwi inkwistjoni kienx magħżul għall-verifika fuq il-post skont l-Artikolu 51 jew bħala segwitu ta’ nuqqasijiet ta’ konformità miġjuba għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ kontroll b’xi mod ieħor, għandha tkun is-suġġett ta’ rapport ta’ kontroll li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll.

Ir-rapport għandu jitqassam fil-partijiet li ġejjin:

(a)

parti ġenerali li jkun fiha, partikolarment, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

il-bidwi magħżul għall-verifika fuq il-post;

(ii)

il-persuni preżenti;

(iii)

jekk kienx ingħata avviż taż-żjara lill-bidwi u, jekk iva, il-perjodu ta’ notifika bil-quddiem;

(b)

parti li tirrifletti separatament il-verifiki mwettqa fir-rigward ta’ kull wieħed mill-atti u l-istandards u li jkun fiha, partikolarment, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

ir-rekwiżiti u l-istandards soġġetti għall-verifika fuq il-post;

(ii)

in-natura u l-firxa tal-verifiki mwettqa;

(iii)

is-sejbiet;

(iv)

l-atti u l-istandards li fir-rigward tagħhom instab li kien hemm nuqqas ta’ konformità;

(ċ)

parti ta’ evalwazzjoni li tagħti valutazzjoni tal-importanza tan-nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ kull att u/jew standard abbażi tal-kriterji “severità”, “firxa”, “permanenza” u “repetizzjoni” skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 b’indikazzjoni ta’ xi fatturi li għandhom iwasslu għal xi żieda jew tnaqqis fit-tnaqqis li għandu jiġi applikat.

Meta d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mar-rekwiżit jew l-istandard inkwistjoni jħallu l-marġni li n-nuqqas ta’ konformità misjub ma jiġix segwit aktar, ir-rapport għandu juri l-indikazzjoni li tikkorrispondi. L-istess għandu japplika fil-każ meta Stat Membru jagħti perjodu għall-konformità mal-istandards Komunitarji li għadhom kemm ġew introdotti kif imsemmi fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew perjodu għall-konformità ta’ bdiewa żgħażagħ mal-istandards Komunitarji eżistenti msemmija f’dak l-Artikolu.

2.   Il-bidwi għandu jiġi infurmat bi kwalunkwe nuqqas ta’ konformità determiat fi żmien tliet xhur wara d-data tal-verifika fuq il-post.

Sakemm il-bidwi ma jkunx ħa azzjoni ta’ rimedju immedjata li twassal biex jintemm in-nuqqas ta’ konformità li jkun instab fis-sens tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-bidwi għandu jiġi infurmat li għandha tittieħed azzjoni ta’ rimedju skont dik id-dispożizzjoni fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

Meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li ma japplikax tnaqqis jew esklużjoni kif previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-bidwi konċernat għandu jiġi infurmat, mhux aktar tard minn xahar wara li jkun ġie deċiż li mhux se jiġi applikat it-tnaqqis jew l-esklużjoni tal-pagament, li għandha tittieħed azzjoni ta’ rimedju.

3.   Mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni partikolari li tinstab fil-leġislazzjoni applikabbli għar-rekwiżiti u l-istandards, ir-rapport ta’ kontroll għandu jiġi ffinalizzat fi żmien xahar mill-verifika fuq il-post. Madankollu, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż għal tliet xhur skont ċerti ċirkustanzi ġustifikati b’mod xieraq, partikolarment jekk l-analiżi kimika jew fiżika tirrikjedi dan.

Meta l-awtorità kompetenti ta’ kontroll ma tkunx l-aġenzija tal-ħlas, ir-rapport għandu jintbagħat lill-aġenzija tal-ħlas jew lill-awtorità li tikkoordina fi żmien xahar minn meta dan jiġi ffinalizzat.

TITOLU IV

BAŻI GĦALL-KALKOLU TAL-GĦAJNUNA, IT-TNAQQISIET U L-ESKLUŻJONIJIET

KAPITOLU I

Nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-erjas

Artikolu 55

Nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-erjas kollha

1.   Jekk, għal sena partikolari, bidwi ma jiddikjarax l-erjas kollha msemmija fl-Artikolu 13(8) u d-differenza bejn l-erja kumplessiva ddikjarata fl-applikazzjoni unika minn naħa u l-erja dikjarata flimkien mal-erja kumplessiva tal-ħbula mhux iddikjarati, minn-naħa l-oħra, hija iktar minn 3 % tal-erja dikjarata, l-ammont kumplessiv tal-pagamenti diretti pagabbli lill-bidwi għal dik is-sena għandu jitnaqqas b’mhux aktar minn 3 % skont is-severità tan-nuqqas.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal pagamenti relatati ma’ skemi previsti fl-Artikoli 85p, 103q u 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fejn il-bidwi huwa soġġett għall-obbligi ta’ kundizzjonalità skont l-Artikoli 85t u 103z ta’ dak ir-Regolament. Il-perċentwal tat-tnaqqis għandu japplika għall-ammont totali li għandu jitħallas diviż bl-għadd ta’ snin imsemmi fl-Artikoli 85t u 103z tal-istess Regolament.

KAPITOLU II

Sejbiet b’relazzjoni ma’ kriterji tal-eliġibbiltà

Taqsima I

Skema ta’ pagament uniku u skemi oħra ta’ għajnuna relatati mal-erja

Artikolu 56

Prinċipji ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, il-gruppi tal-uċuħ tar-raba’ li ġejjin għandhom jintgħarfu kif xieraq:

(a)

erjas dikjarati għall-finijiet ta’ attivazzjoni tad-drittijiet għal pagament skont l-iskema ta’ pagamet uniku, skont kif ikun il-każ, kull waħda tissodisfa l-kundizzjonijiet partikolari għaliha;

(b)

erjas għall-finijiet tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(ċ)

grupp għal kull waħda mill-erjas għall-finijiet ta’ kull skema oħra ta’ għajnuna relatata mal-erja, li għalih tapplika rata differenti ta’ għajnuna;

(d)

erjas dikjarati skont l-intestatura “użijiet oħra”.

Għall-finijiet ta’ punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandha titqies il-medja tal-valuri ta’ drittijiet għall-pagament differenti b’relazzjoni mal-erja rispettiva dikjarata.

2.   Meta l-istess żona sservi bħala l-bażi għal applikazzjoni għall-għajnuna skont aktar minn skema waħda tal-għajnuna relatata mal-erja, dik l-erja għandha titqies b’mod separat għal kull waħda minn dawk l-iskemi ta’ għajnuna.

Artikolu 57

Bażi għall-kalkolu fir-rigward ta’ erjas dikjarati

1.   Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li jaqgħu taħt skemi ta’ għajnuna relatati mal-erja, ħlief għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħa kif previsti fil-Taqsimiet 2 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jekk l-erja tal-grupp ta’ uċuh tar-raba’ determinata tinstab li tkun akbar minn dik dikjarata fl-applikazzjoni għall-għajnuna, l-erja dikjarata għandha tintuża għall-kalkolu tal-għajnuna.

2.   Fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-għajnuna li taqa’ taħt l-iskema tal-pagament uniku;

jekk hemm diskrepanza bejn id-drittijiet għall-pagament dikjarati u l-erja dikjarata, il-kalkolu tal-pagament għandu jiġi bbażat fuq l-iżgħar daqs;

jekk l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament dikjarat jaqbeż l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament disponibbli għall-bidwi, id-drittijiet għall-pagament dikjarati għandhom jitnaqqsu għall-għadd ta’ drittijiet ta’ pagament disponibbli għall-bidwi.

3.   Mingħajr preġudizzju għal tnaqqisiet jew esklużjonijiet skont l-Artikoli 58 u 60 ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskema ta’ pagament uniku, ħlief għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħa previsti fit-Taqsimiet 2 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jekk l-erja dikjarata f’applikazzjoni unika hija akbar mill-erja determinata għal dak il-grupp ta’ uċuh tar-raba’, l-għajnuna għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-erja determinata għal dak il-grupp ta’ uċuh tar-raba’.

Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jekk id-differenza bejn l-erja totali determinata u l-erja totali dikjarata għall-pagament skont l-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti bit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tkun ta’ 0,1 ettaru jew inqas minn hekk, l-erja determinata għandha tiġi stabbilita daqs l-erja dikjarata. Għal dan il-kalkolu se jitqiesu d-dikjarazzjonijiet żejda ta’ erjas fil-livell ta’ grupp tal-uċuħ tar-raba’.

It-tieni subparagrafu ma għandux japplika meta dik id-differenza tirrapreżenta aktar minn 20 % tal-erja totali dikjarata għall-pagamenti.

Artikolu 58

Tnaqqisiet u esklużjonijiet f’każijiet ta’ dikjarazzjoni żejda

Jekk, fir-rigward grupp ta’ uċuħ tar-raba’, l-erja dikjarata għall-finijiet ta’ kwalunkwe skema ta’ għajnuna relatata mal-erja, ħlief għal dawk għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħa previsti fit-Taqsimiet 2 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, tkun taqbeż l-erja determinata skont l-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-erja determinata mnaqqsa bid-doppju tad-differenza misjuba jekk dik id-differenza tkun ta’ iktar minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda ma tkunx taqbeż l-20 % tal-erja stabbilita.

Jekk id-differenza tkun ta’ iktar minn 20 % tal-erja stabbilita, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna marbuta mal-erja għall-grupp ta’ uċuħ tar-raba’ konċernat.

Jekk id-differenza hija ta’ iktar minn 50 %, il-bidwi għandu jkun eskluż għal darb’oħra milli jirċievi għajnuna tal-ammont daqs l-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-erja ddikjarata u ż-żona stabbilita skont l-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament. Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (20). Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.

Artikolu 59

Tnaqqis f’każijiet ta’ irregolaritajiet li jikkonċernaw id-daqs tal-erjas dikjarati għall-pagament ta’ għajnuna għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħa

1.   Jekk jinstab li l-erja attwalment koltivata bil-patata tkun iżgħar b’aktar minn 10 % tal-erja dikjarata għall-pagament ta’ għajnuna għall-patata tal-lamtu prevista fil-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-għajnuna li għandha titħallas għandha titnaqqas bid-doppju tad-differenza misjuba.

2.   Jekk jinstab li l-erja attwalment koltivata biż-żerriegħa tkun akbar b’aktar minn 10 % tal-erja dikjarata għall-pagament ta’ għajnuna għall-patata tal-lamtu prevista fil-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-għajnuna li għandha titħallas għandha titnaqqas bid-doppju tad-differenza misjuba.

3.   Fejn jinstab li l-irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jirriżultaw mill-intenzjoni tal-bidwi, l-ammont sħiħ tal-għajnuna msemmija f’dawk il-paragrafi għandu jiġi rrifjutat.

F’dak il-każ, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darba oħra milli jirċievi għajununa ta’ daqs dak l-ammont. Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.

Artikolu 60

Dikjarazzjoni żejda intenzjonali

Meta d-differenzi bejn l-erja dikjarata u l-erja determinata skont l-Artikolu 57 jirriżultaw minn dikjarazzjonijiet żejda mwettqin intenzjonalment, l-għajnuna li l-bidwi kien ikollu dritt għaliha skont l-Artikolu 57 m’għandhiex tingħata għas-sena kalendarja inkwistjoni skont l-iskema ta’ għajnuna konċernata jekk dik id-differenza tkun ta’ iżjed minn 0,5 % tal-erja determinata jew ta’ iktar minn ettaru wieħed.

Barra minn hekk, meta dik id-differenza hija iktar minn 20 % tal-erja determinata, il-bidwi għandu jkun eskluż għal darba oħra milli jirċievi l-għajnuna sa ammont daqs l-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-erja ddikkjarata u l-erja stabbilita skont l-Artikou 57. Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5b tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.

Artikolu 61

Tnaqqisiet u esklużjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żerriegħa

1.   Meta jinstab li żerriegħa soġġetta għal applikazzjoni għall-għajnuna ma kinitx fil-fatt ikkumerċalizzata għaż-żriegħ, kif imsemmija fil-punt (b)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37, l-għajnuna li għandha titħallas għall-ispeċi konċernata, wara l-applikazzjoni ta’ xi tnaqqisiet li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 59, għandha titnaqqas b’50 % jekk il-kwantità li mhijiex ikkumerċjalizzata tammonta għal aktar minn 2 % iżda mhux aktar minn 5 % tal-kwantità koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna. Jekk il-kwantità li mhijiex ikkumerċjalizzata taqbeż il-5 %, ma għandha tingħata ebda għajnuna għaż-żerriegħa għas-sena tas-suq konċernata.

2.   Meta jinstab li tkun ġiet mitluba għajnuna għal żerriegħa mhux uffiċjalment ċertifikata jew maħsuda fl-Istat Membru konċernat matul is-sena kalendarja li fiha tibda s-sena tas-suq li għaliha tkun ġiet stabbilita l-għajnuna, ma għandha tingħata ebda għajnuna għal dik is-sena tas-suq u lanqas għal dik ta’ wara.

Artikolu 62

Tnaqqisiet u esklużjonijiet li jikkonċernaw il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton

Mingħajr preġudizzju għal kull tnaqqis u esklużjoni li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 58 jew 60 ta’ dan ir-Regolament, fejn jinstab li l-bidwi mhux josserva l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 30(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009, il-bidwi għandu jitlef id-dritt għaż-żieda tal-għajnuna prevista fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Barra minn hekk, l-għajnuna għall-qoton għal kull ettaru eliġibbli skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha titnaqqas bl-ammont taż-żieda prevista fl-Artikolu 92(2) ta’ dak ir-Regolament għal dak il-bidwi.

Taqsima II

Primjums fuq il-bhejjem

Artikolu 63

Bażi tal-kalkolu

1.   Meta limitu individwali jew limitu massimu individwali huwa applikabli, l-għadd ta’ bhejjem muri fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandu jitnaqqas sal-limitu jew il-limitu massimu stabbilit għall-bidwi konċernat.

2.   Fl-ebda każ ma tista’ tkun mogħtija għajnuna għal għadd ta’ bhejjem akbar minn dak muri fl-applikazzjoni għall-għajnuna.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 65 u 66, jekk l-għadd ta’ bhejjem dikjarati f’applikazzjoni għall-għajnuna jaqbeż dak determinat bħala riżultat ta’ kontrolli amministrattivi jew verifiki fuq il-post, l-għajnuna għandha tkun ikkalkulata abbażi tal-bhejjem determinati.

4.   Fejn jinstabu każi ta’ irregolaritajiet fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

annimal bovin li jkun tilef waħda miż-żewġ lametti tal-widnejn għandu jitqies bħala determinat kemm-il darba jkun identifikat b’mod ċar u individwalment bl-elementi l-oħra tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini;

(b)

meta l-irregolaritajiet misjuba jirrigwardaw entrati inkorretti fir-reġistru jew passaporti tal-bhejjem, il-bhejjem konċernati għandhom ikunu meqjusa biss bħala mhux determinati jekk jinstabu żbalji bħal dawn f’tal-inqas żewġ verifiki f’perjodu ta’ 24 xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha l-bhejjem konċernati għandhom jitqiesu bħala mhux determinati wara l-ewwel sejba.

L-Artikolu 21 għandu japplika fir-rigward tal-entrati fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini.

Artikolu 64

Sostituzzjoni

1.   L-annimali bovini preżenti fl-impriża għandhom jitqiesu biss bħala determinati jekk ikunu identifikati fl-applikazzjoni għall-għajnuna. Madankollu, baqar li jreddgħu jew erħiet li għalihom tkun saret talba għall-għajnuna skont l-Artikolu 111 jew l-Artikolu 115 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu jiġu sostitwiti matul il-perjodu taż-żamma fil-limiti previsti f’dawk l-Artikoli mingħajr ma jintilef id-dritt għall-pagament tal-għajnuna li għaliha tkun saret l-applikazzjoni.

2.   Sostituzzjonijiet skont il-paragrafu 1 għandhom iseħħu 20 jum wara l-każ li jwassal għall-ħtieġa ta’ sostituzzjoni u għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mhux iktar tard minn tliet ijiem wara l-jum ta’ sostituzzjoni. L-awtorità kompetenti li għaliha kienet ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun infurmata fi żmien sebat ijiem wara s-sostituzzjoni.

Madankollu, f’każ li Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), dak l-Istat Membru jista’ jipprovdi li n-notifiki lid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini ta’ bhima li tkun tneħħiet mill-impriża u dawk ta’ bhima li tkun iddaħlet fl-impriża fi ħdan il-limitu ta’ żmien previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu jistgħu jissostitwixxu dik l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti.

3.   Fejn bidwi japplika għall-għajnuna fir-rigward kemm ta’ nagħaġ kif ukoll ta’ mogħoż u meta ma jkunx hemm differenza fil-livell tal-għajnuna mħallsa, nagħġa tista’ tiġi sostitwita b’mogħża u mogħża tista’ tiġi sostitwita b’nagħġa. In-nagħaġ u l-mogħoż li għalihom tkun saret it-talba għall-għajnuna skont l-Artikolu 101 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu jiġu ssostitwiti matul il-perjodu taż-żamma fi ħdan il-limiti previsti f’dak l-Artikolu, mingħajr ma jintilef id-dritt għall-pagament tal-għajnuna li għaliha tkun saret l-applikazzjoni.

4.   Is-sostituzzjonijiet skont paragrafu 3 għandhom iseħħu 10 (għaxart) ijiem wara l-każ li jwassal għall-ħtieġa ta’ sostituzzjoni u għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mhux iktar tard minn tliet ijiem wara l-jum ta’ sostituzzjoni. L-awtorità kompetenti li lilha kienet intbagħtet l-applikazzjoni għandha tkun infurmata fi żmien sebat ijiem wara s-sostituzzjoni.

Artikolu 65

Tnaqqisiet u sostituzzjonijiet fir-rigward ta’ bhejjem tal-ifrat li għalihom tintalab l-għajnuna

1.   Meta, fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-għajnuna skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini, tinstab differenza bejn l-għadd ta’ bhejjem dikjarati u dak determinat skont l-Artikolu 63(3), l-ammont totali ta’ għajnuna li għaliha l-bidwi jkun intitolat skont dawk l-iskemi għall-perjodu tal-primjum konċernat għandu jitnaqqas bil-perċentwali li għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jekk ma jkunx hemm aktar minn tliet bhejjem li nstabu b’irregolaritajiet.

2.   Jekk jinstabu aktar minn tliet bhejjem b’irregolaritajiet l-ammont totali ta’ għajnuna li għaliha l-bidwi jkun intitolat skont l-iskemi msemmija fil-paragrafu 1 għall-perjodu tal-primjum konċernat għandu jitnaqqas:

(a)

bil-perċentwal li għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafu 3, jekk ma jkunx aktar minn 10 %;

(b)

bid-doppju tal-perċentwal li għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafu 3, jekk huwa aktar minn 10 % iżda ma jkunx aktar minn 20 %.

Jekk il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 3 ikun aktar minn 20 %, l-għajnuna li għaliha jkun intitolat il-bidwi skont l-Artikolu 63(3) għandha tiġi rrifjutata skont dawk l-iskemi għall-perjodu tal-primjum konċernat.

Jekk il-perċentwali stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jkun aktar minn 50 %, il-bidwi għandu, barra minn hekk, jiġi eskluż għal darba oħra milli jirċievi għajnuna sa ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-għadd ta’ bhejjem dikjarati u l-għadd ta’ bhejjem determinati skont l-Artikolu 63(3). Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5b tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.

3.   Sabiex jiġu stabbiliti l-perċentwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-annimali bovini li għalihom saret talba skont l-iskemi kollha tal-għajnuna għall-annimali bovini matul il-perjodu tal-primjum konċernat u nstabu b’irregolaritajiet għandhom jiġu diviżi bl-annimali bovini kollha determinati għall-perjodu tal-primjum konċernat.

Fil-każ ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), bhejjem potenzjalment eliġibbli li nstabu li ġew identifikati jew irreġistrati mhux b’mod korrett fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini għandhom jgħoddu bħala bhejjem li nstabu b’irregolaritajiet. Fir-rigward tal-primjum għall-qatla previst fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bl-iskop tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, il-bhejjem biss li fil-fatt inqatlu matul is-sena konċernata għandhom jgħoddu bħala bhejjem potenzjalment eliġibbli.

Fir-rigward tal-primjum għall-baqar li jreddgħu skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-irregolaritajiet misjuba fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini għandhom jiġu allokati proporzjonalment bejn l-għadd ta’ bhejjem meħtieġa li jirċievu l-primjum u l-bhejjem meħtieġa għall-provvista tal-ħalib jew prodotti mill-ħalib skont l-Artikolu 111(2)(b) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, irregolaritajiet bħal dawk għandhom l-ewwel jiġu allokati lill-għadd ta’ bhejjem mhux meħtieġa fi ħdan il-limiti individwali jew fil-limti massimi individwali msemmija fl-Artikolu 111(2)(b) u l-Artikolu 112 ta’ dak ir-Regolament.

4.   Meta d-differenzi bejn l-għadd ta’ bhejjem dikjarati u dak stabbilit skont l-Artikolu 63(3) jirriżultaw minn irregolaritajiet imwettqa intenzjonalment l-għajnuna li l-bidwi kien ikun intitolat għaliha skont l-Artikolu 63(3) għandha tiġi rifjutata skont l-iskema jew l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini konċernati għall-perjodu tal-primjum konċernat.

Fejn id-differenza stabbilita skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu tkun aktar minn 20 %, il-bidwi għandu jkun eskluż għal darba oħra milli jirċievi għajnuna sa ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-għadd ta’ bhejjem dikjarati u l-għadd ta’ annimali determinati skont l-Artikolu 63(3). Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5b tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.

Artikolu 66

Tnaqqisiet u esklużjonijiet fir-rigward ta’ bhejjem ovini jew kaprini li għalihom tintalab l-għajnuna

1.   Fejn, f’dak li jirrigwarda applikazzjonijiet għall-għajnuna skont l-iskema ta’ għajnuna għall-ovini/kaprini, tinstab differenza bejn l-għadd ta’ bhejjem dikjarati u dak determinat skont l-Artikolu 63(3), l-Artikolu 65(2), (3) u (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis mill-ewwel bhima li għaliha jirrigwardaw l-irregolaritajiet misjuba.

2.   Jekk jiġi stabbilit li produttur tan-nagħaġ li jikkumerċjalizza l-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti mill-ħalib tan-nagħaġ jonqos li jiddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-primjum li kien qed jagħmel dan, l-ammont ta’ għajnuna li għaliha jkun intitolat għandu jitnaqqas għall-primjum li għandu jitħallas lill-produtturi tan-nagħaġ li jqiegħdu fis-suq ħalib tan-nagħaġ jew prodotti mill-ħalib tan-nagħaġ imnaqqas bid-differenza bejn dak l-ammont u l-ammont sħiħ tal-primjum tan-nagħaġ.

3.   Meta, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-primjum supplimentari, jiġi stabbilit li anqas minn 50 % tal-erja tal-impriża użata għall-agrikoltura tkun tinsab f’erjas imsemmija fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-primjum supplimentari ma għandux jitħallas u l-primjum tan-nagħaġ u l-mogħoż għandu jitnaqqas b’ammont ekwivalenti għal 50 % tal-primjum supplimentari.

4.   Fejn jiġi stabbilit li l-perċentwal tal-erja tal-impriża użata għall-agrikoltura jkun jinsab fl-erjas elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1121/2009 ikun taħt il-50 %, il-primjum għall-mogħoż ma għandux jitħallas.

5.   Meta jiġi stabbilit li produttur li jipprattika transumanza li jibgħat applikazzjoni għall-primjum supplimentari ma jkunx ħalla jirgħu 90 % tal-annimali tiegħu għal tal-anqas 90 jum f’erja msemmija fl-Artikolu 102(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-primjum supplimentari ma għandux jitħallas u l-primjum għan-nagħaġ jew għall-mogħoż għandu jitnaqqas b’ammont ekwivalenti għal 50 % tal-primjum supplimentari.

6.   Fejn jinstab li l-irregolarità msemmija fil-paragrafi 2, 3, 4 jew 5 tirriżulta minn irregolaritajiet li twettqu intenzjonalment, l-ammont totali tal-għajnuna msemmija f’dawk il-paragrafi għandu jiġi rrifjutat.

F’dak il-każ, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darba oħra milli jirċievi għajnuna daqs dak l-ammont. Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5b tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.

7.   Fir-rigward ta’ bdiewa li jżommu kemm nagħaġ u kif ukoll mogħoż li huma intitolati għall-istess livell ta’ primjum, meta verifika fuq il-post tikxef differenza fil-kompożizzjoni tal-merħla f’termini ta’ għadd ta’ annimali għal kull speċji, l-annimali għandhom jitqiesu li jkunu tal-istess grupp.

Artikolu 67

Ċirkostanzi naturali

It-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet previsti fl-Artikoli 65 u 66 ma għandhomx japplikaw f’każijiet fejn, minħabba l-impatt ta’ ċirkostanzi naturali fuq il-merħla jew il-qatgħa, il-bidwi ma jistax iwettaq l-impenn tiegħu li jżomm l-annimali li fir-rigward tagħhom l-għajnuna hija mitluba matul il-perjodu kollu ta’ żamma, sakemm hu jkun informa bil-miktub lill-awtorità kompetenti fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mis-sejba tiegħu ta’ kull tnaqqis fl-għadd ta’ annimali.

Mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkostanzi attwali li għandhom jitqiesu fil-każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu, partikolarment, il-każijiet li ġejjin ta’ ċirkostanzi naturali tal-merħla jew tal-qatgħa:

(a)

il-mewt ta’ bhima b’konsegwenza ta’ mard;

(b)

il-mewt ta’ annimal wara aċċident li għalih il-bidwi ma jistax jinżamm responsabbli.

Artikolu 68

Ċertifikati inkorretti u dikjarazzjonijiet maħruġa minn biċċeriji

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet jew ċertifikati maħruġa minn biċċeriji b’konnessjoni mal-primjum speċjali għaċ-ċanga previst fl-Artikolu 110(6) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u mal-primjum għall-qatla previst fl-Artikolu 116 ta’ dak ir-Regolament, jekk jinstab li l-biċċerija tkun tat ċertifikat jew dikjarazzjoni inkorretta b’riżultat ta’ traskuraġni serja jew intenzjonali, l-Istat Membru konċernat għandu japplika l-pieni nazzjonali xierqa. Meta dawk l-irregolaritajiet jinstabu għat-tieni darba, l-biċċerija involuta għandha tiġi eskluża għall-perjodu ta’ mhux anqas minn sena mid-dritt li tagħmel dikjarazzjonijiet jew toħroġ ċertifikati validi għall-finijiet tal-primjum.

Taqsima III

Appoġġ speċifiku

Artikolu 69

Sejbiet relatati mal-appoġġ speċifiku

Fir-rigward tal-pagament li jingħata għall-appoġġ speċifiku, l-Istati Membri għandhom, għal kull miżura, jipprovdu għal tnaqqisiet u esklużjonijiet li għandhom, fis-sustanza, jkunu ekwivalenti għal dawk previsti f’dan it-Titolu. F’każ ta’ pagamenti relatati mal-erja jew pagamenti għall-annimali, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu mutatis mutandis. Barra minn hekk, fejn xieraq, l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (21) għandu japplika mutatis mutandis.

Fir-rigward tal-evidenza fornuta minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament, jekk jinstab li ġiet fornuta evidenza inkorretta b’riżultat ta’ traskuraġni serja jew intenzjonali, l-Istat Membru konċernat għandu japplika l-pieni nazzjonali xierqa. Meta irregolaritajiet bħal dawn jinstabu għat-tieni darba, is-servizz, il-korp jew l-organizzazzjoni involuta għandha tiġi eskluża għall-perjodu ta’ mhux anqas minn sena mid-dritt li tagħmel dikjarazzjonijiet jew toħroġ ċertifikati validi għall-finijiet tal-primjum.

KAPITOLU III

Sejbiet relatati mal-kundizzjonalità

Artikolu 70

Prinċipji ġenerali u definizzjoni

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikolu 47 għandu japplika.

2.   Bl-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-bdiewa li huma soġġetti għall-kundizzjonalità skont l-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tfisser il-preżentazzjoni annwali tal-formola tal-applikazzjoni unika.

3.   Meta jkun hemm aktar minn aġenzija tal-ħlas waħda li tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-iskemi differenti ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u ta’ pagamenti relatati ma’ skemi previsti fl-Artikoli 85p, 103q u 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenzijii tal-ħlas kollha involuti f’dawk il-pagamenti jkunu mgħarrfa bin-nuqqasijiet ta’ konformità ddeterminati, u fejn xieraq, bit-tnaqqisiet u bl-esklużjonijiet li jikkorrispondu magħhom, inklużi każijiet meta n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji tal-eliġibbiltà toħloq nuqqas ta’ konformità u vice versa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn applikabbli, li rata waħda ta’ tnaqqis hija applikata.

4.   In-nuqqasijiet ta’ konformità għandhom jitqiesu li jkunu “ddeterminati” jekk ikunu stabbiliti bħala konsegwenza ta’ xi tip ta’ kontrolli mwettqa skont dan ir-Regolament jew wara li l-awtorità kompetenti ta’ kontroll jew, fejn applikabbli, l-aġenzija tal-ħlas, tkun ġiet mgħarrfa, bi kwalunkwe mezz ieħor.

5.   Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri u ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament, meta bidwi soġġett għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 85t u 103z tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma jippreżentax il-formola tal-applikazzjoni unika fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika tnaqqis ta’ 1 % għal kull ġurnata ta’ xogħol. It-tnaqqis massimu għandu jkun limitat għal 25 %. It-tnaqqis għandu japplika għall-ammont totali li se jitħallas skont il-pagamenti relatati mal-iskemi previsti fl-Artikoli 85p, 103q u 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, diviż bl-għadd ta’ snin imsemmija fl-Artikoli 85t u 103z tal-istess Regolament.

6.   Fejn ikun ġie ddeterminat aktar minn każ wieħed ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ atti jew standards varji tal-istess qasam ta’ kundizzjonalità, dawk il-każi għandhom, għall-finijiet tal-iffissar tat-tnaqqis skont l-Artikoli 71(1) u 72(1), jitqiesu bħala nuqqas ta’ konformità waħda.

7.   Nuqqas ta’ konformità ma’ standard li jikkostitwixxi wkoll rekwiżit għandu jitqies bħala nuqqas ta’ konformità wieħed. Bl-iskop tal-kalkolu tat-tnaqqisiet, in-nuqqas ta’ konformità għandu jitqies bħala parti mill-qasam tar-rekwiżit.

8.   Għall-applikazzjoni tat-tnaqqisiet, il-perċentwal tat-tnaqqis għandu jiġi applikat mal-ammont totali ta’:

(a)

l-ammont kumplessiv tal-pagamenti diretti li ngħata, jew li għandu jingħata, lill-bidwi konċernat b’segwitu tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna li hu ppreżenta jew li se jippreżenta matul is-sena kalendarja tas-sejba, u

(b)

l-ammont totali tal-pagamenti relatati mal-iskemi previsti fl-Artikoli 85p, 103q u 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, diviż bl-għadd ta’ snin imsemmija fl-Artikoli 85t u 103z ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 71

Applikazzjoni tat-tnaqqisiet fil-każ ta’ negliġenza

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77, meta nuqqas ta’ konformità ddeterminat jirriżulta min-negliġenza tal-bidwi, għandu jiġi applikat tnaqqis. Bħala regoli ġenerali, dak it-tnaqqis għandu jkun 3 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 70(8).

Madankollu, l-aġenzija tal-ħlas tista’, abbażi tal-valutazzjoni fornuta mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll fil-parti tal-evalwazzjoni tar-rapport tal-kontroll skont l-Artikoli 54(1)(c), tiddeċiedi jew li tnaqqas dak il-perċentwal għal 1 % jew li żżidu għal 5 % ta’ dak l-ammont totali jew fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1)(c), li ma timponi l-ebda tanqqis.

2.   Meta Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li ma japplikax tnaqqis jew esklużjoni kif previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-bidwi ma jkunx irrimedja s-sitwazzjoni fiż-żmien stipulat, għandu jiġi applikat it-tnaqqis jew l-esklużjoni.

Id-data ta’ skadenza għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti u m’għandhiex tkun aktar tard minn tmiem is-sena wara dik li fiha tkun saret is-sejba.

3.   Meta Stat Membru juża l-possibbiltà li jikkunsidra każ ta’ nuqqas ta’ konformità bħala wieħed minuri, kif previst fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 24(2) tar-Regoalment (KE) Nru 73/2009, u l-bidwi ma jkunx irrimedja s-sitwazzjoni fiż-żmien stipulat, għandu jiġi applikat it-tnaqqis.

Id-data ta’ skadenza għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti u m’għandhiex tkun aktar tard minn tmiem is-sena wara dik li fiha tkun saret is-sejba.

In-nuqqas ta’ konformità kkonċernat m’għandux jitqies bħala minuri u għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ mhux inqas minn 1 % kif previst fil-paragrafu 1.

Barra minn hekk, nuqqas ta’ konformità li jkun tqies bħala minuri u li ma jkunx ġie rrimedjat mill-bidwi fiż-żmien stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu m’għandux jitqies bħala nuqqas ta’ konformità għall-finijiet tal-paragrafu 5.

4.   Meta jkun ġie ddeterminat aktar minn-nuqqas ta’ konformità wieħed fir-rigward tal-oqsma differenti ta’ kundizzjonalità, il-proċedura għall-iffissar tat-tnaqqis kif stipulat fil-paragrafu 1 għandha tiġi applikata individwalment għal kull nuqqas ta’ konformità.

Il-perċentwali li jirriżultaw mit-tnaqqis għandhom jingħaddu flimkien. Madankollu, it-tnaqqis massimu ma għandux ikun aktar minn 5 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 70(8).

5.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonat skont l-Artikolu 72, meta jkunu ġew stabbiliti nuqqasijiet ta’ konformità ripetuti, il-perċentwal iffissat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ripetut għandu, fir-rigward tal-ewwel repetizzjoni, jiġi multiplikat bil-fattur ta’ tlieta. Għal dan il-għan, l-aġenzija tal-ħlas għandha, fil-każ fejn il-perċentwal kien iffissat skont il-paragrafu 70(6), tiddetermina l-perċentwal li kieku kien jiġi applikat għan-nuqqas ta’ konformità ripetut mar-rekwiżit jew mal-istandard konċernat.

Fil-każ ta’ repetizzjonijiet ulterjuri, il-fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ tlieta għandu jiġi applikat kull darba għar-riżultat tat-tnaqqis iffissat fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ripetut preċedenti. Madankollu, it-tnaqqis massimu ma għandux ikun aktar minn 15 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 70(8).

Ladarba l-perċentwal massimu ta’ 15 % jintlaħaq, l-awtorità tal-ħlas għandha tinforma lill-bidwi konċernat li jekk jerġa jiġi determinat l-istess nuqqas ta’ konformità, għandu jitqies li hu jkun aġixxa intenzjonalment skont it-tifsira tal-Artikolu 72. Meta jiġi stabbilit nuqqas ta’ konformità ulterjuri wara dan, il-perċentwal ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għandu jiġi ffissat billi jiġi multiplikat ir-riżultat tal-multiplikazzjoni preċedenti, fejn applikabbli, qabel ma tkun ġiet applikata l-limitazzjoni ta’ 15 % prevista fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu, bil-fattur ta’ tlieta.

6.   F’każ fejn nuqqas ta’ konformità ripetut jiġi ddeterminata flimkien ma’ nuqqas ta’ konformità ieħor jew ma’ nuqqas ta’ konformità ripetut ieħor, il-perċentwal ta’ tnaqqis li jirriżulta għandu jingħadd flimkien. Madankollu, mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu 5, it-tnaqqis massimu ma għandux ikun aktar minn 15 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 70(8).

Artikolu 72

Applikazzjoni ta’ tnaqqis u esklużjonijiet f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonat.

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77, fejn in-nuqqas ta’ konformità ddeterminat ikun twettaq intenzjonalment mill-bidwi, it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-ammont totali msemmi fl-Artikolu 70(8) għandu, bħala regola ġenerali, ikun ta’ 20 % ta’ dak l-ammont totali.

Madanakollu, l-aġenzija tal-ħlas tista’, abbażi tal-valutazzjoni fornuta mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll fil-parti tal-evalwazzjoni tar-rapport ta’ kontroll skont l-Artikolu 54(1)(c), tiddeċiedi li tnaqqas dak il-perċentwal għal mhux inqas minn 15 % jew, fejn xieraq, li żżid dak il-perċentwal sa 100 % ta’ dak l-ammont totali.

2.   Meta n-nuqqas ta’ konformità intenzjonat ikun jirrelata ma’ skema partikolari ta’ għajnuna, il-bidwi għandu jiġi eskluż minn dik l-iskema ta’ għajnuna għas-sena kalendarja inkwistjoni. F’każijiet ta’ firxa, severità jew permanenza estrema, jew fejn jkunu ġew iddeterminati nuqqasijiet ta’ konformità ripetuti u intenzjonati, il-bidwi għandu, barra minn hekk, jiġi eskluż mill-iskema ta’ għajnuna konċernata fis-sena kalendarja ta’ wara.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 73

Eċċezzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ tnaqqisiet u esklużjonijiet

1.   It-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet previsti fil-Kapitolu I u II ma għandhomx japplikaw meta l-bidwi jkun ippreżenta informazzjoni korretta fil-fatti jew meta jkun jista’ juri b’mod ieħor li hu ma għandux tort.

2.   It-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet previsti fil-Kapitolu I u II ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-partijiet tal-applikazzjoni għall-għajnuna li dwarhom il-bidwi jinforma lill-awtorità kompetenti bil-miktub li l-applikazzjoni għall-għajnuna mhijiex korretta jew li ma tkunx baqgħet korretta minn meta tkun ġiet ippreżentata, sakemm il-bidwi ma jkunx ġie infurmat bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li twettaq verifika fuq il-post u li l-awtorità ma tkunx diġà informat lill-bidwi b’xi irregolaritajiet fl-applikazzjoni.

L-informazzjoni mogħtija mill-bidwi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha jkollha l-effett li l-applikazzjoni għall-għajnuna tiġi aġġustata għas-sitwazzjoni attwali.

Artikolu 74

Emendi u aġġustamenti għall-entrati fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini

Fir-rigward ta’ annimali bovini li ssir talba dwarhom, l-Artikolu 73 għandu japplika miż-żmien li l-applikazzjoni għall-għajnuna tiġi ppreżentata għal żbalji u ommisjonijiet b’relazzjoni mal-entrati fid-database kompjuterizzata għall-annimali bovini.

Fir-rigward ta’ annimali bovini li ma ssirx talba dwarhom, l-istess għandu jgħodd fir-rigward tat-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati skont il-Kapitolu III.

Artikolu 75

Forza maġġuri u ċirkustanzi eċċezzjonali

1.   Jekk bidwi ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu b’riżultat ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-għajnuna fir-rigward tal-erja jew tal-għadd ta’ annimali eliġibbli fiż-żmien meta jkun seħħ il-każ ta’ forza maġġuri jew iċ-ċirkostanza eċċezzjonali. Barra minn hekk, meta n-nuqqas ta’ konformità li jirriżulta minn din il-forza maġġuri jew dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkonċernaw il-kundizzjonalità, it-tnaqqis li jikkorrispondi ma għandux jiġi applikat.

2.   Il-każijiet ta’ forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom ikunu nnotifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti, bl-evidenza relevanti għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha l-bidwi jkun f’pożizzjoni li jwettaq dan.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 76

Pagamenti minimi

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtu l-ebda għajnuna jekk l-ammont għal kull applikazzjoni ta’ għajnuna ma jaqbiżx il-EUR 100.

Artikolu 77

Akkumulazzjoni ta’ tnaqqisiet

Meta każ ta’ nuqqas ta’ konformità jikkostitwixxi irregolarità wkoll, u b’hekk ikun relevanti fid-dawl tal-applikazzjoni ta’ tnaqqisiet jew esklużjonijiet kemm skont il-Kapitolu II kif ukoll il-Kapitolu III tat-Titolu IV:

(a)

it-tnaqqisiet jew l-esklużjonijiet skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna inkwistjoni;

(b)

it-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV għandhom jiġu applikati għall-ammont totali tal-pagmaneti li għandhom jingħataw skont l-iskema ta’ pagament uniku, l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, u kwalunkwe skema oħra tal-għajnuna li ma tkunx soġġetta għat-tnaqqis jew għall-esklużjonijiet imsemmija fil-punt (a).

It-tnaqqisiet jew l-esklużjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 78(2) mingħajr preġudizzju għall-pieni addizzjonali skont dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja jew nazzjonali.

Artikolu 78

Applikazzjoni ta’ tnaqqis għal kull skema ta’ appoġġ

1.   L-ammont tal-pagament li għandu jingħata lil bidwi skont skema ta’ appoġġ elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi kkalkolat mill-Istati Membri abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-iskema ta’ appoġġ konċernata, filwaqt li jitqies, jekk hu meħtieġ, il-qbiż tal-erja bażika, tal-erja massima garantita, jew tal-għadd ta’ annimali intitolati li jibbenefikaw mill-primjums.

2.   Għall kull skema ta’ appoġġ elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, it-tnaqqisiet jew l-esklużjonijiet minħabba irregolaritajiet, preżentazzjonijiet tard, nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-ħbula, qbiż tal-limiti baġitarji, modulazzjoni, dixxiplina finanzjarja u nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità għandhom jitwettqu, jekk jeħtieġ, bil-mod u bis-sekwenza li ġejjin:

(a)

it-tnaqqisiet jew l-esklużjonijiet previsti fil-Kapitolu II tat-Titolu IV għandhom jiġu applikati fir-rigward ta’ irregolaritajiet;

(b)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ punt (a) għandu jservi bħala bażi għall-kalkolu ta’ kull tnaqqis li għandu jiġi applikat f’każ ta’ preżentazzjonijiet tard skont l-Artikoli 23 u 24;

(ċ)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ punt (b) għandu jservi bħala bażi għall-kalkolu ta’ kull tnaqqis li għandu jiġi applikat f’każijiet ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ ħbula agrikoli skont l-Artikolu 55;

(d)

Fir-rigward ta’ dawk l-iskemi ta’ appoġġ li għalihom hemm stabbilit limitu baġitarju skont l-Artikoli 51(2), 69(3), 123(1) u 128(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew applikat skont l-Artikolu 126(2), 127(2) u 129(2) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżidu l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c).

Għall kull waħda minn dawk l-iskemi ta’ appoġġ, għandu jiġi ddeterminat koeffiċjent billi jiġi diviż l-ammont tal-limitu aġitarju konċernat bit-total tal-ammonti msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Jekk il-koeffiċjent akkwistat huwa akbar minn 1, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 1.

Sabiex jiġi kkalkolat il-pagament li għandu jingħata lill-bidwi indiviwali skont l-iskema ta’ appoġġ li għaliha hemm stabbilit limitu baġitarju, l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi multiplikat bil-koeffiċjent determinat fit-tieni subparagrafu.

Artikolu 79

Bażi għall-kalkolu tat-tnaqqisiet minħabba modulazzjoni, dixxiplina finanzjarja u kundizzjonalità

1.   It-tnaqqisiet dovuti għall-modulazzjoni previsti fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u, skont il-każ, fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (22), kif ukoll it-tnaqqis dovut għad-dixxiplina finanzjarja previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u t-tnaqqis previst fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu applikati għat-total tal-pagamenti mill-iskemi ta’ appoġġ differenti elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li kull bidwi għandu dritt għalihom, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-ammont tal-pagament li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandu jservi bħala l-bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li għandu jiġi applikat għan-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV.

Artikolu 80

Rkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

1.   Jekk isir pagament mhux dovut, il-bidwi għandu jħallas lura l-ammont konċernat miżjud b’imgħax ikkalkolat skont il-paragrafu 2.

2.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat għall-perjodu ta’ żmien li jgħaddi bejn in-notifika tal-obbligu tal-pagament lura lill-bidwi u jew il-ħlas lura jew it-tnaqqis.

Ir-rata ta’ mgħax applikabbli għandha tiġi kkalkolata skont il-liġi nazzjonali iżda ma għandhiex tkun aktar baxxa mir-rata ta’ mgħax applikabbli għall-irkupru ta’ ammonti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

3.   L-obbligu tal-pagament lura msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-pagament kien magħmul bi żball mill-awtorità kompetenti jew minn awtorità oħra u jekk l-iżball setgħax jinstab b’mod raġonevoli mill-bidwi.

Madankollu, meta l-iżball jirrigwarda l-elementi tal-fatti rilevanti għall-kalkolu tal-pagament konċernat, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss jekk id-deċiżjoni għall-irkupru ma kinitx ikkomunikata fi żmien 12-il xahar mill-pagament.

Artikolu 81

Rkupru ta’ drittijiet mhux dovuti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 137 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, meta, wara li d-drittijiet għall-pagament jkunu ġew allokati lill-bdiewa skont ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 jew ir-Regolament (KE Nru 1120/2009 jiġi stabbilit li wħud mid-drittijiet għall pagament kienu allokati b’mod eċċessiv, il-bidwi konċernat għandu jagħti lura d-drittijiet allokati b’mod eċċessiv lir-riżerva nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Fil-każ li l-bidwi konċernat, sadanittant, jkun ittrasferixxa d-drittijiet għall-pagament lil bdiewa oħra, il-persuni li jirċievu t-trasferiment għandhom jintrabtu bl-obbligu previst fl-ewwel subparagrafu bi proporzjon mal-għadd ta’ drittijiet għall-pagament li ġie ttrasferit lilhom jekk il-bidwi li għalih inizjalment kienu ġew allokati d-drittijiet għall-pagament ma jkollux disponibbli għadd biżżejjed ta’ drittijiet għall-pagament biex ikopri l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati b’mod eċċessiv.

Id-drittijiet allokati b’mod eċċessiv għandhom jitqiesu li ma kienux ġew allokati ab initio.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 137 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, meta, wara li d-drittijiet għall-pagament jkunu ġew allokati lil bdiewa skont ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 jew ir-Regolament (KE) Nru 1120/2009 jiġi stabbilit li l-valur tad-drittijiet għall-pagament huwa għoli żżejjed, dak il-valur għandu jiġi aġġustat kif xieraq. Dak l-aġġustament għandu jitwettaq ukoll fir-rigward tad-drittijiet għall-pagament li, sadanittant, kienu ġew ittrasferiti lil bdiewa oħra. Il-valur tat-tnaqqis għandu jiġi allokat lir-riżerva nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Id-drittijiet għall-pagament għandhom jitqiesu bħallikieku ġew allokati ab initio bil-valur li jirriżulta mill-aġġustament.

3.   Meta, għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, jiġi stabbilit li l-għadd tad-drittijiet allokati lil bidwi skont ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 jew ir-Regolament (KE) Nru 1120/2009 mhuwiex korrett, u meta l-allokazzjoni b’mod eċċessiv ma jkollha l-ebda impatt fuq il-valur totali tad-drittijiet li rċieva l-bidwi, l-Istat Membru għandu jikkalkula mill-ġdid id-drittijiet għall-pagament u fejn xieraq jikkoreġi t-tip tad-drittijiet allokati lill-bidwi.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk l-iżbalji setgħu nstabu b’mod raġonevoli mill-bidwi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx drittijiet allokati b’mod eċċessiv meta l-ammont totali allokat lill-bidwi jkun EUR 50 jew inqas. Barra minn hekk, meta l-valur totali msemmi fil-paragrafi 3 jikkonċerna EUR 50 jew inqas, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux il-kalkolu mill-ġdid.

5.   Meta bidwi jkun ittrasferixxa kwalunkwe dritt għall-pagament mingħajr ma josserva l-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew l-Artikoli 43(1), 43(2), 62(1), 62(3) u 68(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, is-sitwazzjoni għandha tiġi stabbilita bħallikieku t-trasferiment ma jkunx twettaq.

6.   Ammonti mħallsa b’mod eċċessiv għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikoli 80.

Artikolu 82

Trasferiment ta’ impriżi

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“trasferiment ta’ impriża” tfisser il-bejgħ, il-kiri jew tip simili ta’ tranżazzjoni fir-rigward tal-unitajiet ta’ produzzjoni konċernati;

(b)

“persuna li titrasferixxi” tfisser il-bidwi li l-impriża tiegħu hija ttrasferita lill-bidwi ieħor;

(ċ)

“persuna li tirċievi t-trasferiment” tfisser il-bidwi li għalih hija ttrasferita l-impriża.

2.   Meta impriża tiġi ttrasferita fl-intier tagħha minn bidwi għal ieħor wara li tkun saret preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna u qabel ma jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna lill-persuna li titrasferixxi fir-rigward tal-impriża trasferita.

3.   L-għajnuna li saret applikazzjoni dwarha mill-persuna li titrasferixxi għandha tingħata lill-persuna li tirċievi t-trasferiment meta:

(a)

f’perjodu tat-trasferiment li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri il-persuna li tirċievi t-trasferiment tinforma lill-awtorità kompetenti bit-trasferiment u titlob il-pagamenti tal-għajnuna;

(b)

il-persuna li tirċievi t-trasferiment tippreżenta kull evidenza rikjesta mill-awtorità kompetenti;

(ċ)

il-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna huma sodisfatti fir-rigward tal-impriża li qed tiġi ttrasferita.

4.   Ladarba l-persuna li tirċievi t-trasferiment tinforma lill-awtorità kompetenti u titlob il-pagament tal-għajnuna skont il-paragrafu 3(a):

(a)

id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-persuna li titrasferixxi li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-persuna li titrasferixxi u l-awtorità kompetenti ġenerati mill-applikazzjoni għall-għajnuna għandhom jiġu kkonferiti fuq il-persuna li qed tirċievi t-trasferiment;

(b)

l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-għoti tal-għajnuna u d-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-persuna li titrasferixxi qabel it-trasferiment għandhom jiġu attribwiti lill-persuna li tirċievi t-trasferiment għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji relevanti;

(ċ)

l-impriża trasferita għandha titqies, fejn xieraq, bħala impriża separata fir-rigward tas-sena tas-suq jew perjodu ta’ primjum konċernata.

5.   Meta applikazzjoni għall-għajnuna hija ppreżentata wara li jkunu ttieħdu l-azzjonijiet meħtieġa għall-għotja tal-għajnuna u l-impriża hija ttrasferita fl-intier tagħha minn bidwi wieħed għal ieħor wara li jkunu bdew dawk l-azzjonijiet iżda qabel ma jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha għall-għotja tal-għajnuna, l-għajnuna tista’ tingħata lill-persuna li tirċievi t-trasferiment sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet f’paragrafi 3(a) u (b). F’dak il-każ il-paragrafu 4(b) għandu japplika.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fejn xieraq, li jagħtu l-għajnuna lill-persuna li titrasferixxi. F’dak il-każ:

(a)

ma għandha tingħata l-ebda għajnuna lill-persuna li tirċievi t-trasferiment;

(b)

l-Istati Membri għandhom japplikaw mutatis mutandis ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.

Artikolu 83

Miżuri addizzjonali u assitenza reċiproka bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha rikjesti għall-applikazzjoni b’mod xieraq tas-sistema integrata u għandhom jagħtu lil xulxin l-assistenza reċiproka meħtieġa għall-finijiet tal-kontrolli rikjesti skont dan ir-Regolament.

F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu, meta dan ir-Regolament ma jipprovdix għal tnaqqisiet u esklużjonijiet xierqa, jipprovdu pieni nazzjonali xierqa kontra produtturi jew operaturi oħra, bħall-biċċeriji jew l-assoċjazzjonijiet involuti fil-proċedura għall-għotja ta’ għajnuna, sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ kontroll bħar-reġistru tal-merħla tal-impriża jew l-osservanza tal-obbligi tan-notifiki.

Artikolu 84

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju ta’ kull sena, għall-iskemi ta’ għajnuna koperti bis-sistema integrata, rapport li jkopri s-sena kalendarja preċedenti u, b’mod partikolari, rigward il-punti li ġejjin:

(a)

l-istat ta’ implimentazzjoni tas-sistema integrata, inkluż b’mod partikolari l-għażliet magħżula għall-kontroll tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u l-korpi kompetenti ta’ kontroll responsabbli għall-kontrolli tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet tal-kundizzjonalità kif ukoll il-miżuri partikolari meħuda għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-appoġġ speċifiku;

(b)

l-għadd ta’ persuni li jkunu għamlu t-talba kif ukoll l-erja totali, l-għadd totali ta’ annimali u t-total ta’ kwantitajiet;

(ċ)

l-għadd ta’ persuni li jkunu għamlu t-talba kif ukoll l-erja totali, l-għadd totali ta’ annimali u t-total ta’ kwantitajiet, koperti bil-kontrolli;

(d)

ir-riżultat tal-kontrolli mwettqa, bl-indikazzjoni tat-tnaqqisiet u l-esklużjonijiet applikati skont it-Titolu IV;

(e)

Ir-riżultati tal-kontrolli marbuta ma’ kundizzjonalità skont il-Kapitolu III tat-Titolu III.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi u permezz tal-formola li hemm disponibbli għalihom mill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena bil-proporzjon tal-art li taqa’ taħt mergħa permanenti b’relazzjoni mal-art agrikola totali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jidderogaw mid-dati previsti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Id-dejta kompjuterizzata stabbilita bħala parti mis-sistema integrata għandha tintuża għall-appoġġ tal-informazzjoni speċifikata fil-qafas tar-regoli settorjali li l-Istati Membri huma obbligati li jibagħtu lill-Kummissjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-aktar fis bil-persċentwal ta’ tnaqqis applikat, f’każ ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis lineari tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 79 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 85

Prinċipju ta’ allokazzjoni

Il-prinċipju tal-allokazzjoni tal-ammonti li jikkorrispondu mal-4 punti perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi kkompilat billi jittieħdu l-ishma tal-Istati Membri fl-erja agrikola u fl-impjiegi agrikoli, b’piż ta’ 65 % u 35 % rispettivament.

Kull sehem ta’ kull Stat Membru fl-erja u fl-impjiegi għandu jiġi aġġustat b’relazzjoni mal-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita relattiv tiegħu espress fl-istandard tal-kapaċità ta’ xiri, bl-użu ta’ terz tad-differenza tal-medja tal-Istati Membri li għalihom tapplika l-modulazzjoni.

Għal dak il-għan, id-dejta bażika li ġejja, ibbażata fuq id-dejta disponibbli mill-Eurostat f’Awissu 2003, għandha tintuża:

(a)

fir-rigward tal-erja agrikola, l-Istħarriġ Strutturali tal-Farm 2000 skont ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(b)

fir-rigward tal-impjiegi agrikoli, is-serje annwali tal-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol 2001 dwar l-impjiegi fl-agrikoltura, il-kaċċa u s-sajd skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (24);

(ċ)

fir-rigward tal-PGD per capita fil-kapaċità ta’ xiri, il-medja ta’ tliet snin, ibbażata fuq id-dejta tal-kontijiet nazzjonali, mill-1999 sal-2001.

PARTI III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 86

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

Madankollu, huwa għandu jkompli japplika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrelataw mas-snin ta’ suq jew mal-perjodi tal-primjum li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 87

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċcjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw s-snin ta’ suq jew il-perjodi ta’ primjums li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(3)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(4)  Ara paġna 1 ta dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 9.

(8)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.

(9)  ĠU L 171, 2.7.2005, p. 6.

(10)  Ara paġna 1 ta dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(11)  Ara paġna 27 ta dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(12)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(13)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1.

(14)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

(15)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(16)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(17)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(18)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(19)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(20)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(21)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74.

(22)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

(23)  ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14.

(24)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.


ANNESS I

Metodu tal-komunità għad-determinazzjoni kwantitattiva ta’ kontenut Δ9-tetrahydrocannabinol f’varjetajiet tal-qanneb

1.   Ambitu u qasam ta’ applikazzjoni

Dan il-metodu jfittex li jistabbilixxi l-kontenut ta’ Δ9-tetrahydrocannabinol (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “THC”) ta’ varjetajiet ta’ qanneb (Cannabis sativa L.) Skont kif inhu xieraq, il-metodu jinvolvi l-applikazzjoni tal-proċedura A jew B deskritti hawn.

Il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni kwantitattiva ta’ Δ9-THC permezz ta’ kromatografija tal-gass (GC) wara estrazzjoni b’solvent adattat.

1.1.   Proċedura A

Il-proċedura A għandha tintuża għall-verifiki dwar il-produzzjoni kif previst fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fl-Artikolu 30(2)(a) ta’ dan ir-Regolament.

1.2.   Proċedura B

Il-proċedura B għandha tintuża fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fl-Artikolu 40(3) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Teħid ta’ kampjuni

2.1.   Kampjuni

(a)

Proċedura A: f’wiċċ tar-raba’ wieqaf ta’ varjetà partikolari tal-qanneb, għandha tittieħed parti ta’ 30 ċm li jkun fiha tal-anqas tinwir femminili wieħed ta’ kull pjanta magħżula. It-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq matul perjodu li jibda wara 20 jum wara l-bidu tal-fjoritura sa (10) għaxart ijiem wara tmiem il-fjoritura, matul il-jum, u jsegwi xejra sistematika biex jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappreżentattiv tal-għalqa iżda jeskludi t-truf tal-uċuħ tar-raba’.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li t-teħid tal-kampjuni jitwettaq matul il-perjodu mill-bidu tal-fjoritura sa 20 jum wara l-bidu tal-fjoritura sakemm, għal kull varjetà mkabbra, jittieħdu kampjuni rappreżentattivi oħra skont l-ewwel subparagrafu matul il-perjodu minn 20 jum wara l-bidu tal-fjoritura sa (10) għaxart ijiem wara tmiem il-fjoritura.

(b)

Proċedura B: f’wiċċ tar-raba wieqaf ta’ varjetà partikolari tal-qanneb, għandha tittieħed it-terz mill-parti ta’ fuq ta’ kull-pjanta magħżula. It-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq matul l-(10) għaxart ijiem wara tmiem il-fjoritura, matul il-jum, u jsegwi xejra sistematrika sabiex jiġi żgurat li l-kampjun huwa rappreżentattiv tal-għalqa imma jeskludi t-trufijiet tal-uċuħ tar-raba’. Fil-każ ta’ varjetajiet li għandhom organi maskili u femminili, għandhom jittieħdu biss pjanti femminili.

2.2.   Daqs tal-kampjun

Proċedura A: il-kampjun għandu jkun magħmul minn partijiet ta’ 50 pjanta għal kull għalqa.

Proċedura B: il-kampjun għandu jkun magħmul minn partijiet ta’ 200 pjanta għal kull għalqa.

Kull kampjun għandu jitqiegħed f’borża tad-drapp jew tal-karti, mingħajr ma jitgħaffeġ, u jintbagħat fil-laboratorju għall-analiżi.

L-Istat Membru jista’ jipprovdi għal teħid tat-tieni kampjun għal kontroanaliżi, jekk meħtieġ, u dan jinżamm mill-produttur jew mill-korp responsabbli għall-analiżi.

2.3.   Tnixxif u ħażna tal-kampjun

It-tnixxif tal-kampjun għandu jibda mill-aktar fis, u f’kull każ, fi żmien 48 siegħa bl-użu ta’ xi metodu taħt is-70 °C.

Il-kampjuni għandhom jitnixxfu għal piż kostanti u sa kontenut ta’ umdità ta’ bejn 8 % u 13 %.

Wara t-tnixxif, il-kampjuni għandhom jinħażnu mingħajr ma jitgħaffġu f’post mudlam taħt il-25 °C.

3.   Determinazzjoni tal-kontenut ta’ THC

3.1.   Tħejjija tal-kampjun tat-test

Iz-zkuk u ż-żerriegħa ta’ daqs akbar minn 2 mm għandhom jitneħħew mill-kampjuni mnixxfa.

Il-kampjuni mnixxfa għandhom jintaħnu biex jinkiseb trab parzjalment fin (li jgħaddi minn passatur b’toqob ta’ 1 mm).

It-trab jista’ jinħażen għal 10 ġimgħat taħt 25 C f’ post mudlam u niexef.

3.2.   Riaġenti u taħlita ta’ estrazzjoni

Reaġenti

Δ9-tetrahydrocannabinol, pur għal finijiet kromatografiċi,

Squalane, pur għal finijiet kromatografiċi, bħala standard intern.

Taħlita ta’ estrazzjoni

35 mg ta’ squalane għal kull 100 ml hexane.

3.3.   Estrazzjoni ta’ Δ9-THC

Għandu jintiżen 100 mg tal-kampjun mitħun tat-test, jitqiegħed f’ tubu ċentrifugu u għandha tiżdied 5 ml mit-taħlita tal-estrazzjoni bl-istandard intern.

Il-kampjun għandu jitqiegħed f’banju ultrasoniku u jitħalla għal 20 minuta. Hu għandu jiġi soġġett għal azzjoni ċentrifuga għal ħames minuti bi 3 000 r.p.m u mbagħad titneħħa s-sustanza ta’ THC li tgħum fil-wiċċ. It-taħlita għandha tiġi injettata fi kromatografu u għandu jitwettaq analiżi kwantitattiva.

3.4.   Kromatografija bil-gass

(a)

Apparat

kromatografu tal-gass b’rilevatur tal-jonizzazzjoni tal-fjamma u injettatur maqsum/mhux maqsum “split/splitless injector”,

kolonna li tippermetti s-separazzjoni kif imiss ta’ cannabinoids, per eżempju kolonna kapillari tal-ħġieġ b’tul ta’ 25 m u b’dijametru ta’ 0,22 mm

mimlija b’5 % ta’ fażi non-polar phenyl-methyl-siloxane.

(b)

Firxiet ta’ kalibrazzjoni

Tal-anqas tliet punti għall-proċedura A u ħames punti għall-proċedura B, inklużi punti 0.04 u 0,50 mg/ml Δ9-THC f’taħlita ta’ estrazzjoni.

(ċ)

Kundizzjonijiet esperimentali

Il-kundizzjonijiet li ġejjin huma mogħtija bħala eżempju għall-kolonna msemmija fl-(a):

temperatura tal-forn ta’ 260 °C

temperatura tal-injettatur ta’ 300 °C

temperatura tar-rilevatur ta’ 300 °C

(d)

Volum injettat: 1 μl

4.   Riżultati

Is-sejbiet għandhom jiġu espressi sa żewġ punti deċimali fi grammi ta’ Δ9-THC għal kull 100 gramma ta’ kampjun analitiku mnixxef għal piż kostanti. Għandha tiġi applikata tollerenza ta’ 0,03 g kull 100 g.

Proċedura A: determinazzjoni waħda għal kull test tal-kampjun.

Madankollu, meta r-riżultat miksub ikun ‘l fuq mil-limitu stipulat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandha titwettaq it-tieni determinazzjoni għal kull kampjun tal-analiżi u l-valur medju taż-żewġ determinazzjonijiet għandu jittieħed bħala r-riżultat.

Proċedura B: ir-riżultat għandu jikkorrispondi mal-valur medju taż-żewġ determinazzjonijiet għal kull kampjun tat-test.


ANNESS II

Regolament (KE) Nru 796/2004

Dan ir-Regolament

Regolament (KE) Nru 1120/2009

Artikolu 1

Artikolu 1

 

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(1a)

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 2(1b)

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(2a)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

 

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4)

 

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(5)

 

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(6)

 

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(7)

 

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(8)

 

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(9)

 

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(10)

 

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(11)

 

Artikolu 2(12)

Artikolu 2(12)

 

Artikolu 2(13)

Artikolu 2(14)

 

Artikolu 2(14)

 

Artikolu 2(15)

Artikolu 2(15)

 

Artikolu 2(16)

Artikolu 2(16)

 

Artikolu 2(17)

Artikolu 2(17)

 

Artikolu 2(18)

Artikolu 2(18)

 

Artikolu 2(19)

Artikolu 2(19)

 

Artikolu 2(20) sa 2(36)

Artikolu 2(21) sa 2(37) rispettivament

 

Artikolu 2(37)

 

Artikolu 2, it-tieni subparagrafu mill-aħħar

Artikolu 2(38)

 

Artikolu 2, l-aħħar subparagrafu

 

Artikolu 3(1) sa 3(7)

Artikolu 3 (1) sa 3(7)

 

Artikolu 4

Artikolu 4

 

Artikolu 5

Artikolu 5

 

Artikolu 6

Artikolu 6

 

Artikolu 7

Artikolu 7

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 34(4)

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 34(5)

 

Artikolu 9, l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(1)

 

Artikolu 9, it-tieni paragrafu

Artikolu 8(2)

 

Artikolu 10

Artikolu 9

 

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(1)

 

Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(2), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 11(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 11(3)

Artikolu 10(2)

 

Artikolu 12(1) a), b), c) u d)

Artikolu 12(1) a), b), c) u d) rispettivament

 

Artiklu 12(1) e)

 

Artikolu 12(1) f)

Artiklu 12(1) e)

 

Artikolu 12(2), (3) u (4)

Artikolu 12(2), (3) u (4)

 

Artikolu 13(1), l-ewwel (1) u t-tieni (2) subparagrafu

Artikolu 13(1)

 

Artikolu 13(1) it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 13(2), (3) u (4)

 

Artikolu 13(5)

Artikolu 13(2)

 

Artikolu 13(6)

 

Artikolu 13(7)

Artikolu 13(3)

 

Artikolu 13(8)

Artikolu 13(4)

 

Artikolu 13(9)

 

Artikolu 13(10)

Artikolu 13(5)

 

Artikolu 13(11) u (12)

 

Artikolu 13(13a)

Artikolu 13(6)

 

Artikolu 13(14)

Artikolu 20(3)

 

Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(8), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(8), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 14(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 13(8), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 14(1a)

Artikolu 55(1) u (2)

 

Artikolu 14(2)

Artikolu 12(5)

 

Artikolu 14(3)

Artikolu 10(1)

 

Artikolu 14(4)

Artikolu 13(9)

 

Artikolu 15

Artikolu 14

 

Artikolu 15a

 

Artikolu 16(1), (2) u (3)

Artikolu 16(1) sa (2) u (3) rispettivament

 

Artikolu 16(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 65(3), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 16(4)

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 17

 

Artikolu 17a

Artikolu 17

 

Artikolu 18

Artikolu 20

 

Artikolu 19

Artikolu 21

 

Artikolu 20

Artikolu 22

 

Artikolu 21

Artikolu 23

 

Artikolu 21a(1) u (2)

Artikolu 24

 

Artikolu 21a,(3) (2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(1)

 

Artikolu 22

Artikolu 25

 

Artikolu 23

Artikolu 26

 

Artikolu 23a(1), l-ewwel u it-tieni subparagrafi

Artikolu 27(1)

 

Artikolu 23a(2)

Artikolu 27(2)

 

Artikolu 24(1)(a), (b), (c) (d), (e), (g), (i), (j) u (k)

Artikolu 28(1)(a), (b), (c) (d), e), (f), (g), (h) u (i) rispettivament

 

Artikolu 24(1) (f) u (h)

 

Artikolu 24 (2) l-ewwel (1) subparagrafu

Artikolu 28(2)

 

Artikolu 24 (2) it-tieni (2) subparagrafu

Artikolu 28(3)

 

Artikolu 26(1), (3) u (4)

Artikolu 30(1), (3) u (4) rispettivament

 

Artikolu 26 (2) (a), (b), (c) (f) u (h);

30(2) (a), (b), (c) (g) u (h) rispettivament

 

Artikolu 26(2) (d), (e) u (g)

 

Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 31(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, punti (a), (b) u (c)

Artikolu 31(2)

 

Artikolu 27(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 31(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

Artikolu 27(3) u (4)

Artikolu 31(3) u (4)

 

Artikolu 28

Artikolu 32

 

Artikolu 29

Artikolu 33

 

Artikolu 30(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, (2), (3) u (4)

Artikolu 34(1), (2), (3) u (6) rispettivament

 

Artikolu 30(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 31

Artikolu 37

 

Artikolu 31a

Artikolu 38

 

Artikolu 31b

Artikolu 39

 

Artikolu 32

Artikolu 35

 

Artikolu 33(1)

 

Artikolu 33 (2), (3), (4) u (5)

Artikolu 40(1), (2), (3) u (4) rispettivament

 

Artikolu 33a

 

Artikolu 33b

 

Artikolu 33c

 

Artikolu 34(1), l-ewwel (1) subparagrafu

Artikolu 41(1), l-ewwel (1) subparagrafu

 

Artikolu 34(1), it-tieni (2) subparagrafu

 

Artikolu 34(2)

Artikolu 41(2)

 

Artikolu 35(1)

Artikolu 42(1), l-ewwel (1) paragrafu

 

Artikolu 35(2)(a)

Artikolu 42 (1), it-tieni (2) paragrafu

 

Artikolu 35(2)(b), l-(1) paragrafu, l-ewwel (1) sar-raba’ (4) inċiż

Artikolu 42(2), l-ewwel (1) paragrafu, (a) sa (d)

 

Artikolu 35 (2)(b), it-tieni (2) paragrafu

Artikolu 42 (2), it-tieni (2) paragrafu

 

Artikolu 35(2)(c), l-ewwel (1) u t-tieni 2 inċiż

Artikolu 42(3)(a) sa (b) rispettivament

 

Artikolu 36

Artikolu 43

 

Artikolu 37

Artikolu 44

 

Artikolu 38

 

Artikolu 39

Artikolu 45

 

Artikolu 40

 

L-Artikolu 41, (a), (b), (c) u (d)

Artikolu 47(1), (2), (3) u (4)

 

Artikolu 42

Artikolu 48

 

Artikolu 43

Artikolu 49

 

Artikolu 44(1), (1a) u (2)

Artikolu 50(1), (2) u (3) rispettivament

 

Artikolu 45(1), (1a), (1b), (2) u (3) u (4)

Artikolu 51(1), (2), (3), (4), (5) u (6) rispettivament

 

Artikolu 46

Artikolu 52

 

Artikolu 47(1), (1a), (2), (3) (4) u (5)

Artikolu 53(1), (2), (3), (4), (5) u (6) rispettivament

 

Artikolu 48

Artikolu 54

 

Artikolu 49(1)

Artikolu 56(1)

 

Artikolu 49(2)

 

Artikolu 19(1), it-tielet (3) paragrafu

Artikolu 49(3)

Artikolu 56(2)

 

Artikolu 50(1), (2) u (3)

Artikolu 57(1), (2) u (3) rispettivament

 

Artikolu 50(5)

 

Artikolu 50(7)

Artikolu 75(1)

 

Artikolu 51(1)

Artikolu 58

 

Artikolu 51(2a)

Artikolu 57(2)

 

Artikolu 51(3)

 

Artikolu 52

Artikolu 59

 

Artikolu 53, l-ewwel (1) u t-tieni (2) subparagrafu

Artikolu 60

 

Artikolu 53, it-tielet (3) u r-raba’ (4) subparagrafu

Artikolu 57(2)

 

Artikolu 54

Artikolu 61

 

Artikolu 54a

 

Artikolu 54b

Artikolu 62

 

Artikolu 57(1)

Artikolu 63(1)

 

Artikolu 57(2)

Artikolu 63(2)

 

Artikolu 57(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 63(3)

 

Artikolu 57(3), it-tieni (2) subparagrafu

Artikolu 75(1)

 

Artikolu 57(4)

Artikolu 63(4)

 

Artikolu 58

Artikolu 64

 

Artikolu 59

Artikolu 65

 

Artikolu 60

Artikolu 66

 

Artikolu 61

Artikolu 67

 

Artikolu 62

Artikolu 68

 

Artikolu 63

 

Artikolu 64

 

Artikolu 65(1), (2a), (3), (4) u (5)

Artikolu 70(1), (2), (3), (4) u (5) rispettivament

 

Artikolu 66(1)

Artikolu 70(8) u 71(1)

 

Artikolu 66(2)

Artikolu 70(6)

 

Artikolu 66 (2a) u (2b)

Artikolu 71(2) u (3) rispettivament

 

Artikolu 66(3), l-ewwel (1) u t-tielet (3) subparagrafu

Artikolu 71(4)

 

Artikolu 66(3), it-tieni (2) subparagrafu

Artikolu 70(7), l-ewwel sentenza

 

Artikolu 66(4) u (5)

Artikolu 71(5) u (6) rispettivament

 

Artikolu 67(1)

Artikolu 70(8) u 72(1)

 

Artikolu 67(2)

Artikolu 72(2)

 

Artikolu 68

Artikolu 73

 

Artikolu 69

Artikolu 74

 

Artikolu 70

Artikolu 76

 

Artikolu 71

Artikolu 77

 

Artikolu 71a

Artikolu 78

 

Artikolu 71b

Artikolu 79

 

Artikolu 72

Artikolu 75(2)

 

Artikolu 73(1), (3) u (4)

Artikolu 80(1), (2) u (3) rispettivament

 

Artikolu 73(5), (6) u (7)

 

Artikolu 73a(1), (2), (2a), (2b), (3) u (4)

Artikolu 81(1), (2), (3), (4), (5) u (6) rispettivament

 

Artikolu 74

Artikolu 82

 

Artikolu 75

Artikolu 83

 

Artikolu 76

Artikolu 84

 

Artikolu 77

 

Artikolu 78

Artikolu 85

 

Artikolu 80

 

Artikolu 81

 

Anness I

Anness II

 


Top