Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1082

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2009 tal- 11 ta’ Novembru 2009 li japprova emendi mhux minuri tal-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Norcia (IGP)]

ĠU L 295, 12.11.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1082/oj

12.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1082/2009

tal-11 ta’ Novembru 2009

li japprova emendi mhux minuri tal-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Norcia (IGP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Prosciutto di Norcia”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1065/97 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni, kif jesiġi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, ippubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Minħabba li ma ntbagħtet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, b’dan huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 156, 13.6.1997, p. 5.

(4)  ĠU C 71, 25.3.2009, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.2.   Prodotti magħmula mil-laħam (imsajjar, immellaħ, iffumigat, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto di Norcia (IĠP)


Top