This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1069
Regulation (EC) No 1069/2009 of the European Parliament and of the Council of 21 October 2009 laying down health rules as regards animal by-products and derived products not intended for human consumption and repealing Regulation (EC) No 1774/2002 (Animal by-products Regulation)
Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)
Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)
ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/12/2019
14.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1069/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma sors potenzjali ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Il-kriżijiet tal-imgħoddi marbuta ma’ tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, it-tixrid ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli bħall-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u l-okkorrenza ta’ dijossini fl-għalf urew il-konsegwenzi tal-użu mhux xieraq ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali fuq is-saħħa pubblika u tal-annimali, is-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf u l-fiduċja tal-konsumatur. Barra minn hekk, kriżijiet bħal dawn jista’ jkollhom ukoll impatt negattiv usa’ fuq is-soċjetà kollha, permezz tal-impatt tagħhom fuq il-qagħda soċjo-ekonomika tal-bdiewa u tas-settur industrijali kkonċernat u fuq il-fiduċja tal-konsumatur fis-sikurezza tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali. It-tifqigħat tal-mard jista’ jkollhom ukoll konsegwenzi negattivi fuq l-ambjent, mhux biss minħabba l-problemi ta’ rimi li jinħolqu, iżda wkoll fir-rigward tal-bijodiversità. |
(2) |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali jinħolqu prinċipalment matul il-qtil tal-annimali għall-konsum mill-bniedem, matul il-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali bħall-prodotti tal-ħalib, u matul ir-rimi ta’ annimali mejtin u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard. Irrispettivament mis-sors tagħhom, dawn joħolqu riskju potenzjali għas-saħħa pubblika u tal-annimali u għall-ambjent. Ir-riskju għandu jiġi kkontrollat b’mod adegwat, jew billi dawn il-prodotti jiġu ddirezzjonati lejn mezz sikur ta’ rimi jew billi jintużaw għal għanijiet differenti, sakemm jiġu applikati kondizzjonijiet stretti li jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa involuti. |
(3) |
Ir-rimi tal-prodotti sekondarji kollha tal-annimali mhuwiex għażla realistika, għax dan iwassal għal spejjeż mhux sostenibbli u riskji għall-ambjent. Min-naħa l-oħra, huwa fl-interess ċar taċ-ċittadini kollha li jsir użu sikur minn firxa wiesgħa ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għal diversi applikazzjonijiet b’mod sostenibbli, sakemm jiġu mminimizzati r-riskji għas-saħħa. Firxa wiesgħa ta’ prodotti sekondarji tal-annimali tintuża ta’ spiss f’setturi produttivi importanti, bħalma huma l-industriji farmaċewtika, tal-għalf u tal-ġlud. |
(4) |
It-teknoloġiji ġodda estendew l-użu possibbli ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati għal għadd kbir ta’ setturi produttivi, b’mod partikolari għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. Madankollu, l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda jista’ joħloq riskji għas-saħħa li għandhom jiġu wkoll imminimizzati. |
(5) |
Ir-regoli tas-saħħa Komunitarji għall-ġbir, it-trasport, l-immaniġġar, it-trattament, it-trasformazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq, id-distribuzzjoni, l-użu jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jiġu stipulati f’qafas koerenti u komprensiv. |
(6) |
Dawn ir-regoli ġenerali għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jinħoloq minn prodotti sekondarji tal-annimali meta jiġu indirizzati mill-operaturi fi stadji differenti tul il-katina mill-ġbir għall-użu jew ir-rimi tagħhom. Ir-regoli għandhom iqisu wkoll ir-riskji għall-ambjent maħluqa matul dawn l-operazzjonijiet. Il-qafas Komunitarju għandu jinkludi regoli tas-saħħa fuq it-tqegħid fis-suq, inklużi l-kummerċ intrakomunitarju u l-importazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, fejn xieraq. |
(7) |
Fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (3) stabbilixxew regoli Komunitarji tas-saħħa li jikkonċernaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Fuq il-bażi ta’ parir xjentifiku u bħala azzjoni li taqa’ taħt il-White Paper tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2000 dwar is-Sikurezza tal-Ikel, dan ir-Regolament introduċa sett ta’ regoli mmirati lejn il-ħarsien tas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf, li huwa komplementari għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ikel u l-għalf. Dawn ir-regoli tejbu b’mod sinfikanti l-livell ta’ ħarsien fil-Komunità kontra r-riskji maħluqa minn prodotti sekondarji tal-annimali. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 introduċa l-klassifikazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi tliet kategoriji skont il-grad ta’ riskju involut. Dan jeħtieġ li l-operaturi jżommu l-prodotti sekondarji tal-annimali ta’ kategoriji differenti separati minn xulxin jekk jixtiequ jużaw prodotti sekondarji tal-annimali li ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, b’mod partikolari jekk prodotti bħal dawn jinkisbu minn materjal tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Dan ir-Regolament introduċa wkoll il-prinċipju li materjal ta’ riskju għoli ma għandux jingħalef lil annimali mrobbija fl-iriziezet, u li materjal derivat mill-annimali ma għandux jingħalef lil annimali tal-ispeċijiet li huwa derivat minnhom. Skont dan ir-Regolament, il-materjal minn annimali li jkunu għaddew minn ispezzjoni veterinarja biss jistgħu jidħlu fil-katina tal-għalf. Barra minn hekk, jistabbilixxi regoli għal standards ta’ proċessar li jiżguraw it-tnaqqis tar-riskji. |
(9) |
Skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi. Ir-rapport ġie ppreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2005 u enfasizza li l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jinżammu. Barra minn hekk, hu jindika l-oqsma fejn jitqiesu neċessarji l-emendi għal dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-kjarifiki rigward l-applikabbiltà tar-regoli għal prodotti lesti, ir-relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra u l-klassifikazzjoni ta’ ċertu materjal. Is-sejbiet ta’ sensiela ta’ missjonijiet esplorattivi mwettqa fl-Istati Membri mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni (UAV) fl-2004 u l-2005 jappoġġjaw dawn il-konklużjonijiet. Skont l-UAV, it-titjib huwa meħtieġ fir-rigward tat-traċċabbiltà tal-fluss ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u l-effettività u l-armonizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali. |
(10) |
Il-Kumitat Xjentifiku ta’ Tmexxija, li ġie sostitwit mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (AESI) fl-2002, adotta għadd ta’ opinjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti sekondarji tal-annimali. Dawn l-opinjonijiet juru l-ħtieġa li jinżammu l-prinċipji ewlenin tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; b’mod partikolari li l-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali li mhumiex meqjusa tajbin għal konsum mill-bniedem b’riżultat ta’ ispezzjoni tas-saħħa, ma għandhomx jidħlu fil-katina tal-għalf. Madankollu, dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali jistgħu jiġu rkuprati u użati għall-produzzjoni ta’ prodotti tekniċi jew industrjali taħt kondizzjonijiet speċifikati tas-saħħa. |
(11) |
Il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill fuq ir-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2005 li ġew adottati f’Diċembru 2005, u l-konsultazzjonijiet sussegwenti mwettqa mill-Kummissjoni enfasizzaw li r-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jitjiebu. L-għanijiet ewlenin tar-regoli dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali, jiġifieri l-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali u l-ħarsien tas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf għandhom jiġu stipulati b’mod ċar. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom iwasslu biex jinkisbu dawn l-għanijiet. |
(12) |
Ir-regoli dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti li ma jistgħux jintużaw għal konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari fejn ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-ikel jew meta ma jitqiegħdux fis-suq bħala ikel minħabba li ma jkunux sikuri għax ikunu ħżiena għas-saħħa jew mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem (prodotti sekondarji tal-annimali “bil-liġi”). Dawn ir-regoli għandhom, madankollu, japplikaw ukoll għal prodotti li joriġinaw mill-annimali u li ma jikkonformawx ma’ ċerti regoli rigward l-użu possibbli tagħhom għal konsum mill-bniedem, jew li jintużaw bħala materja prima għall-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għal konsum mill-bniedem anki jekk huma eventwalment destinati għal għanijiet oħra (prodotti sekondarji tal-annimali “b' għażla”). |
(13) |
Barra minn hekk, biex jiġu evitati r-riskji li jinħolqu minn annimali selvaġġi, mill-iġsma jew mill-partijiet tal-iġsma ta’ dawn l-annimali ssuspettati li huma infettati b’marda li tittieħed għandhom ikunu suġġetti għar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament. Din l-inklużjoni ma għandhiex timplika obbligu li jinġabru u jintremew l-iġsma ta’ annimali selvaġġi li mietu jew li ġew ikkaċċjati fl-ambjent naturali tagħhom. Jekk tiġi osservata prattika tajba tal-kaċċa, l-intestini u partijiet oħra tal-ġisem ta’ annimali tal-kaċċa selvaġġi jistgħu jintremew b’mod sikur fuq il-post. Dawn il-prattiki għall-mitigazzjoni tar-riskji huma stabbiliti sew fl-Istati Membri u f’xi każijiet huma bbażati fuq tradizzjonijiet kulturali jew leġiżlazzjoni nazzjonali li jirregolaw l-attivitajiet tal-kaċċaturi. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene għal ikel li ġej mill-annimali (4) tistipula regoli dwar l-immaniġġar tal-laħam u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-annimali tal-kaċċa selvaġġi. Barra minn hekk, dawn ir-regoli jpoġġu r-responsabbiltà għall-prevenzjoni tar-riskji fuq persuni mħarrġa bħall-kaċċaturi. Minħabba r-riskji potenzjali għall-katina tal-ikel, il-prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali tal-kaċċa selvaġġi maqtula għandhom ikunu suġġetti biss għal dan ir-Regolament safejn il-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-ikel tapplika għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn l-annimali tal-kaċċa u tinvolvi operazzjonijiet imwettqa minn stabbilimenti li jimmaniġġaw annimali tal-kaċċa. Barra minn hekk, il-prodotti sekondarji tal-annimali għall-preparazzjoni ta’ trofej tal-kaċċa għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament sabiex jiġu evitati riskji, preżentati minn dawn il-prodotti sekondarji, għas-saħħa tal-annimali. |
(14) |
Ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali tal-ilma, ħlief materjal minn bastimenti li jkunu qed joperaw skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene tal-ikel. partikolari. Madankollu, għandhom jiġu adottati miżuri proporzjonati mar-riskju fir-rigward tal-immaniġġar u r-rimi tal-materjal li jirriżulta abbord il-bastimenti tas-sajd mit-tneħħija tal-imsaren u li jkun juri sinjali ta’ mard. Dawn il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-istituzzjoni xjentifika xierqa fid-dawl tal-evidenza disponibbli fir-rigward tal-effettività ta’ ċerti miżżuri kontra t-tixrid tal-mard li jittieħed mill-bnedmin, b’mod partikolari t-tixrid ta’ ċerti parassiti. |
(15) |
Minħabba r-riskji limitati li jirriżultaw mill-materjal li jintuża bħala ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi fl-irziezet jew li jiġi fornut lill-utenti finali min-negozji tal-ikel, ċerti attivitajiet relatati ma’ tali ikel mhux ipproċessat tal-annimali domestiċi m’għandux ikun kopert mir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament. |
(16) |
Huwa xieraq li jiġi ċċarat f’dan ir-Regolament liema annimali għandhom jiġu kklassifikati bħala annimali domestiċi, biex il-prodotti sekondarji li ġejjin minn dawn l-annimali ma jintużawx fl-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet. B’mod partikolari, l-annimali miżmuma għal skopijiet oħra barra t-trobbija fl-irziezet, bħal annimali li jitqiesu ta’ kumpannija għall-bniedem għandhom jiġu kklassifikati bħala annimali domestiċi. |
(17) |
Biex tinżamm il-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ċerti definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (5) u fid-Direttivi 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (6) għandhom jintużaw f’dan ir-Regolament. Għandha tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE tal-24 ta’ Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amminsitrattivi tal-Istati Membri dwar il-ħarsien ta’ annimali użati għal finijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra (7). |
(18) |
Biex tinżamm il-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-definizzjoni ta’ annimal tal-ilma kif stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali tal-ilma (8), għandha tintuża f’dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, l-invertebrati akkwatiċi li mhumiex koperti minn dik id-definizzjoni u li ma joħolqu l-ebda riskju li jittieħed xi mard għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti bħall-annimali akkwatiċi. |
(19) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart fir-radam (landfill) (9) tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ permess għal radam. Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għar-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’landfills li għalihom inħareġ dan il-permess. |
(20) |
Ir-responsabbiltà primarja għat-twettiq ta’ operazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun f’idejn l-operaturi. Fl-istess waqt, l-interess pubbliku fil-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali jirrikjedi li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ ġbir u ta’ rimi biex tiżgura l-użu jew ir-rimi mingħajr periklu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li ma jistgħux jintużaw, jew li ma jintużawx għal raġunijiet ekonomiċi. L-ambitu tas-sistema ta’ ġbir u ta’ rimi għandu jqis l-ammont effettiv ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jakkumula fl-Istat Membru partikolari. Għandu jirrifletti wkoll, fuq bażi prekawzjonali, il-ħtieġa għal kapaċitajiet ta’ rimi estiżi fil-każ ta’ tifqigħat ewlenin ta’ mard li jittieħed jew ta’ nuqqasijiet tekniċi temporanji f’faċilità ta’ rimi eżistenti. L-Istati Membri għandhom jitħallew jikkooperaw ma’ xulxin u ma’ pajjiżi terzi sakemm jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(21) |
Huwa importanti li jiġi ddeterminat il-punt ta’ tluq fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti sekondarji tal-annimali li minnu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw. Ladarba prodott isir prodott sekondarju tal-annimali, m’għandux jerġa’ jidħol fil-katina tal-ikel. Ċirkostanzi speċjali japplikaw għall-immaniġġar ta’ ċerta materja prima, bħal ġlud, immaniġġati fi stabbilimenti jew impjanti li jiġu integrati fl-istess ħin fil-katina tal-ikel u fil-katina tal-prodotti sekondarji tal-annimali. F’dawn il-każijiet, għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji permezz tas-segregazzjoni għall-mitigazzjoni tar-riskji potenzjali għall-katina tal-ikel li jistgħu jinħolqu mit-transkontaminazzjoni. Fir-rigward ta’ stabbilimenti oħrajn, għandhom jiġu determinati kondizzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju biex tiġi evitata t-transkontaminazzjoni b’mod partikolari permezz tas-serparazzjoni bejn il-katina tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-katina tal-ikel. |
(22) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u kontroll xieraq tar-riskji potenzjali, għandu jiġi determinat punt aħħari fil-katina tal-manifattura għal prodotti li m’għadx għandhom relevanza diretta għas-sikurezza tal-katina tal-għalf. Għal ċerti prodotti regolati skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja, dan il-punt aħħari għandu jiġi ddeterminat fl-istadju tal-manifattura. Il-prodotti li jkunu laħqu dan il-punt aħħari għandhom ikunu eżentati minn kontrolli skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-prodotti li jkunu qabżu dan il-punt aħħari għandhom jitħallew jitqiegħdu fis-suq bla restrizzjoni skont dan ir-Regolament u jistgħu jiġu mmaniġġati u ttrasportati minn operaturi li ma jkunux approvati jew reġistrati f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(23) |
Minkejja dan, għandu jkun possibbli lid dan il-punt aħħari jiġi mmodifikat, b’mod partikolari fil-każ ta’ riskji emerġenti ġodda. Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, jeżenta ċerti prodotti, b’mod partikolari l-gwanu, ċerti ġlud li jkunu għaddew minn forom partikolari ta’ trattament bħall-ikkunzar, u ċerti trofej tal-kaċċa, mir-rekwiżiti tiegħu. Għandhom jiġu pprovduti eżenzjonijiet simili fil-miżuri ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati skont dan ir-Regolament għal prodotti bħall-prodotti oleokimiċi u l-prodotti aħħarin li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-bijodiżil, taħt kondizzjonijiet xierqa. |
(24) |
Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali, l-Istati Membri għandhom ikomplu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn żoni jew stabbilimenti ristretti, b’mod partikolari fil-każ ta’ tifqigħa ta’ xi marda mniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u miżuri speċifiċi marbuta mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (10). |
(25) |
L-operazzjonijiet relatati ma’ prodotti sekondarji tal-annimali li joħolqu livell konsiderevoli ta’ riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali għandhom jitwettqu biss fi stabbilimenti jew impjanti approvati minn qabel għal operazzjonijiet bħal dawn mill-awtorità kompetenti. Din il-kondizzjoni għandha tapplika b’mod partikolari għal stabbilimenti jew impjanti tal-ipproċessar u stabbilimenti jew impjanti oħrajn li jimmaniġġaw jew jaħżnu prodotti sekondarji tal-annimali b’relevanza diretta għas-sikurezza tal-katina tal-għalf. Għandu jkun permess li prodotti sekondarji tal-annimali ta’ aktar minn kategorija waħda jiġu mmaniġġati fl-istess stabbiliment sakemm tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn naħa għal oħra. Għandu jkun permess ukoll li dawn il-kondizzjonijiet jiġu emendati jekk l-ammont ta’ materjal għar-rimi u l-ipproċessar jiżdied minħabba xi tifqigħa kbira ta’ marda, sakemm ikun żgurat li l-użu temporanju taħt kondizzjonijiet emendati bħal dawn ma jwassalx għal propagazzjoni ta’ riskji ta’ mard. |
(26) |
Minkejja dan, dawn l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa għal stabbilimenti jew impjanti li jipproċessaw jew jimmaniġġaw ċerti materjali sikuri, bħal prodotti proċessati b’mod li ma jibqgħux ta’ riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Dawn l-istabbilimenti jew impjanti għandhom jiġu reġistrati biex ikun jista’ jsir kontroll uffiċjali fir-rigward tal-fluss ta’ materjal u tiġi żgurata t-traċċabbiltà. Dan għandu japplika wkoll għall-operaturi li jittrasportaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati, sakemm ma jkunu għadhom suġġetti għall-ebda kontroll minħabba li jkun ġie ddeterminat punt aħħari fil-katina. |
(27) |
L-istabbilimenti jew l-impjanti għandhom jiġu approvati wara l-preżentazzjoni ta’ tagħrif lill-awtorità kompetenti u wara żjara li titwettaq fuq il-post li juru li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għall-infrastruttura u t-tagħmir tal-istabbiliment jew l-impjant se jintlaħqu, biex kull riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jinħoloq mill-proċess użat ikun ikkontrollat b’mod adegwat. Għandu jkun possibbli li jingħataw approvazzjonijiet b’kondizzjoni sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jirranġaw in-nuqqasijiet qabel ma l-istabbiliment jew l-impjant jikseb approvazzjoni sħiħa. |
(28) |
L-istabbilmenti jew l-impjanti li l-operazzjonijiet tagħhom diġà ġew approvati skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene tal-ikel ma għandhomx bżonn ikunu approvati jew reġistrati skont dan ir-Regolament, billi l-approvazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet skont din il-leġiżlazzjoni Komunitarja diġà jqisu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Minkejja dan, l-istabbilimenti jew l-impjanti approvati jew reġistrati skont leġiżlazzjoni tal-iġjene għandu jkollhom l-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli uffiċjali mwettqa bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
(29) |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati għandhom jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji li jirriflettu l-grad ta’ riskju li huma joħolqu għas-saħħa pubblika u tal-annimali, fuq il-bażi ta’ evalwazzjonijiet tar-riskju. Filwaqt li l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati li joħolqu riskju għoli għandhom jintużaw biss għal għanijiet barra mill-katina tal-għalf, l-użu tagħhom li joħloq riskju anqas għandu jkun permess taħt kondizzjonijiet sikuri. |
(30) |
Il-progress fix-xjenza u t-teknoloġija jista’ jwassal għall-iżvilupp ta’ proċessi li jeliminaw jew jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali. L-emendi għal-listi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali stipulati f’dan ir-Regolament għandhom ikunu possibbli, biex jitqies dan il-progress. Qabel ma jsiru emendi bħal dawn, u skont il-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mmirati biex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali, għandha titwettaq evalwazzjoni tar-riskju mill-istituzzjoni xjentifika xierqa, bħall-AESI, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jew mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur, skont it-tip ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li għalihom tkun se ssir l-evalwazzjoni tar-riskji. Madankollu, għandu jkun ċar li ladarba jitħalltu prodotti sekondarji tal-annimali ta’ kategoriji differenti, it-taħlita għandha tiġi mmaniġġata skont l-istandards stipulati għall-proporzjon tat-taħlita li tappartjeni għall-kategorija tal-ogħla riskju. |
(31) |
Minħabba r-riskju għoli għas-saħħa pubblika, il-prodotti sekondarji tal-annimali li joħolqu riskju ta’ enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli (TSE) ma għandux, b’mod partikolari, jintuża għall-għalf. Din ir-restrizzjoni għandha tapplika wkoll għal annimali selvaġġi li permezz tagħhom tista’ tittieħed marda trażmissibbli. Ir-restrizzjoni fuq it-tagħlif ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li joħloq riskju ta’ TSE għandha tkun mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-għalf stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
(32) |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali użati għal esperimenti kif definit fid-Direttiva 86/609/KEE għandhom ikunu esklużi wkoll mill-użu fl-għalf, minħabba r-riskji potenziali li jirriżultaw minn dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali. Minkejja dan, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali li jkunu ntużaw għal esperimenti biex jiġu ttestjati addittivi tal-għalf ġodda, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (11). |
(33) |
L-użu ta’ ċerti sustanzi u prodotti huwa illegali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’ikel li ġej mill-annimali (12) u d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali jew tirostatika u ta’ beta-agonists (13). Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar il-miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fil-prodotti tagħhom (14) tistabbilixxi regoli ulterjuri dwar il-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali. Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi wkoll regoli li japplikaw fejn tkun ġiet stabbilita l-preżenza ta’ residwi ta’ sustanzi jew kontaminanti awtorizzati li jaqbżu ċerti livelli permessi. Biex tkun żgurata l-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-prodotti li ġejjin mill-annimali li fihom ġew osservati sustanzi mhux permessi mir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u mid-Direttivi 96/22/KE u 96/23/KE għandhom jiġu klassifikati bħala materjal tal-Kategorija 1 jew Kategorija 2, kif xieraq, fid-dawl tar-riskju li joħolqu għall-katina tal-ikel u l-għalf. |
(34) |
Id-demel u l-kontenut tas-sistema diġestiva ma għandhomx ikollhom bżonn jintremew, sakemm it-trattament korrett jiżgura li l-mard ma jitteħidx waqt li jiġu applikati fuq l-art. Il-prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali li jmutu fir-razzett u annimali maqtula biex jinqered il-mard ma għandhomx jintużaw fil-katina tal-għalf. Ir-restrizzjoni għandha tapplika wkoll għal prodotti sekondarji tal-annimali li huma permessi fil-Komunità, meta ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni Komunitarja waqt l-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità, u għal prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti applikabbli matul il-kontrolli mwettqa fil-Komunità. In-nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (15) u mar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf (16) m’għandux jirriżulta fl-esklużjoni mill-katina tal-għalf ta’ prodotti ppreżentati għal ispezzjoni fil-fruntiera. |
(35) |
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-klassifikazzjoni awtomatika ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali bħala materjal tal-Kategorija 2 tillimita serjament l-użi possibbli tagħhom, mingħajr ma tkun neċessarjament proporzjonata mar-riskji involuti. Għaldaqstant dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materjal tal-Kategorija 3 biex ikunu jistgħu jintużaw għal ċerti għanijiet ta’ għalf. Għal xi prodotti sekondarji tal-annimali oħrajn li mhumiex imniżżla taħt waħda mit-tliet kategoriji, il-kategorizzazzjoni awtomatika bħala materjal tal-Kategorija 2 għandha tinżamm għal raġunijiet prekawzjonali, b’mod partikolari biex tiġi msaħħa l-esklużjoni ġenerali ta’ materjal bħal dan mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet, għajr għal annimali bil-pil. |
(36) |
Leġiżlazzjoni oħra li daħlet fis-seħħ wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sikurezza fl-ikel (17), jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (18), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-iġjene tal-għalf (19), u li għalihom ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa komplementari, tistabbilixxi li l-obbligu primarju ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, immirata biex tħares is-saħħa pubblika u tal-annimali, huwa tal-operaturi tan-negozji alimentari u tal-għalf. B’konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni, l-operaturi li jwettqu attivitajiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu wkoll prinċipalment responsabbli li jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dak l-obbligu għandu jiġi ċċarat u speċifikat aktar fir-rigward tal-mezzi li permezz tagħhom tiġi żgurata t-traċċabbiltà, bħalma huma l-ġbir u l-indirizzar separati ta’ prodotti sekondarji tal-annimali. Is-sistemi stabbiliti li jiżguraw it-traċċabbiltà għal prodotti li jiċċirkolaw eskolussivament fil-livell nazzjonali għandhom ikomplu joperaw, jekk jipprovdu tagħrif ekwivalenti. Għandu jsir kull sforz għall-promozzjoni tal-użu ta’ dokumentazzjoni elettronika jew ta’ meżżi ta’ dokumentazzjoni oħrajn li ma jinvolvux reġistrazzjoni fuq karta, sakemm dawn ikunu jiżguraw traċċabbiltà sħiħa. |
(37) |
Tinħtieġ sistema ta’ kontrolli interni biex tiżgura li fi ħdan stabbiliment jew impjant, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Matul il-kontrolli uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-rendiment tal-kontrolli interni. F’ċerti stabbilimenti jew impjanti, il-kontrolli interni għandhom isiru permezz ta’ sistema bbażata fuq il-prinċipji ta’ analiżi tar-riskji u ta’ punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP). Il-prinċipji tal-HACCP għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenza bl-implimentazzjoni tagħhom skont il-liġi Komunitarja dwar l-iġjene tal-ikel u tal-għalf. F’dan ir-rigward, il-gwidi nazzjonali għal prattika tajba jistgħu jservu bħala għodda utli biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni prattika tal-prinċipji tal-HACCP, u ta’ aspetti oħrajn ta’ dan ir-Regolament. |
(38) |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jintużaw biss jekk ir-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali jiġu mminimizzati fil-kors tal-ipproċessar tagħhom u tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mmanifatturati fuq il-bażi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali. Jekk din l-għażla ma tkunx disponibbli, il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jintremew taħt kondizzjonijiet sikuri. L-għażliet disponibbli għall-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji differenti għandhom jiġu ċċarati b’koerenza ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. B’mod ġenerali, l-għażliet għall-kategorija ta’ riskju ogħla għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-kategoriji ta’ riskju iktar baxx, sakemm ma jkunux japplikaw konsiderazzjoni speċjali minħabba r-riskju marbut ma’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali. |
(39) |
Ir-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għandu jsir skont il-leġiżlazzjoni ambjentali rigward rimi fir-radam (landfilling) u inċinerazzjoni tal-iskart. Biex tiġi żgurata l-konsistenza, l-inċinerazzjoni għandha ssir skont id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart (20). Il-ko-inċinerazzjoni tal-iskart – jew bħala operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi – hija suġġetta għal kondizzjonijiet simili fejn għandhom x’jaqsmu l-approvazzjoni u t-tħaddim għall-inċinerazzjoni tal-iskart, b’mod partikolari fir-rigward tal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet tal-arja, id-drenaġġ u r-residwi, il-kontroll u l-monitoraġġ kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ kejl. Għaldaqstant, il-ko-inċinerazzjoni diretta, mingħajr ipproċessar minn qabel, tat-tliet kategoriji kollha ta’ materjali għandha tkun permessa. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għall-approvazzjoni ta’ impjanti ta’ inċenerazzjoni b’kapaċità baxxa u għolja. |
(40) |
L-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħala karburant fil-proċess ta’ kombustjoni għandu jiġi awtorizzat u m’għandux ikun meqjus bħala operazzjoni ta’ rimi tal-iskart. Madankollu, dan l-użu għandu jsir taħt kondizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali, kif ukoll l-istandards ambjentali xierqa. |
(41) |
Ir-Regolament għandu jipprovdi għall-possibbiltà li jkunu stabbiliti parametri għal metodi ta’ pproċessar rigward il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni għal prodotti sekondarji tal-annimali, b’mod partikolari għall-metodi li bħalissa qed jissejħu metodi 2 sa 7 skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
(42) |
Il-qxur minn frott tal-baħar li minnu tneħħew it-tessuti rotob jew il-laħam, għandu jiġi eskluż mill-ambitu tar-Regolament. Minħabba d-diversi forom ta’ prattika fil-Komunità rigward it-tneħħija ta’ dawn it-tessuti rotob jew il-laħam mill-qxur, għandu jkun possibbli li jintuża qxur li minnu ma tneħħewx kompletament it-tessuti rotob jew il-laħam, sakemm dan l-użu ma jwassalx għal riskju li jinħoloq għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Gwidi nazzjonali għal prattika tajba jistgħu jgħinu fit-tixrid tal-għarfien rigward il-kondizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dawn il-prodotti. |
(43) |
Fid-dawl tar-riskju limitat għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jinħoloq minn dawn il-prodotti, l-awtorità kompetenti għandha tkun kapaċi tawtorizza l-preparazzjoni u l-applikazzjoni fuq l-art ta’ preparati bijodinamiċi, fuq il-bażi ta’ materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (21). |
(44) |
It-teknoloġiji ġodda li qed jiġu żviluppati joffru metodi vantaġġużi biex tiġi ġġenerata l-enerġija fuq il-bażi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew biex jiġi pprovdut ir-rimi sikur ta’ prodotti bħal dawn. Ir-rimi sikur jista’ jseħħ permezz ta’ kombinazzjoni ta’ metodi għaż-żamma sikura ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fuq il-post b’metodi ta’ rimi stabbiliti, u b’kombinazzjoni ta’ parametri ta’ pproċessar awtorizzati bi standards ġodda li jkollhom evalwazzjoni pożittiva. Biex jitqies il-progress relatat fix-xjenza u t-teknoloġija, teknoloġiji bħal dawn għandhom jiġu awtorizzati bħala metodi alternattivi għar-rimi jew l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fil-Komunità kollha. Jekk jiġi żviluppat proċess teknoloġiku minn individwu, l-applikazzjoni kkontrollata mill-awtorità kompetenti għandha tiġi eżaminata mill-AESI qabel ma tingħata din l-awtorizzazzjoni, biex jiġi żgurat it-twettiq ta’ evalwazzjoni tal-potenzjal ta’ tnaqqis tar-riskju tal-proċess u biex jiġi żgurat li jinżammu d-drittijiet tal-individwi, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummarċjali. Sabiex jiġi pprovdut parir lill-applikanti, għandu jiġi adottat format standard għall-applikazzjoni. Peress li dan id-dokument għandu biss skop indikattiv, għandu jiġi adottat permezz tal-proċedura konsultattiva f’kollaborazzjoni mal-AESI. |
(45) |
Huwa xieraq li jiġu ċċarati r-rekwiżiti applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati maħsuba għal għanijiet ta’ għalf u ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija, biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-katina tal-ikel u l-għalf. Il-materjal tal-Kategorija 3 biss għandu jintuża għal għanijiet ta’ għalf għall-annimali mrobbija fl-irziezet għajr l-annimali bil-pil. Il-fertilizzanti prodotti fuq il-bażi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf. Meta jiġu mmanifatturati minn ikel ta’ laħam u għadam derivat minn materjal tal-Kategorija 2 jew minn proteini tal-annimali pproċessati, għandu jiġi miżjud komponent bħal sustanza inorganika jew mhux diġeribbli biex jiġi evitat l-użu dirett tagħhom għal għanijiet ta’ għalf. Dan it-taħlit m’għadux ikun meħtieġ jekk il-kompożizzjoni jew l-imballaġġ tal-prodotti, b’mod partikolari tal-prodotti ddestinati għall-użu mill-konsumatur finali, jimpedixxu l-użu ħażin tal-prodott għal finijiet ta’ tagħlif. Fid-determinazzjoni tal-komponenti, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi differenti rigward il-klima u l-ħamrija u l-objettiv għall-użu ta’ fertilizzanti partikolari. |
(46) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1523/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni lejn, jew l-esportazzjoni mill-Komunità ta’ pil tal-qtates u tal-klieb u ta’ prodotti li fihom pil bħal dan (22) jistabbilixxi projbizzjoni ġenerali fuq it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ pil tal-qtates u tal-klieb u prodotti li fihom pil bħal dan. Madankollu, din il-projbizzjoni ma għandhiex taffettwa l-obbligu skont dan ir-Regolament għar-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn qtates u klieb, inkluż il-pil. |
(47) |
Il-promozzjoni tax-xjenza u r-riċerka u ta’ attivitajiet artistiċi jeħtieġu l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati tal-kategoriji kollha, xi kultant fi kwantitajiet inferjuri għall-iskala tal-iskambji kummerċjali. Biex jiġu ffaċilitati l-importazzjoni u l-użu ta’ dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati, l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-possibbiltà li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal dawn l-operazzjonijiet każ b’każ. Għandhom jiġu stipulati kondizzjonijiet armonizzati fejn tkun meħtieġa azzjoni fil-livell Komunitarju. |
(48) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fih dispożizzjonijiet dettaljati li jippermettu, permezz ta’ deroga, li materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 jintużaw bħala għalf għal annimali żooloġiċi. F’dan ir-Regolament għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet simili u t-tagħlif ta’ ċertu materjal tal-Kategorija 1 għandu jkun permess u kkomplementati bil-possibbiltà li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jikkontrollaw kull riskju possibbli li jinħoloq għas-saħħa pubblika u tal-annimali. |
(49) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippermetti li materjal tal-Kategorija 1 jintuża bħala għalf għal speċijiet fil-periklu jew protetti ta’ għasafar nekrofaġi u speċijiet oħrajn li jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom, għall-promozzjoni tal-bijodiversità. Biex tiġi pprovduta għodda xierqa għall-preservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi, din il-prassi ta’ għalf għandha tibqa’ permessa skont dan ir-Regolament, b’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati biex jipprevjenu t-tixrid tal-mard. Fl-istess ħin għandhom jiġu stipulati kondizzjonijiet tas-saħħa fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jippermettu l-użu ta’ dan il-materjal tal-Kategorija 1 għal finijiet ta’ tagħlif f’sistemi ta’ mergħat estensivi u bħala tagħlif għal speċijiet karnivori oħrajn, bħall-orsijiet u l-ilpup. Huwa importanti li dawn il-kondizzjoniet tas-saħħa jqisu x-xejriet tal-konsum naturali tal-ispeċijiet ikkonċernati kif ukoll l-objettivi tal-Komunità għall-promozzjoni tal-bijodiversità kif imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2006 intitolata “It-Twaqqif tat-Telf tal-Bijodiversità sal-2010 – u lil hinn”. |
(50) |
Id-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, b’mod partikolari ta’ annimali mejtin jistgħu jiġu ġġustifikati f’sitwazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari f’żoni remoti, jew f’sitwazzjonijiet ta’ kontroll ta’ mard li jeħtieġu r-rimi immedjat tal-annimali maqtula bħala miżura biex tkun ikkontrollata t-tifqigħa ta’ mard serju li jittieħed. B’mod partikolari, ir-rimi fuq il-post għandu jkun permess taħt ċirkostanzi speċjali, minħabba li l-kapaċità disponibbli ta’ pproċessar jew inċinerazzjoni f’reġjun jew fi Stat Membru tista’ tkun fattur li jillimita l-kontroll ta’ marda. |
(51) |
Id-deroga attwali dwar id-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għandha tiġi estiża għal oqsma fejn l-aċċess mhuwiex prattikament possibbli jew jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal responsabbli għall-ġbir. L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u bid-diżstri naturali bħan-nirien tal-foresti u l-għargħar f’ċerti Stati Membri wriet li taħt ċirkustanzi eċċezzjonali bħal dawn, ir-rimi permezz ta’ dfin jew ħruq fuq il-post jista’ jkun iġġustifikat biex jiġi żgurat ir-rimi fil-pront tal-annimali u tiġi evitata l-propagazzjoni ta’ riskji ta’ mard. Id-daqs globali ta’ żoni remoti fi Stat Membru għandu jkun limitat, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 biex jiġi żgurat li l-obbligu ġenerali li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ rimi xierqa li tikkonforma mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament huwa ssodisfat. |
(52) |
Ċerti stabbilimenti jew impjanti li jimmaniġġaw biss kwantitajiet żgħar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li ma joħolqux riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali għandhom jitħallew jarmu dawn il-prodotti sekondarji b’mezzi oħra għajr ir-rimi skont dan ir-Regolament, taħt superviżjoni uffiċjali. Madankollu, il-kriterji għal tali ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom jiġu stipulati fil-livell Komunitarju, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni reali ta’ ċerti setturi u d-disponibbiltà ta’ sistemi ta’ rimi oħrajn f’ċerti Stati Membri. |
(53) |
L-istrateġiji possibbli ta’ azzjoni li jistgħu jiġu adottati mill-awtorità kompetenti waqt li twettaq il-kontrolli uffiċjali għandhom jiġu speċifikati biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, b’mod partikolari rigward is-sospensjoni jew il-projbizzjoni permanenti tal-operazzjonijiet jew l-impożizzjoni ta’ kondizzjonijiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu fil-qafas tal-pjanijiet ta’ kontroll multiannwali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali (23). |
(54) |
Biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jistgħu jikkontrollaw il-kwantità ta’ materjal li jiġi introdott għar-rimi fit-territorju tagħhom, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza r-riċezzjoni ta’ tali materjal fit-territorju tagħha. |
(55) |
Jistgħu jiġu imposti sterlizzazzjoni bi pressjoni u kondizzjonijiet awżiljarji ta’ trasport biex jiġi żgurat il-kontroll ta’ riskji possibbli. Biex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jikkontrollaw id-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, is-sistema Traces introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (24) għandha tintuża biex tipprovdi tagħrif dwar id-dispaċċ tal-materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 u ikel ta’ laħam u għadam u xaħam tal-annimali derivati minn materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2, kif ukoll il-proteini tal-annimali pproċessati miksuba minn materjal tal-Kategorija 3. Fir-rigward ta’ materjali li normalment jintbagħtu fi kwantitajiet żgħar għal użu ta’ riċerka, edukazzjoni, arti jew dijanjożi għandhom jiġu stipulati kondizzjonijiet speċjali biex jiġi ffaċilitat il-moviment ta’ dan il-materjali fil-Komunità. F’ċirkostanzi speċjali, għandhom jiġu permessi arranġamenti bilaterali li jiffaċilitaw il-kontroll ta’ materjal li jiċċaqlaq bejn l-Istati Membri bi fruntiera komuni. |
(56) |
Biex jiġi ffaċilitat it-trasport ta’ kunsinni li jgħaddi minn pajjiżi terzi li jkunu ġirien ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, għandha tiġi introdotta sistema speċjali għad-dispaċċ ta’ kunsinni mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed għal ieħor li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz biex ikun żgurat, b’mod partikolari, li kunsinni li jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Komunità jkunu suġġetti għal kontrolli veterinarji skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kontrolli veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (25). |
(57) |
Għal raġunijiet ta’ koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, hemm bżonn li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iskart. B’mod partikolari, il-konsistenza għandha tiġi żgurata permezz ta’ projbizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-iskart stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (26). Biex jiġu evitati l-effetti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-ambjent, għandha tiġi pprojbita l-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ddestinati għar-rimi permezz ta’ inċinerazzjoni u landfill. L-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għandha tiġi evitata wkoll meta l-objettiv ikun li jintużaw f’impjant tal-bijogass jew tal-kompost f’pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomiku u l-Iżvilupp (OECD), biex jiġu evitati l-impatti ambjentali potenzjalment negattivi u r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Meta tapplika d-dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-projbizzjoni tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni hi obbligata tirrispetta bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet tagħha l-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu, kif konkluż f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE (27), u l-emenda għal din il-Konvenzjoni stipulata fid-Deċiżjoni III/1 tal-Konferenza tal-Partijiet, kif approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjonij tal-Kunsill 97/640/KE (28), u implimentati bir-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
(58) |
Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li prodotti sekondarji tal-annimali mħallta jew ikkontaminati bi skart perikoluż, kif elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar l-iskart perikoluż (29) jiġu importati, esportati jew mibgħuta biss bejn l-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Jeħtieġ ukoll li jiġu stipulati regoli dwar id-dispaċċ ta’ materjal bħal dan fi Stat Membru. |
(59) |
Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ twettaq kontrolli fl-Istati Membri. Il-kontrolli tal-Komunità f’pajjiżi terzi għandhom jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(60) |
L-importazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati fil-Komunità u t-transitu ta’ materjal bħal dan għandhom isiru skont ir-regoli li huma stretti għall-inqas daqs dawk applikabbli fil-Komunità. Alternattivament, ir-regoli applikabbli għal prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati f’pajjiżi terzi jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għar-regoli stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Minħabba r-riskju potenzjali marbut magħhom, għandu jkun applikabbli sett simplifikat ta’ regoli dwar l-importazzjoni għal prodotti li huma maħsuba għal użu barra mill-katina tal-għalf. |
(61) |
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-manifattura ta’ prodotti derivati maħsuba għal użu bħala prodotti kożmetiċi, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku tinkludi qafas komprensiv għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bħal dawn: Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ prodotti kożmetiċi (30), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju relatat ma’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem (31), id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju relatat ma’ prodotti mediċinali veterinarji (32), id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ tagħmir mediku attiv li jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem (33), id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar it-tagħmir mediku (34) u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar tagħmir mediku dijanjostiku in vitro (35) (“id-Direttivi speċifiċi”). Madankollu, id-Direttivi speċifiċi dwar il-prodotti kożmetiċi u t-tagħmir mediku ma jipprovdux għall-ħarsien kontra r-riskji għas-saħħa tal-annimali. F’każijiet bħal dawn, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawn ir-riskji u għandu jkun possibbli l-użu ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
(62) |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati li huma fornuti bħala materjal jew ingredjenti għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti derivati għandhom ikunu suġġetti wkoll għar-rekwiżiti tad-Direttivi speċifiċi, safejn dawn jistabbilixxu regoli għall-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Dawn id-Direttivi speċifiċi diġà jirregolaw il-materjal tal-bidu li ġej mill-annimali u li jista’ jintuża għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija u jimponu ċerti kondizzjonijiet biex jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali. B’mod partikolari, id-Direttiva 76/768/KEE teskludi l-materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 bħala parti mill-kompożizzjoni ta’ prodott kożmetiku u tobbliga lill-manifatturi biex japplikaw prassi tajba ta’ manifattura. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE (36) tintroduċi speċifikazzjonijiet dettaljati fir-rigward ta’ tagħmir mediku mmanifatturat bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali. |
(63) |
Madankollu, fejn dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux għadhom ġew stipulati fid-Direttivi speċifiċi jew fejn ma jkoprux ċerti riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali, għandu japplika dan ir-Regolament u għandu jkun possibbli li jittieħdu miżuri ta’ salvagwardja f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
(64) |
Ċerti prodotti derivati ma jidħlux fil-katina tal-għalf jew mhumiex applikati fuq raba’ fejn jirgħu l-annimali mrobbija fl-irziezet jew li minnu jinqatgħu ħxejjex erbaċej għall-għalf. Dawn il-prodotti derivati jinkludu prodotti għal użi tekniċi, bħal ġlud ittrattati għall-produzzjoni tal-ġilda, suf ipproċessat għall-industrija tat-tessuti, prodotti tal-għadam għall-kolla u materjal ipproċessat maħsub għall-ikel tal-annimali domestiċi. L-operaturi għandhom jitħallew iqiegħdu dawn il-prodotti fis-suq sakemm dawn ikunu jew derivati minn materja prima li ma teħtieġ l-ebda trattament jew it-trattament jew l-użu aħħari tal-materjal trattat ikun jiżgura kontroll xieraq tar-riskji. |
(65) |
Ċerti nuqqasijiet fil-konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 dehru f’għadd ta’ Stati Membri. Għal din ir-raġuni, barra mill-infurzar strett ta’ dawn ir-regoli, jinħtieġu sanzjonijiet kriminali u oħrajn ta’ tip ieħor kontra operaturi li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-regoli. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament. |
(66) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stipulati regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom sabiex jiġu evitati u mminimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti, u b’mod partikolari, biex titħares is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(67) |
Biex ikun hemm aktar ċertezza legali u fid-dawl tal-għan ġenerali tal-Kummissjoni li tissemplifika l-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandu jiġi stabbilit qafas koerenti ta’ regoli f’dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, kif ukoll l-esperjenza miksuba u l-progress magħmul mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandu jiġi revokat u sostitwit minn dan ir-Regolament. |
(68) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (37). |
(69) |
Biex ikun hemm aktar koerenza u ċarezza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, ir-regoli tekniċi dwar operazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu prodotti sekondarji tal-annimali, li attwalment huma stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, kif ukoll fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adotatti mill-Kummissjoni abbażi ta’ dak ir-Regolament (38), għandhom jiġu stabbiliti f’atti separati ta’ implimentazzjoni. Konsultazzjonijiet u tagħrif ta’ konsumaturi u ambjenti soċjo-professjonali li għandhom interess fi kwistjonijiet marbuta ma’ dan ir-Regolament għandhom isiru skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE tas-6 ta’ Awwissu 2004 dwar il-ħolqien ta’ grupp ta’ konsultazzjoni dwar il-katina tal-ikel u s-saħħa tal-annimali u l-pjanti (39). |
(70) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta regoli għall-modifika tal-punt aħħari fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti prodotti derivati u biex jiġi stabbilit dan il-punt aħħari għal ċerti prodotti derivati oħrajn fir-rigward ta’ mard serju li jittieħed u li fil-preżenza tiegħu d-dispaċċ tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati m’għandux ikun permess u/jew fir-rigward tal-kondizzjonijiet li jippermettu dan id-dispaċċ; miżuri li jbiddlu l-kategorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom, miżuri fir-rigward ta’ restrizzjonijiet tal-użu u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, miżuri li jistipulaw kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ ċerti derogi dwar l-użu, il-ġbir u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom, kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom u miżuri għall-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut ta’ metodu alternattiv partikolari għall-użu u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom. |
(71) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta regoli iktar speċifiċi fir-rigward tal-ġbir u t-trasport tal-prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom, l-infrastruttura, it-tagħmir u r-rekwiżiti tal-iġjene għall-istabbilimenti u impjanti u l-istabbilimenti li jimmaniġġaw il-prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom, il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-immaniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom, inkluża l-evidenza li għandha tiġi ppreżentata bl-iskop li jiġi vvalidat dan it-trattament, kondizzjonijiet għall-importazzjoni, it-transitu u l-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom, arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali, inklużi regoli dwar il-metodi ta’ referenza għal analiżijiet mikrobijoloġiċi kif ukoll kondizzjonijiet għall-kontroll tad-dispaċċ ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bejn l-Istati Membri. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(72) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolamentari bi skrutinju għandhom jitqassru għall-adozzjoni ta’ miżuri li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għad-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn azjendi, impjanti jew żoni ristretti. Minħabba raġunijiet ta’ urġenza, huwa neċessarju li tiġi applikata l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 5(a) (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri li jimmodifikaw il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti prodotti, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet komuni
Taqsima 1
Suġġett, ambitu u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom, biex jiġu milqugħa minn qabel u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti, u b’mod partikolari biex titħares is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
(a) |
prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom li huma esklużi mill-konsum mill-bniedem taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja; u |
(b) |
il-prodotti segwenti li skont deċiżjoni minn operatur, li għandha tkun irriversibbli, ikunu destinati għal għanijiet oħra għajr għall-konsum mill-bniedem:
|
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika sekondarji li ġejjin mill-annimali:
(a) |
ġisem sħiħ jew partijiet ta’ annimali salvaġġi, għajr annimali tal-kaċċa selvaġġi, li ma hemmx suspett li jkunu infettati jew affettwati b’mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali, għajr għal annimali tal-ilma mistada għal għanijiet kummerċjali; |
(b) |
iġsma sħaħ jew partijiet ta’ annimali tal-kaċċa selvaġġi li ma jinġabrux wara li jinqatlu, skont prattika ta’ kaċċa tajba, bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(c) |
prodotti sekondarji li ġejjin mill-kaċċa salvaġġa u mil-laħam tal-kaċċa salvaġġa msemmija fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(d) |
ooċiti, embrijuni u semen maħsuba għall-għanijiet ta’ tgħammir; |
(e) |
ħalib mhux ipproċessat, kolostru u prodotti li ġejjin minnhom li jinkisbu, jinżammu, jintremew jew jintużaw fir-razzett ta’ oriġini; |
(f) |
qxur mill-frott tal-baħar bit-tessut artab tiegħu u laħmu mneħħi; |
(g) |
skart mill-catering, għajr jekk:
|
(h) |
mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent tal-Komunità, materjal minn vapuri b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, li jkun irriżulta matul l-operazzjonijiet ta’ sajd tagħhom u li jintrema fil-baħar, għajr materjal li jkun ġej mit-tneħħija tal-imsaren tal-ħut abbord li juri sinjali ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin, inklużi l-parassiti; |
(i) |
ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi minn ħwienet li jbiegħu bl-imnut, fejn jitqatta’ u jinħażen biss biex jiġi pprovdut direttament lill-konsumatur fuq il-post; |
(j) |
ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi minn annimali li jinqatlu fir-razzett ta’ oriġini għal konsum domestiku privat; u |
(k) |
ħmieġ korporali u awrina għajr id-demel u l-gwanu mhux mineralizzat. |
3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità li għandha bħala l-għan tagħha l-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“prodotti sekondarji mill-annimali” tfisser iġsma jew partijiet ta’ annimali, jew prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi ooċiti, embrijuni u semen; |
(2) |
“prodotti derivati” tfisser prodotti miksuba minn trattament, trasformazzjoni jew grad ta’ ipproċessar wieħed jew aktar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali; |
(3) |
“prodotti li oriġinaw mill-annimali” tfisser prodotti li joriġinaw mill-annimali kif definit fil-punt 8.1. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(4) |
“karkassa” tfisser karkassa kif definita fil-punt 1(9) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(5) |
“annimal” tfisser kull annimal invertebru jew vertebru; |
(6) |
“annimali tat-trobbija” tfisser:
|
(7) |
“annimal salvaġġ” tfisser kull annimal mhux miżmum mill-bnedmin; |
(8) |
“annimal domestiku” tfisser kull annimal li jaqa’ taħt speċi li tiġi normalment mitmugħa u miżmuma imma mhux ikkunsmata, mill-bnedmin għal għanijiet li mhumiex dawk ta’ trobbija f’razzett; |
(9) |
“annimali akkwatiċi” tfisser annimali akkwatiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2006/88/KE; |
(10) |
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti fl-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew kull awtorità li lilha tkun ġiet iddelegata din il-kompetenza; tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta’ pajjiż terz; |
(11) |
“operatur” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom taħt il-kontroll attwali tagħhom prodott sekondarju li ġej mill-annimali jew prodott derivat, inklużi t-trasportaturi, l-kummerċjanti u l-utenti; |
(12) |
“utent” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw il-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għal skopijiet ta’ tagħlif speċjali, għar-riċerka jew għal skopijiet speċifiċi oħrajn; |
(13) |
“stabbiliment” jew “impjant” tfisser kwalunkwe post fejn titwettaq operazzjoni li tinvolvi l-immaniġġar tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għajr il-bastimenti tas-sajd; |
(14) |
“tqegħid fis-suq” tfisser kull operazzjoni li l-għan tagħha huwa li jinbiegħu prodotti mill-annimali jew prodotti derivati lil parti terza fil-Komunità jew kull forma oħra ta’ forniment bi ħlas jew mingħajru lil tali parti terza jew ħażna bil-ħsieb li tiġi fornuta din il-parti terza; |
(15) |
“transitu” tfisser moviment minn ġewwa l-Komunità mit-territorju ta’ pajjiż terz lejn it-territorju ta’ pajjiż terz ieħor, għajr bil-baħar jew bl-ajru; |
(16) |
“esportazzjoni” tfisser moviment mill-Komunità lejn pajjiż terz; |
(17) |
“enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)” tfisser l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli kollha kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(18) |
“materjal speċifiku ta’ riskju” tfisser materjal speċifiku ta’ riskju kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(19) |
“sterilizzazzjoni bil-pressjoni” tfisser l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, wara tnaqqis fid-daqs tal-partiċella għal mhux iktar minn 50 mm, għal temperatura fil-qalba ta’ aktar minn 133 °C għal mhux inqas minn 20 minuta mingħajr waqfien bi pressjoni assoluta ta’ mhux inqas minn 3 bar; |
(20) |
“demel” tfisser kull ħmieġ u/jew urina ta’ annimali tat-trobbija, barra l-ħut tat-trobbija, flimkien mal-materjal li jintuża għall-mifrex jew mingħajru |
(21) |
“radam awtorizzat” tfisser radam li għalih nħareġ permess skont id-Direttiva 1999/31/KE; |
(22) |
“fertilizzant organiku” u “prodott li jtejjeb il-ħamrija” jfissru materjali li joriġinaw mill-annimali użati biex iżommu jew itejbu n-nutriment tal-pjanti u l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-attivitajiet bijoloġiċi tal-ħamrija, jew separatament jew flimkien; jistgħu jinkludu demel, gwanu mhux mineralizzat, kontenut tas-sistema diġestiva, kompost u residwi tad-diġestjoni; |
(23) |
“żona remota” tfisser żona fejn il-popolazzjoni tal-annimali tant hija żgħira, u fejn l-istabbilimenti jew l-impjanti ta’ rimi huma tant ‘il bogħod li l-arranġamenti meħtieġa għall-ġbir u t-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jkunu onerużi b’mod mhux aċċettabbli meta mqabbla ma’ rimi lokali; |
(24) |
“ikel” jew “materjal li jista’ jintuża bħala ikel” tfisser ikel jew materjal li jista’ jintuża bħala ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(25) |
“għalf” jew “materjal li jista’ jintuża bħala għalf” tfisser għalf jew materjal li jista’ jintuża bħala għalf kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(26) |
“ħama taċ-ċentrifugi jew tas-separaturi” tfisser materjal li jinkiseb bħala prodott sekondarju wara l-purifikazzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u s-sparazzjoni tal-ħalib xkumat u l-krema mill-ħalib mhux ipproċessat; |
(27) |
“skart” tfisser skart kif definit fil-, punt 1 tal-Artikolu 3tad-Direttiva 2008/98/KE. |
Taqsima 2
Obbligi
Artikolu 4
Punt tat-tluq fil-katina tal-manifattura u obbligi
1. Malli l-operaturi jiġġeneraw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jidentifikawhom u jiżguraw li jindirizzawhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament. (il-punt tat-tluq).
2. L-operaturi, waqt l-istadji kollha ta’ ġbir, transport, immaniġġar, trattament, trasformazzjoni, ipproċessar, ħażna, tqegħid fis-suq, distribuzzjoni, użu u rimi fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivverifikaw li r-rekwiżiti relevanti ta’ dan ir-Regolament huma ssodisfati mill-operaturi flimkien mal-katina sħiħa tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati minnhom kif imsemmi fil-paragrafu 2. Għal dan il-għan, għandhom iżommu sistema ta’ kontrolli uffiċjali f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom sistema xierqa stabbilita fit-territorju tagħhom biex jiġi żgurat li l-prodotti sekondarji mill-annimali:
(a) |
jinġabru, jiġu identifikati u ttrasportati mingħajr dewmien bla bżonn; u |
(b) |
jiġu ttrattati, użati jew mormija skont dan ir-Regolament. |
5. L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 4 f’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi.
Artikolu 5
Il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura
1. Il-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 33 li jkunu laħqu l-istadju ta’ manifattura regolat bil-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija f’dak l-Artikolu għandhom jitqiesu li laħqu l-punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li warajh ma jibqgħux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Sussegwentement, dawn il-prodotti derivati jistgħu jitqiegħdu fis-suq bla restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament u m’għandhomx jibqgħu suġġetti għal kontrolli uffiċjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jista’ jiġi modifikat:
(a) |
għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 33(a) sa (d), f’każ ta’ riskji għas-saħħa tal-annimali; |
(b) |
għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 33(e) sa (f), f’każ ta’ riskji għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali; |
Dawn il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċeduri regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(6).
2. Fir-rigward tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 35 u 36 li ma jkunux għadhom ta’ riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, jista’ jiġi determinat punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li warajh ma jibqgħux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Sussegwentement, dawn il-prodotti derivati jistgħu jitqiegħdu fis-suq bla restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament u m’għandhomx jibqgħu suġġetti għal kontrolli uffiċjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(5).
3. Fil-każ ta’ riskji għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar miżuri ta’ emerġenza għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33 u 36 ta’ dan ir-Regolament.
Taqsima 3
Restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali
Artikolu 6
Restrizzjonijiet ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali
1. Il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati minn speċijiet suxxettibbli ma għandhomx jintbagħtu minn azjendi, stabbilimenti, impjanti jew żoni li huma suġġetti għal restrizzjonijiet
(a) |
skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità; jew |
(b) |
minħabba l-preżenza ta’ marda serja li tittieħed:
|
Il-miżuri msemmija fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 52(4).
2. Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika fejn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati jintbagħtu skont kondizzjonijiet imfassla biex jintlaqa’ minn qabel it-tixrid ta’ mard li jittieħed fost il-bnedmin jew l-annimali.
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(5).
Taqsima 4
Kategorizzazzjoni
Artikolu 7
Kategorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati
1. Il-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu kkategorizzati f’kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġej minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, skont il-listi stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.
2. Il-prodotti derivati għandhom ikun suġġetti għar-regoli għall-kategorija speċifika ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li minnhom ikunu derivati, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, jew previsti permezz ta’ miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti derivati mhumiex suġġetti għal dawk ir-regoli adottati mill-Kummissjoni.
3. L-Artikoli 8, 9 u 10 jistgħu jiġu emendati biex jitqies il-progress xjentifiku fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-livell ta’ riskju, sakemm dan il-progress ikun jista’ jiġi identifikat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-istituzzjoni xjentifika xierqa. Madankollu, l-ebda prodotti sekondarji tal-annimali elenkati f’dawk l-Artikoli ma jistgħu jitneħħew mil-lista, iżda jistgħu jsiru biss bidliet tal-kategorizzazzjoni jew addizzjonijiet.
4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 52(4).
Artikolu 8
Materjal tal-Kategorija 1
Il-materjal tal-Kategorija 1 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:
(a) |
iġsma sħaħ u l-partijiet kollha tal-ġisem, inklużi l-ġlud, tal-animali li ġejjin:
|
(b) |
il-materjal li ġej:
|
(c) |
prodotti sekondarji tal-annimali derivati minn annimali li ġew sottomessi għal trattament illegali kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 96/22/KE jew l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/23/KE; |
(d) |
prodotti sekondarji tal-annimali li jkun fihom residwi ta’ sustanzi oħrajn u kontaminanti ambjentali elenkati fil-Grupp B(3) tal-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, jekk dawn ir-residwi jaqbżu l-livell permess stipulat bil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew, fin-nuqqas ta’ dan, bil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
(e) |
prodotti sekondarji tal-annimali miġbura matul it-trattament tal-ilma tal-iskart kif meħtieġ bir-regoli implimentattivi adottati taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27:
|
(f) |
skart mill-catering minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment; |
(g) |
taħlita ta’ materjal tal-Kategorija 1 jew ma’ materjal tal-Kategorija 2 jew materjal tal-Kategorija 3 jew mat-tnejn li huma. |
Artikolu 9
Materjal tal-Kategorija 2
Il-materjal tal-Kategorija 2 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:
(a) |
demel, gwanu mhux mineralizzat u kontenut tas-sistema diġestiva; |
(b) |
prodotti sekondarji tal-annimali miġbura matul it-trattament tal-ilma tal-iskart kif meħtieġ bir-regoli implimentattivi adottati taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27:
|
(c) |
prodotti sekondarji tal-annimali li fihom residwi ta’ sustanzi jew kontaminanti awtorizzati li jaqbżu l-livelli permessi kif imsemmi fl-Artiikolu 15(3) tad-Direttiva 96/23/KE; |
(d) |
prodotti li ġejjin mill-annimali li ġew dikjarati mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem minħabba l-preżenza ta’ residwi fiżiċi f’dawn il-prodotti; |
(e) |
prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex materjal tal-Kategorija 1, li jkunu:
|
(f) |
annimali u partijiet ta’ annimali, għajr għal dawk imsemmija fl-Artikolu 8 jew fl-Artikolu 10,
|
(g) |
taħlitiet ta’ materjal tal-Kategorija 2 u materjal tal-Kategorija 3; |
(h) |
prodotti sekondarji mill-annimali għajr materjal tal-Kategorija 1 jew materjal tal-Kategorija 3. |
Artikolu 10
Materjal tal-Kategorija 3
Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:
(a) |
karkassi u partijiet minn annimali maqtula jew, fil-każ ta’ kaċċa, iġsma jew partijiet minn annimali maqtula, u li huma xierqa għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja, iżda mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali; |
(b) |
karkassi u l-partijiet li ġejjin li joriġinaw jew minn annimali maqtula f’biċċerija u kkunsidrati xierqa għal-qtil għall-konsum mill-bniedem wara ispezzjoni ante-mortem jew iġsma u l-partijiet li ġejjin ta’ annimali minn kaċċa maqtula għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja:
|
(c) |
prodotti sekondarji mit-tjur u l-lagomorfi maqtula fl-irziezet kif imsemmi fl-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ma urew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-bniedem jew mill-annimali; |
(d) |
demm ta’ annimali li ma jkun wera ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mid-demm minn bnedmin jew annimali miksub mill-annimali li ġejjin li nqatlu f’biċċerija wara li tqiesu xierqa għall-qtil għall-konsum mill-bniedem wara ispezzjoni ante-mortem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja:
|
(e) |
prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-annimali derivati mill-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem inkluż għadam bix-xaħam imneħħi, qasab tas-saqajn u ħama taċ-ċentrifugi jew tas-separaturi mill-ipproċessar tal-ħalib; |
(f) |
prodotti li joriġinaw mill-annimali, jew oġġetti tal-ikel li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, li m’għadhomx maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti ta’ fabbrikazzjoni jew pakkeġġjar jew difetti oħra li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin jew l-annimali; |
(g) |
għalf tal-annimali domestiċi u materjal li jista’ jintuża bħala għalf li joriġinaw mill-annimali, jew materjal li jista’ jintuża bħala għalf li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, li m’għadhomx maħsuba għall-għalf minħabba raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti ta’ fabbrikazzjoni jew pakkeġġjar jew difetti oħra li ma joħolqux riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali; |
(h) |
demm, plaċenta, suf, rix, xagħar, qrun, biċċiet ta’ qawqab u ħalib mhux ipproċessat li ġej minn annimali ħajjin li ma urew ebda sinjal ta’ xi mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali permezz ta’ dan il-prodott; |
(i) |
annimali akkwatiċi, u partijiet minn dawn l-annimali, għajr għall-mammali tal-baħar, li ma urew ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali; |
(j) |
prodotti sekondarji minn annimali akkwatiċi li joriġinaw minn stabbilimenti jew impjanti li jimmanifatturaw prodotti għall-konsum mill-bniedem; |
(k) |
il-materjal li ġej li joriġina mill-annimali li ma jkun wera ebda sinjal ta’ mard li jittieħed minn dan il-materjal minn bnedmin jew annimali:
|
(l) |
invertebrati akkwatiċi u tal-art għajr għal speċi patoġeniċi għal bnedmin jew annimali; |
(m) |
annimali u partijiet minnhom tal-ordnijiet żooloġiċi Rodentia u Lagomorpha, għajr materjal tal-Kategorija 1 kif imsemmi fl-Artikolu 8(a)(iii) sa (v) u materjal tal-Kategorija 2 kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) sa (g); |
(n) |
ġlud, qawqab, rix, suf, qrun, xagħar u pil li joriġinaw minn annimali mejtin li ma wrewx sinjali ta’ xi marda li tittieħed permezz ta’ dan il-prodott mill-bnedmin jew mill-annimali, għajr dawk imsemmija fil-punt (b); |
(o) |
tessut xaħmi minn annimali li ma wrew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed permezz ta’ dak il-materjal mill-bnedmin jew mill-annimali, li nqatlu f’biċċerija u li tqiesu xierqa għall-qtil għall-konsum mill-bniedem wara ispezzjoni ante-mortem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja; |
(p) |
skart mill-catering għajr kif imsemmi fl-Artikolu 8(f). |
KAPITOLU II
Rimi u użu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati
Taqsima 1
Restrizzjonijiet dwar l-użu
Artikolu 11
Restrizzjonijiet dwar l-użu
1. L-użi li ġejjin ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati għandhom ikunu pprojbiti:
(a) |
it-tmigħ ta’ annimali terrestri ta’ speċi partikolari għajr l-annimali bil-pil bi proteina pproċessata mill-annimali derivata minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali tal-istess speċi; |
(b) |
it-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija għajr għal annimali tal-pil bi skart mill-catering jew materjal tal-għalf li fih jew huwa derivat minn skart mill-catering; |
(c) |
it-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija bi ħxejjex, jew direttament meta jirgħu jew bit-tmigħ ta’ ħxejjex maqtugħa, minn art li fuqha ġew applikati fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, għajr għal demel, sakemm il-qtugħ jew ir-rigħi isir wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ stennija, li jiżgura kontrolli xierqa tar-riskji għas-saħħa tal-bnedmin u l-annimali u jkun mill-inqas ta’ 21 jum; u |
(d) |
it-tmigħ ta’ ħut tat-trobbija bi proteina pproċessata mill-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ ħut tat-trobbija tal-istess speċi. |
2. Jistgħu jiġu stipulati miżuri relatati ma’ dan li ġej:
(a) |
il-verifiki u l-kontrolli li jridu jitwettqu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi metodi u testijiet li jridu jintużaw għall-ivverifikar tal-preżenza ta’ materjal li joriġina minn ċerti speċijiet u limiti massimi għal ammonti insinifikanti tal-proteini pproċessati tal-annimali msemmija fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1 ikkawżati minn kontaminazzjoni fortuwita u teknikament inevitabbli, |
(b) |
il-kondizzjonijiet għat-tmigħ ta’ annimali bil-pil bi proteina pproċessata mill-annimali derivata minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali tal-istess speċi; u |
(c) |
il-kondizzjonijiet għat-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija bi ħxejjex minn art li fuqha ġew applikati fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, b’mod partikolari modifika tal-perjodu ta’ stennija kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1. |
Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Taqsima 2
Rimi u użu
Artikolu 12
Rimi u użu ta’ materjal tal-Kategorija 1
Il-materjal tal-Kategorija 1 għandu:
(a) |
jintrema bħala skart permezz ta’ inċenerazzjoni:
|
(b) |
jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ ko-inċenerazzjoni, jekk il-materjal tal-Kategorija 1 ikun skart:
|
(c) |
fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 1 għajr għal materjal imsemmi fl-Artikolu 8(a)(i) u (ii), jintrema bi proċess ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni, immarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta u rdim f’radam awtorizzat; |
(d) |
fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(f), jintrema billi jiġi mirdum f’radam awtorizzat; |
(e) |
jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan; jew |
(f) |
jintuża għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 34 u 36 u jitqiegħed fis-suq skont dawk l-Artikoli. |
Artikolu 13
Rimi u użu ta’ materjal tal-Kategorija 2
Il-materjal tal-Kategorija 2 għandu:
(a) |
jintrema bħala skart permezz ta’ inċenerazzjoni:
|
(b) |
jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ ko-inċenerazzjoni, jekk il-materjal tal-Kategorija 2 ikun skart:
|
(c) |
jintrema f’radam awtorizzat, wara pproċessar permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta; |
(d) |
jintuża għall-manifattura ta’ fertilizzanti organiċi jew ta’ prodotti li jtejbu l-ħamrija maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq skont l-Artikolu 32 wara pproċessar permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni, meta dan ikun applikabbli, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta; |
(e) |
jiġi ttrasformat f’kompost jew f’bijogass:
|
(f) |
jiġi applikat lill-art mingħajr ipproċessar, fil-każ ta’ demel, il-kontenut tal-apparat ta’ diġestjoni jinfired mill-apparat ta’ diġestjoni, ħalib, prodotti mill-ħalib u kolostrum, li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li huma ta’ riskju għat-tixrid ta’ xi mard serju li jittieħed; |
(g) |
fil-każ ta’ materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi, jitqiegħed f’sili, minnu jsir il-kompost jew li jiġi ttrasformat f’bijogass; |
(h) |
jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b’ipproċessar minn qabel jew minghajr dan; jew |
(i) |
jintuża għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 34 u 36 u jitqiegħed fis-suq skont dawk l-Artikoli. |
Artikolu 14
Rimi u użu ta’ materjal tal-Kategorija 3
Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu:
(a) |
jintrema bħala skart permezz ta’ inċenerazzjoni, b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan; |
(b) |
jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ ko-inċenerazzjoni, b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan, jekk il-materjal tal-Kategorija 1 ikun skart; |
(c) |
jintrema f’radam awtorizzat, wara li jiġi pproċessat; |
(d) |
jiġi pproċessat, ħlief fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 3 li jkun inbidel minħabba dekompożizzjoni jew taħsir b’mod li, permezz ta’ dak il-prodott, jippreżenta riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, u jintuża:
|
(e) |
għall-produzzjoni ta’ għalf mhux ipproċessat għal annimali domestiċi, bil–ħsieb li jitqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 35; |
(f) |
biex jiġi ttrasformat f’kompost jew f’bijogass; |
(g) |
fil-każ ta’ materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi, jitqiegħed f’sili, jiġi ttrasformat f’kompost jew jiġi ttrasformat f’bijogass; |
(h) |
fil-każ ta’ qxur mill-frott tal-baħar, għajr għal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2)(f), u l-qxur tal-bajd, li jintuża skont kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti li jilqgħu minn qabel riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali; |
(i) |
jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan; |
(j) |
jintuża għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 34 u 36 u jitqiegħed fis-suq skont dawk l-Artikoli; |
(k) |
fil-każ tal-iskart mill-catering imsemmi fl-Artikolu 10(p), ipproċessat permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressa jew permezz tal-metodi ta’ proċessar imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jew ittrasformat f’kompost jew f’bijogass; |
(l) |
jiġi applikat lill-art mingħajr ipproċessar, fil-każ ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti derivati minnu, li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li huma ta’ riskju għat-tixrid ta’ kwalunkwe marda li tittieħed permezz ta’ dawk il-prodotti mill-bnedmin jew mill-annimali. |
Artikolu 15
Miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
kondizzjonijiet speċjali għall-immaniġġar u r-rimi abbord ta’ materjali li jkun ġej mit-tneħħija tal-imsaren tal-ħut abbord li juri sinjali ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin, inklużi l-parassiti; |
(b) |
metodi ta’ pproċessar għal prodotti sekondarji tal-annimali ħlief l-isterilizzazzjoni tal-pressjoni fir-rigward tal-parametri li jridu jiġu applikati għal dawk il-metodi ta’ pproċessar, b’mod partikolari l-ħin, it-temperatura, il-pressjoni u d-daqs tal-partikoli; |
(c) |
parametri għat-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, inkluż l-iskart mill-catering, f’bijogass jew kompost; |
(d) |
kondizzjonijiet għall-inċenerazzjoni u l-koinċenerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati; |
(e) |
il-kondizzjonijiet għall-kombustjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati; |
(f) |
kondizzjonijiet għall-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 10(c); |
(g) |
preservazzjoni ta’ materjal li joripina minn annimali akkwatiċi; |
(h) |
markament permanenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali; |
(i) |
l-applikazzjoni fuq l-art ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali, fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija; |
(j) |
l-użu ta’ ċerti prodotti sekondarji bħala għalf għall-annimali fl-irziezet; u |
(k) |
il-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward ta’ ċertu materjal li tqies inaċċettabbli kif imsemmi fl-Artikolu 14(d). |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(4).
2. Sa meta jiġu adottati r-regoli msemmija:
(a) |
fil-punti (c), (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu r-regoli nazzjonali għal:
|
(b) |
fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fih jistgħu jintremew il-baħar, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarja. |
Taqsima 3
Derogi
Artikolu 16
Derogi
B’deroga mill-Artikoli 12, 13 u 14, il-prodotti sekondarji tal-annimali jistgħu:
(a) |
fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1), ikunu trattati u mormija b’konformità mal-kondizzjonijiet speċjali stabbiliti skont dak il-punt; |
(b) |
jintużaw għal riċerka u għanijiet speċifiċi oħra skont l-Artikolu 17; |
(c) |
fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 18, jintużaw għal għanijiet speċjali ta’ tagħlif skont dak l-Artikolu; |
(d) |
fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 19, jintremew skont dak l-Artikolu; |
(e) |
jintremew jew jintużaw b’konformità ma’ metodi alternattivi li ġew awtorizzati b’konformità mal-Artikolu 20, ibbażati fuq il-parametri li jistgħu jinkludu l-isterilizzazzjoni bil-pressa jew rekwiżiti oħra ta’ dan ir-Regolament jew il-miżuri implimentattivi tiegħu; |
(f) |
fil-każ ta’ materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 u jekk dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti, ikunu użati għall-preparazzjoni u l-applikazzjoni fuq l-art ta’ preparati bijodinamiċi kif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; |
(g) |
fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 3 u, jekk dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti, ikunu użati għat-tagħlif ta’ annimali domestiċi; |
(h) |
fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ħlief għal materjal tal-Kategorija 1, li joħorġu fil-kors ta’ interventi kirurġiċi fuq annimali ħajjin jew waqt it-twelid ta’ annimali fl-azjenda u, jekk awtorizzati mill-awtorità kompetenti, jintremew f’dik l-azjenda stess. |
Artikolu 17
Riċerka u għanijiet speċifiċi oħra
1. L-awtorità kompetenti tista’, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 12, 13 u 14, tawtorizza l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għall-eżibizzjonijiet, u għal finijiet dijanjostiċi, edukattivi u ta’ riċerka skont kondizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali.
Kondizzjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu:
(a) |
il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe użu sussegwenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għal finijiet oħrajn; u |
(b) |
l-obbligu li prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jintremew b’mod sikur jew jerġgħu jintbagħtu lejn il-post tal-oriġini tagħhom, jekk ikun il-każ. |
2. F’każ ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali li jitolbu l-adozzjoni ta’ miżuri għat-territorju kollu tal-Komunità, b’mod partikolari fil-każ ta’ riskji emerġenti ġodda, kondizzjonijiet armonizzati għall-importazzjoni u l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu stabbiliti. Kondizzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti rigward il-ħżin, l-imballaġġ, l-identifikazzjoni, it-trasport u r-rimi.
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Artikolu 18
Finijiet ta’ tagħlif speċjali
1. L-awtorità kompetenti tista’, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 13 u 14, tawtorizza, skont kondizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, il-ġbir u l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 2, sakemm jiġi minn annimali li ma nqatlux jew ma mitux b’riżultat tal-preżenza jew preżenza suspettata ta’ marda li tittieħed mill-bnedmin jew l-annimali, u ta’ materjal tal-Kategorija 3 għat-tagħlif lil:
(a) |
annimali żooloġiċi; |
(b) |
annimali taċ-ċirku; |
(c) |
rettili u tjur tal-priża għajr annimali żooloġiċi jew taċ-ċirku; |
(d) |
annimali tal-pil; |
(e) |
annimali selvaġġi; |
(f) |
klieb minn kanili rikonoxxuti jew klieb tal-kaċċa; |
(g) |
klieb u qtates f’kennijiet; |
(h) |
dud u ħniex għal-lixka għas-sajd. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza, b’deroga mill-Artikolu 12, u skont il-kondizzjonijiet stipulati taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:
(a) |
it-tagħlif tal-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(b)(ii) u tal-materjal li ġej minn annimali żooloġiċi għat-tagħlif għal annimali żooloġiċi; u |
(b) |
it-tagħlif tal-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(b)(ii) lill-ispeċijiet ta’ għasafar nekrofaġi li huma fil-periklu ta’ estinzjoni jew protetti u speċijiet oħra li jgħixu fil-ħabitat naturali tagħhom, għall-promozzjoni tal-bijodiversità. |
3. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
il-kondizzjonijiet li bihom il-ġbir u l-użu kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi awtorizzat fir-rigward taċ-ċaqliq, il-ħżin u l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 2 u materjal tal-Kategorija 3 għat-tagħlif, inkluż fil-każ ta’ riskji emerġenti ġodda; u |
(b) |
il-kondizzjonijiet li bihom, f’ċerti każijiet b’deroga mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 21(1), it-tagħlif ta’ materjal tal-Kategorija 1 kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jkun awtorizzati, inkluż:
|
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Artikolu 19
Il-ġbir, it-trasport u r-rimi
1. L-awtorità kompetenti tista’, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 12, 13, 14 u 21, tawtorizza r-rimi:
(a) |
billi jindifnu annimali domestiċi u equidae mejtin; |
(b) |
billi jinħarqu jew jindifnu fuq il-post jew b’mezzi oħrajn taħt superviżjoni uffiċjali li jevitaw it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(a)(v) u 8(b)(ii), materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 f’żoni remoti; |
(c) |
billi jinħarqu jew jindifnu fuq il-post jew b’mezzi oħrajn taħt superviżjoni uffiċjali li jevitaw it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(b)(ii), materjali tal-Kategorija 2, u tal-Kategorija 3 f’żoni fejn l-aċċess huwa prattikament impossibbli jew fejn l-aċċess ikun possibbli biss f’ċirkostanzi, relatati ma’ raġunijiet ġeografiċi jew klimatiċi jew minħabba diżastru naturali, li jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal li jwettaq il-ġbir jew fejn l-aċċess jitlob l-użu ta’ mezzi sproporzjonati ta’ ġbir; |
(d) |
b’mezzi li jinkludu l-ħruq jew id-dfin fuq il-post, taħt superviżjoni uffiċjali, fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 li mhumiex ta’ riskju għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali, meta l-ammonti ta’ materjal ma jkunux iktar minn volum partikolari fil-ġimgħa, tali volum li jkun ikkalkulat f’relazzjoni man-natura tal-attivitajiet imwettqa u l-ispeċji tal-oriġini tal-prodotti sekondarji tal-annimali kkonċernati; |
(e) |
permezz tal-ħruq jew id-dfin fuq il-post, skont kondizzjonijiet li jevitaw it-tixrid tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ħlief materjal tal-Kategorija 1 imsemmija fl-Artikolu 8(a)(i) fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda notifikabbli, jekk it-trasport lejn l-eqreb impjant approvat għall-ipproċessar jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali jżid il-periklu ta’ propagazzjoni ta’ rikji tas-saħħa jew iwassal, f’każ ta’ tifqigħa mifruxa ta’ marda epiżootika, li jkun ifisser li l-kapaċitajiet ta’ rimi f’impjanti bħal dawn ikunu nqabżu; u |
(f) |
billi jinħarqu jew jindifnu fuq il-post, b’kondizzjonijiet li jevitaw it-tixrid tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, tan-naħal u tal-prodotti sekondarji tal-apikultura. |
2. Il-popolazzjoni tal-annimali ta’ speċi partikolari fiż-żoni remoti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 m’għandhiex taqbeż perċentwali massima tal-popolazzjoni tal-annimali ta’ dan l-ispeċi fl-Istat Membru kkonċernat.
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni tagħrif dwar:
(a) |
iż-żoni li jikkategorizzaw bħala żoni remoti għall-fini li japplikaw il-punt (b) tal-paragrafu 1 u r-raġunijiet għal dik il-kategorizzazzjoni, u tagħrif aġġornat li jikkonċerna kwalunkwe bidla għal kategorizzazzjoni bħal din; u |
(b) |
l-użu li jagħmlu mill-awtorizzazzjonijiet stipulati fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 fir-rigward tal-materjal tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2. |
4. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
kondizzjonijiet immirati li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali fil-każ ta’ ħruq u dfin fuq il-post; |
(b) |
il-perċentwali massima tal-popolazzjoni tal-annimali kif imsemmi fil-paragrafu 2; |
(c) |
il-volum ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, f’relazzjoni man-natura tal-attivitajiet u l-ispeċji tal-oriġini, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1; u |
(d) |
il-lista ta’ mard imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1. |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Taqsima 4
Metodi alternattivi
Artikolu 20
Awtorizzazzjoni ta’ metodi alternattivi
1. Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv ta’ użu u rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jistgħu jinbdew jew mill-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew minn parti interessata, li tista’ tirrappreżenta bosta partijiet interessati.
2. Partijiet interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu bi ħsiebhom jużaw il-metodu alternattiv.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn wara li taslilha applikazzjoni mimlija, jekk l-applikazzjoni tkunx konformi mal-format standard għall-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 10.
3. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-applikazzjonijiet tal-Istati Membri u partijiet interessati, flimkien ma’ rapport dwar il-valutazzjoni tagħha mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (AESI) u tinforma lill-Kummissjoni bihom.
4. Meta l-Kummissjoni tibda l-proċedura għall-awtorizzazzjoni, għandha tibgħat rapport dwar l-evalwazzjoni tagħha lill-AESI.
5. L-AESI għandha tevalwa, fi żmien sitt xhur minn meta taslilha applikazzjoni mimlija, jekk il-metodu mibgħut jiżgurax li r-riskji għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali
(a) |
jiġux ikkontrollati b’mod li jevita l-proliferazzjoni tagħhom qabel ir-rimi, b’konformità ma’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; jew |
(b) |
jitnaqqsux sa punt li huwa tal-inqas ekwivalenti, għall-kategorija rilevanti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, għall-metodi ta’ pproċessar stipulati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1). |
L-AESI għandha toħroġ opinjoni dwar l-applikazzjoni li tkun intbagħtet.
6. F’każijiet ġustifikati kif xieraq fejn l-AESI titlob tagħrif addizzjonali mill-applikanti, il-perjodu stipulat fil-paragrafu 5 jista’ jkun estiż.
Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni jew mal-applikant, l-AESI għandha tiddeċiedi dwar perjodu li matulu dak it-tagħrif għandu jkun provdut lilha u tinforma lill-Kummissjoni u lill-applikant kif jixraq bil-perjodu addizzjonali meħtieġ.
7. Meta l-applikanti jkunu jixtiequ jibagħtu tagħrif addizzjonali fuq inizjattiva personali tagħhom, għandhom jibagħtuh direttament lill-AESI.
F’dak il-każ il-perjodu stipulat fil-paragrafu 5 ma għandux jiġi estiż b’perjodu addizzjonali.
8. L-AESI għandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-applikant u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
9. Fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-opinjoni tal-AESI u wara li tqis dik l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miżura proposta li għandha tiġi adottata b’konformità mal-paragrafu 11.
10. Għandu jiġi adottat format standard għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 52(2).
11. Wara li l-AESI tirċievi l-opinjoni, għandu jiġi adottat dan li ġej:
(a) |
jew miżura li tawtorizza metodu alternattiv ta’ użu jew rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati; jew |
(b) |
miżura li tiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv bħal dan. |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
TITOLU II
OBBLIGI TAL-OPERATURI
KAPITOLU I
Obbligi ġenerali
Taqsima 1
Il-ġbir, it-trasport u t-traċċabbiltà
Artikolu 21
Il-ġbir u l-identifikazzjoni fir-rigward tal-Kategorija u tat-trasport
1. L-operaturi għandhom jiġbru, jidentifikaw u jġorru prodotti sekondarji tal-annimali mingħajr dewmien bla bżonn b’kondizzjonijiet li jilqgħu minn qabel kontra riskji għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali.
2. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati jkunu akkumpanjati matul it-trasport minn dokument kummerċjali jew, meta meħtieġ b’dan ir-Regolament jew b’miżura adotatta taħt il-paragrafu 6, minn ċertifikat ta’ saħħa.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport ta’ demel bejn żewġ postijiet li jinsabu fl-istess azjenda jew bejn irziezet u utenti ta’ demel fl-istess Stat Membru mingħajr dokument kummerċjali jew ċertifikat ta’ saħħa.
3. Dokumenti kummerċjali u ċertifikati ta’ saħħa li jakkumpanjaw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati matul it-trasport għandhom għall-inqas jinkludu tagħrif dwar l-oriġini, id-destinazzjoni u l-kwantità ta’ dawn il-prodotti, u deskrizzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati u l-immarkar tagħhom, meta dan l-immarkar ikun meħtieġ b’dan ir-Regolament.
Madankollu, għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom li jinġarru fit-territorju ta’ Stat Membru, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza t-tixrid tat-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ sistema alternattiva.
4. L-operaturi għandhom jiġbru, iġorru u jarmu skart mill-catering tal-Kategorija 3, b’konformità mal-miżuri nazzjonali previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE.
5. Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3):
(a) |
mudelli għal dokumenti kummerċjali meħtieġa li jakkumpanjaw prodotti sekondarji tal-annimali matul it-trasport; u |
(b) |
mudelli għal ċertifikati ta’ saħħa u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih għandhom jakkumpanjaw il-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati matul it-trasport. |
6. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
każijiet fejn ċertifikat ta’ saħħa huwa meħtieġ wara li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ riskju għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali minn ċerti prodotti derivati; |
(b) |
każijiet fejn, b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u wara li tikkunsidra l-livell baxx ta’ riskju għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali minn ċerti prodotti sekondarji tal-annimali jew minn prodotti derivati, it-trasport ta’ prodotti derivati jista’ jseħħ mingħajr id-dokumenti jew iċ-ċertifikati msemmija f’dan il-paragrafu; |
(c) |
rekwiżiti għall-identifikazzjoni, l-ittikkettar inkluż, u għas-separazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali matul it-trasport; u |
(d) |
kondizzjonijiet biex tilqa’ minn qabel kontra riskji għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali matul il-ġbir u t-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, inklużi kondizzjonijiet għat-trasport bla periklu ta’ dawn il-prodotti fir-rigward ta’ kontenituri, vetturi u materjal ta’ ppakkjar. |
Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Artikolu 22
Traċċabbiltà
1. Operaturi li jikkunsinnaw, iġorru jew jirċievu prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għandhom iżommu reġistru tal-kunsinni u dokumenti kummerċjali jew ċertifikati ta’ saħħa rilevanti.
Iżda, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mingħajr dokumenti kummerċjali jew ċertifikati ta’ saħħa tkun ingħatat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) jew b’konformità mal-miżuri implimentattivi adottati skont l-Artikolu 21(6)(b).
2. L-operaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu sistemi u proċeduri biex jidentifikaw:
(a) |
lill-operaturi l-oħrajn li jkunu ġew fornuti bil-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati tagħhom; u |
(b) |
l-operaturi li jkunu fornewhom. |
Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli fuq talba mill-awtoritjiet kompetenti.
3. Jistgħu jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3), b’mod partikolari dwar:
(a) |
it-tagħrif li jrid ikun disponibbli għall-awtoritjiet kompetenti; |
(b) |
il-perjodu ta’ żmien li matulu trid tinżamm din l-informazzjoni. |
Taqsima 2
Reġistrazzjoni u approvazzjoni
Artikolu 23
Reġistrazzjoni ta’ operaturi, stabbilimenti jew impjanti
1. Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, l-operaturi għandhom:
(a) |
qabel jibdew joperaw, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b’xi stabbilimenti jew impjanti fil-kontroll tagħhom li jkunu attivi fi kwalunkwe fażi tal-ġenerazzjoni, it-trasport, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq, id-distribuzzjoni, l-użu jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati; |
(b) |
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’tagħrif dwar:
|
2. L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’tagħrif aġġornat dwar l-istabbilimenti jew l-impjanti fil-kontroll tagħhom kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fosthom kull tibdil sinifikanti fl-attivitajiet, bħall-għeluq ta’ stabbiliment jew impjant eżistenti.
3. Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati rigward ir-reġistarzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
4. B’deroga mill-paragrafu 1, ma tkun meħtieġa l-ebda notifika rigward ir-reġistrazzjoni għal attivitajiet li għalihom l-istabbilimenti li jiġġeneraw il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu diġà ġew approvati jew reġistrati b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew mar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u għal attivitajiet li għalihom l-istabbilimenti jew l-impjanti jkunu diġà ġew approvati b’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament.
L-istess deroga għandha tapplika għall-attivitajiet li jinvolvu l-ġenerazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali fuq il-post biss, għal dawk li jsiru fl-irziezet jew f’postijiet oħrajn fejn l-annimali jinżammu, jitrabbew jew jittieħed ħsiebhom.
Artikolu 24
Approvazzjoni ta’ stabbilimenti jew impjanti
1. L-operaturi għandhom jiggarantixxu li l-istabbilimenti jew l-impjanti fil-kontroll tagħhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti, fejn dawn l-istabbilimenti jew impjanti jwettqu xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew aktar:
(a) |
l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali bl-isterilizzazzjoni bil-pressa, b’metodi tal-ipproċessar msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jew b’metodi alternattivi awtorizzati b’konformità mal-Artikolu 20; |
(b) |
ir-rimi, bħala skart, bl-inċinerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, barra l-istabbilimenti jew l-impjanti li jkollhom permess li joperaw b’konformità mad-Direttiva 2000/76/KE; |
(c) |
ir-rimi jew l-irkupru ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, jekk ikunu skart, bil-koinċinerazzjoni, barra l-istabbilimenti jew l-impjanti li jkollhom permess li joperaw b’konformità mad-Direttiva 2000/76/KE; |
(d) |
l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bħala fjuwil għall-kombustjoni; |
(e) |
il-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi; |
(f) |
il-manifattura ta’ fertilizzanti organiċi u sustanzi li jtejbu l-ħamrija; |
(g) |
it-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u/jew prodotti derivati f’bijogass jew kompost; |
(h) |
it-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali wara li jinġabru, permezz ta’ operazzjonijiet bħall-issortjar, il-qtugħ, it-tkessiħ, l-iffriżar, it-tmelliħ, it-tneħħija tal-ġlud jew ta’ materjal ta’ riskju speċifiku; |
(i) |
il-ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali; |
(j) |
il-ħżin ta’ prodotti derivati intiżi biex;
|
2. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika jekk l-istabbiliment jew l-impjant huwiex approvat għal operazzjonijiet bi prodotti sekondarji tal-annimali u/jew prodotti derivati ta’:
(a) |
kategorija partikolari msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 10; jew |
(b) |
aktar minn kategorija waħda msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 10 u turi jekk dawn l-operazzjonijiet jitwettqux:
|
Artikolu 25
Rekwiżiti ta’ iġjene ġenerali
1. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti jew l-impjanti fil-kontroll tagħhom li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a) u (h):
(a) |
ikunu mibnija b’mod li jkunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati b’mod effikaċi u, fejn ikun xieraq, il-kostruzzjoni tal-art tiffaċilita d-drenaġġ tal-likwidi; |
(b) |
ikollhom aċċess għal faċilitajiet adegwati għall-iġjene personali, bħal tojlits, kmamar fejn wieħed ibiddel u friskaturi għall-persunal; |
(c) |
ikollhom arranġamenti xierqa għall-protezzjoni kontra ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara, bħal ma huma insetti, annimali gerriema u għasafar; |
(d) |
iżommu l-apparat u t-tagħmir f’kondizzjoni tajba u jiżguraw li t-tagħmir tal-kejl jiġi kkalibrat regolarment; u |
(e) |
ikollhom arranġamenti xierqa għat-tindif u għad-diżinfettar tal-kontejners u l-vetturi fil-post biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni; |
2. Kull persuna li taħdem fl-istabbilimenti jew fl-impjanti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun liebsa lbies xieraq, nadif u, fejn ikun meħtieġ, protettiv.
Fejn ikun il-każ, fi stabbilimenti jew impjanti partikolari:
(a) |
persuni li jaħdmu fil-partijiet li ma jkunux nodfa m’għandhomx jidħlu fil-partijiet nodfa qabel ma jkunu biddlu l-ħwejjeġ tax-xogħol u ż-żraben tagħhom jew qabel ma jkunu ddiżinfettawhom; |
(b) |
it-tagħmir u l-makkinarju m’għandux jittieħed mill-parti mhux nadifa għall-parti nadifa jekk ma jitnaddafx jew jiġi ddiżinfettat qabel; kif ukoll |
(c) |
l-operatur għandu jistabbilixxi proċedura fir-rigward taċ-ċaqliq tal-persuni sabiex il-moviment tagħhom jiġi kkontrollat u biex jiġi spjegat l-użu tajjeb ta’ banjijiet għall-ħasil tal-bwiez u tar-roti. |
3. Fl-istabbilimenti jew fl-impjanti li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a):
(a) |
il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jiġu ttrattati b’mod li jiġi evitat ir-riskju tal-kontaminazzjoni; |
(b) |
il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jiġu pproċessati mill-aktar fis. Wara l-ipproċessar, il-prodotti derivati għandhom jiġu ttrattati u maħżuna b’mod li jiġi evitat ir-riskju tal-kontaminazzjoni; |
(c) |
fejn ikun xieraq, waqt l-ipproċessar applikat għall-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati, kull parti tal-prodott sekondarju tal-annimali u tal-prodotti derivati għandha tiġi ttrattata b’temperatura stabbilita għal perjodu ta’ żmien biex jiġi evitat ir-riskju tal-kontaminazzjoni; |
(d) |
l-operaturi għandhom jiċċekkjaw regolarment il-parametri applikabbli, b’mod partikolari t-temperatura, il-pressa, il-ħin, id-daqs tal-partikoli, fejn ikun il-każ b’apparat awtomatiku; |
(e) |
għandhom jiġu stabbiliti u dokumentati l-proċeduri ta’ tindif għall-partijiet kollha tal-istabbiliment jew l-impjant. |
Artikolu 26
It-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi stabbilimenti tal-ikel
1. It-trattament, l-ipproċessar jew il-ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi stabbilimenti approvati jew reġistrati b’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jew b’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 għandhom isiru bil-kondizzjonijiet li tiġi evitata t-transkontaminazzjoni u, skont il-każ, f’parti dedikata tal-istabbiliment jew tal-impjant.
2. Materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kolaġen li ma tkunx intiża għall-konsum tal-bniedem tista’ tinħażen, tiġi ttrattata jew ipproċessata fl-istabbilimenti awtorizzati b’mod speċifiku b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004, Anness III, Taqsima XIV, Kapitolu I, punt 5, u Taqsima XV, Kapitolu I, punt 5, sakemm jiġi evitat ir-riskju li jittieħed xi mard billi din il-materja prima tinfired mill-materja prima għall-produzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw bla ħsara għal rekwiżiti aktar speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja.
Artikolu 27
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima u tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu, marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
rekwiżiti ta’ infrastruttura u tagħmir applikabbli fl-istabbilimenti jew fl-impjanti; |
(b) |
rekwiżiti tal-iġjene applikabbli għal kull xorta ta’ trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, fosthom miżuri li jimmodifikaw ir-rekwiżiti tal-iġjene għall-istabbilimenti jew impjanti msemmija fl-Artikolu 25(1); |
(c) |
kondizzjonijiet u rekwiżiti tekniċi għall-immaneġġjar, it-trattament, it-trasformazzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati u kondizzjonijiet għat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ; |
(d) |
evidenza li għandha tiġi ppreżentata mill-operatur għall-iskop ta’ validazzjoni tat-trattament, it-trasformazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, rigward il-kapaċità tagħhom li jevitaw riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; |
(e) |
kondizzjonijiet għall-immaneġġjar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati ta’ aktar minn kategorija waħda msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 10 fl-istess stabbilimenti jew impjant:
|
(f) |
kondizzjonijiet biex tiġi evitata t-transkontaminazzjoni meta l-prodotti sekondarji tal-annimali jinħażnu, jiġu trattati jew ipproċessati f’parti għaliha tal-istabbiliment jew l-impjant imsemmija fl-Artikolu 26; |
(g) |
parametri ta’ trasformazzjoni standard għall-impjanti tal-bijogass u kompost; |
(h) |
ir-rekwiżiti applikabbli għall-inċinerazzjoni jew għall-koinċinerazzjoni f’impjanti ta’ kapaċità kbira u żgħira kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(b) u (c); u |
(i) |
ir-rekwiżiti applikabbli għall-kombustjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(d). |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 52(4).
Taqsima 3
Kontrolli tal-operaturi stess u l-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll
Artikolu 28
Kontrolli tal-operaturi stess
L-operaturi għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jibqgħu jagħmlu l-kontrolli tagħhom stess fl-istabbilimenti jew l-impjanti tagħhom biex jivverifikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandhom jiżguraw li prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jkunu ssuspettati jew misjuba li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament ma joħorġu mill-istabbiliment jew l-impjant, sakemm ma jkunux destinati għar-rimi.
Artikolu 29
L-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll
1. L-operaturi li jwettqu waħda mill-attivitajiet li ġejjin għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bil-miktub ibbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) għal:
(a) |
l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali; |
(b) |
it-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’bijogass u kompost; |
(c) |
l-immaneġġjar u l-ħżin ta’ aktar minn kategorija waħda ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fl-istess stabbiliment jew impjant; |
(d) |
il-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi. |
2. L-operaturi speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari:
(a) |
jidentifikaw kull periklu li għandu jiġi evitat, eliminat jew imnaqqas għal livelli aċċettabbli; |
(b) |
jidentifikaw il-punti kritiċi ta’ kontroll fil-mument jew mumenti li fih jew fihom il-kontroll huwa essenzjali biex ikun evitat jew eliminat periklu jew biex dan jitnaqqas għal livell aċċettabbli; |
(c) |
jistabbilixxu limiti kritiċi f’punti kritiċi ta’ kontroll li jisseparaw dak li hu aċċettabbli minn dak li mhux aċċettabbli għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis ta’ perikli identifikati; |
(d) |
jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri effikaċi ta’ sorveljanza fil-punti kritiċi ta’ kontroll; |
(e) |
jistabbilixxu azzjonijiet korrettivi f’każ li s-sorveljanza turi li punt kritiku ta’ kontroll ma jkunx ikkontrollat; |
(f) |
jistabbilixxu proċeduri biex jivverifikaw jekk il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) humiex kompleti u jaħdmux b’mod effikaċi. Għandhom isiru proċeduri ta’ verifika regolarment; |
(g) |
jistabbilixxu dokumenti u reġistri proporzjonati għan-natura u d-daqs tan-negozji biex juru l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri stipulati fil-punti (a) sa (f). |
3. Meta ssir xi modifika fil-prodott, fil-proċess, jew fi kwalunkwe fażi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-ħżin jew tad-distribuzzjoni, l-operaturi għandhom jirrivedu l-proċeduri u jagħmlu l-bidliet li jkunu meħtieġa.
4. Jistgħu jiġu adottati miżuri li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
Artikolu 30
Gwidi nazzjonali għal prattika tajba
1. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu volontarju ta’ gwidi nazzjonali għal prattika tajba, b’mod partikolari għall-applikazzjoni tal-prinċipji tal-HACCP, kif imsemmi fl-Artikolu 29. L-operaturi jistgħu jużaw dawn il-gwidi volontarjament.
2. L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-gwidi nazzjonali sabiex tiżgura:
(a) |
li jkunu ġew żviluppati b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jintlaqtu b’mod sostanzjali, u li jkunu nxterdu mis-setturi tal-operaturi; kif ukoll |
(b) |
li l-kontenuti tagħhom ikunu prattiċi għas-setturi li jirriferu għalihom. |
KAPITOLU II
Tqegħid fis-suq
Taqsima 1
Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għat-tagħlif ta’ annimali fl-irziezet minbarra annimali bil-pil
Artikolu 31
Tqegħid fis-suq
1. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati destinati għat-tagħlif ta’ annimali fl-irziezet, minbarra annimali bil-pil, jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm:
(a) |
ikunu jew ikunu ġejjin minn materjal tal-Kategorija 3 ħlief materjal imsemmi fl-Artikolu 10(n), (o) u (p); |
(b) |
ikunu nġabru jew ġew ipproċessati, kif xieraq, skont il-kondizzjonijiet għall-isterilizzazzjoni bil-pressa jew kondizzjonijiet oħrajn biex jiġu pprevenuti riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali b’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 umiżuri li ġew stipulati b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; kif ukoll |
(c) |
ikunu ġejjin minn stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati, kif xieraq għall-prodott sekondarju tal-annimali jew prodott derivat ikkonċernat. |
2. Miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu stabbiliti rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1.
Dawn il-miżuri, mfasslamfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Taqsima 2
Fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija
Artikolu 32
Tqegħid fis-suq u użu
1. Fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm:
(a) |
ikunu ġejjin minn materjal tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3; |
(b) |
ikunu ġew prodotti skont il-kondizzjonijiet għall-isterilizzazzjoni bil-pressa jew kondizzjonijiet oħrajn biex jiġu pprevenuti riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, b’konformità mar-rekwiżiti stipulati skont l-Artikolu 15 u miżuri li ġew stipulati b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
(c) |
ikunu ġejjin minn stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati, kif applikabbli; u |
(d) |
fil-każ ta’ ikel mil-laħam u l-għadam imfarrak li jkunu ġejjin minn materjal tal-Kategorija 2 u proteini pproċessati tal-annimali intiżi biex jintużaw bħala fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija jew fil-fertilizzanti, ikunu tħalltu b’komponent li jeskludi l-użu sussegwenti tat-taħlita għal finijiet ta’ tagħlif u ġew immarkati meta jkun meħtieġ mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 3. |
Addizzjonalment, ir-residwi diġestivi mit-trasformazzjoni f’bijogass jew f’kompost jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiġu użati bħala fertilizzanti organiċi jew bħala prodotti li jtejbu l-ħamrija.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jirrestrinġu jew jimponu kondizzjonjiet addizzjonali fuq l-użu ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija, sakemm regoli bħal dawn ikunu ġustifikati għal raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali.
2. B’deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1, it-taħlit m’għandux ikun meħtieġ għal materjal li l-użu tiegħu għall-finijiet ta’ tagħlif ikun eskluż minħabba l-kompożizzjoni jew l-imballaġġ tiegħu.
3. Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-pubbliku u tal-annimali għall-produzzjoni u l-użu ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija; |
(b) |
komponenti jew sustanzi għall-immarkar ta’ fertilizzanti jew prodotti li jtejbu l-ħamrija; |
(c) |
komponenti li jridu jitħalltu ma’ fertilizzanti organiċi jew prodotti li jtejbu l-ħamrija; |
(d) |
kondizzjonijiet supplimentari, bħall-metodi li jridu jintużaw għall-immarkar u l-proporzjonijiet minimi li jridu jiġu osservati fit-tħejjija tat-taħlita, sabiex jiġi eskluż l-użu ta’ fertilizzanti jew prodotti li jtejbu l-ħamrija bħal dawn għal finijiet ta’ tagħlif; u |
(e) |
każijiet fejn il-kompożizzjoni jew l-imballaġġ jippermettu lill-materjal li jiġi eżentat mir-rekwiżit tat-taħlit. |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(4).
Taqsima 3
Prodotti derivati regolati minn leġiżlazzjoni komunitarja oħra
Artikolu 33
Tqegħid fis-suq
L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq il-prodotti derivati li ġejjin:
(a) |
prodotti kożmetiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 76/768/KEE; |
(b) |
tagħmir mediku attiv li jiġi impjantat kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 90/385/KEE; |
(c) |
tagħmir mediku kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/42/KEE; |
(d) |
tagħmir in vitro mediku ta’ dijanjożi kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/79/KE; |
(e) |
prodotti mediċinali veterinarji kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/82/KE; |
(f) |
prodotti mediċinali kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE. |
Artikolu 34
Manifattura
1. L-importazzjoni, il-ġbir u l-moviment ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati destinati għall-istabbilimenti jew l-impjanti għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 33 u l-manifattura ta’ dawk il-prodotti derivati għandhom jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija f’dak l-Artikolu.
Materjal li ma ntużax minn dawn l-istabbilimenti jew impjanti għandu jintrema skont dik il-leġiżlazzjoni.
2. Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 33 ma tistipulax kondizzjonijiet li jikkontrollaw riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali skont l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
Taqsima 4
Prodotti derivati oħrajn
Artikolu 35
It-tqegħid fis-suq tal-ikel tal-annimali domestiċi
L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq ikel għall-annimali domestiċi sakemm:
(a) |
il-prodotti jkunu ġejjin:
|
(b) |
jiżguraw il-kontroll ta’ riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali bi trattament sikur b’konformità mal-Artikolu 38, fejn is-sorsi sikuri skont l-Artikolu 37 ma jiżgurawx kontroll suffiċjenti. |
Artikolu 36
It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati oħrajn
L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq prodotti derivati, ħlief il-prodotti msemmija fl-Artikoli 31, 32, 33 u 35, sakemm:
(a) |
dawk il-prodotti:
|
(b) |
jiżguraw il-kontroll ta’ riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali billi:
|
Artikolu 37
Użu ta’ sorsi sikuri
1. L-użu ta’ sorsi sikuri għandu jinkludi l-użu ta’ materjal:
(a) |
li ma joħloq l-ebda riskju inaċċettabbli lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; |
(b) |
li jkun inġabar u nġarr mill-punt tal-ġbir għall-istabbiliment jew l-impjant tal-manifattura skont kondizzjonijiet li jeskludu riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; jew |
(c) |
li jkun ġie importat fil-Komunità u nġarr mill-punt tal-ewwel dħul għall-istabbiliment jew l-impjant tal-manifattura skont kondizzjonijiet li jeskludu riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; |
2. Għall-fini ta’ użu ta’ sorsi sikuri, l-operaturi għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, inkluż, fejn hemm bżonn, prova tas-sigurtà tal-miżuri ta’ bijosikurezza meħuda sabiex jeskludu l-ħolqien ta’ riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali mill-materjal tal-bidu.
Dokumentazzjoni bħal din għandha tinżamm disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti malli jitolbuha.
Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-konsenji għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell adottat b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
Artikolu 38
Trattament sikur
Trattament sikur għandu jinkludi applikazzjoni ta’ proċess ta’ manifattura għall-materjal użat li jnaqqas għal livell aċċettabbli r-riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali li jinħolqu mill-materjal użat jew minn sustanzi oħrajn li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura.
Għandu jkun żgurat li l-prodott derivat ma joħloq l-ebda riskju inaċċettabbli lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, b’mod partikolari permezz tal-ittestjar tal-prodott finali.
Artikolu 39
Użi finali sikuri
Użi finali sikuri għandhom jinkludu l-użu ta’ prodotti derivati:
(a) |
skont kondizzjonijiet li ma joħolqu l-ebda riskju inaċċettabbli lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; jew |
(b) |
li jistgħu joħolqu riskju lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, għal finijiet speċifiċi sakemm użu bħal dan ikun iġġustifikat mill-għanijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali. |
Artikolu 40
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel għall-annimali domestiċi li jkun ġie impurtat jew ta’ ikel għall-annimali domestiċi magħmul minn materjal impurtat, mill-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(c); |
(b) |
kondizzjonijiet għall-użu sikur tas-sorsi u l-moviment tal-materjal li jrid jintuża skont kondizzjonijiet li jeskludu r-riskji fuq is-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; |
(c) |
dokumentazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(2); |
(d) |
parametri għall-proċess ta’ manifattura kif imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 38, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ trattamenti fiżiċi u kimiċi għall-materjal użat; |
(e) |
rekwiżiti għall-ittestjar applikabbli għall-prodott finali; u |
(f) |
kondizzjonijiet għall-użu sikur ta’ prodotti derivati li joħolqu riskju lis-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali. |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
KAPITOLU III
Importazzjoni, transitu u esportazzjoni
Artikolu 41
Importazzjoni u transitu
1. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għandhom ikunu importati fil-Komunità, jew mibgħuta fi transitu permezz tagħha, skont:
(a) |
ir-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għall-prodott sekondarju tal-annimali partikolari jew prodott derivat li huma tal-inqas stretti daqs dawk applikabbli għall-produzzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħal dawn fi ħdan il-Komunità; |
(b) |
kondizzjonijiet rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħal dawn skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja; jew |
(c) |
fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 35 u 36, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-Artikoli. |
Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-importazzjoni u t-transitu ta’:
(a) |
materjal ta’ riskju speċifikat għandu jseħħ biss b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(b) |
prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħalltin jew kontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandu jseħħ biss suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006; |
(c) |
materjal tal-Kategorija 1, materjal tal-Kategorija 2 u prodotti derivati minnhom li mhumiex maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 35 u 36 għandu jseħħ biss jekk ikunu ġew adottati r-regoli għall-importazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 42(2)(a); |
(d) |
prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati destinati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1) għandhom iseħħu skont il-miżuri nazzjonali li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, sakemm jiġu adottati l-kondizzjonijiet armonizzati msemmija fl-Artikolu 17(2). |
3. Fil-każ ta’ importazzjoni u transitu ta’ materjal tal-Kategorija 3 u prodotti derivati minnhom, ir-rekwiżiti rilevanti kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti.
Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jispeċifikaw li l-konsenji:
(a) |
iridu jiġu minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz elenkat taħt il-paragrafu 4; |
(b) |
iridu jiġu minn stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini u elenkati minn dik l-awtorità għal dik il-fini; u |
(c) |
iridu jkunu akkumpanjati f’dak il-punt tad-dħul fil-Komunità fejn il-kontrolli veterinarji jsiru permezz tad-dokumentazzjoni bħal dokument kummerċjali jew ċertifikat tas-saħħa u fejn ikun xieraq permezz ta’ dikjarazzjoni, li tikkorrispondi għal mudell stabbilit skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2). |
Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Sa meta r-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) u (c) tat-tieni subparagrafu jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw dawk ir-rekwiżiti f’miżuri nazzjonali.
4. Listi ta’ pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi minn fejn jistgħu jiġu importati prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jistgħu jkunu importati jew fi transitu mill-Komunità skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3), filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu:
(a) |
il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz; |
(b) |
l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti u s-servizzi tal-ispezzjoni tagħha fil-pajjiż terz, il-poteri ta’ dawk is-servizzi, is-sorveljanza li għaliha huma suġġetti, u l-awtorità tagħhom li jimmonitorjaw effettivament l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom; |
(c) |
il-kondizzjonijiet tas-saħħa effettivi applikati għall-produzzjoni, manifattura, immaniġġar, ħażna u dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-Komunità; |
(d) |
l-assigurazzjonijiet li l-pajjiż terz jista’ jagħti rigward konformità mal-kondizzjonijiet tas-saħħa rilevanti; |
(e) |
l-esperjenza ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ kontrolli ta’ importazzjonijiet imwettqa; |
(f) |
ir-riżultat ta’ ispezzjonijiet Komunitarji fil-pajjiż terz; |
(g) |
l-istat tas-saħħa tal-bhejjem ħajjin, annimali domestiċi u selvaġġi fil-pajjiż terz, b’kunsiderazzjoni partikolari għal mard eżotiku tal-annimali u aspetti tas-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa fil-pajjiż li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali fil-Komunità; |
(h) |
ir-regolarità u l-ħeffa li biha l-pajjiż terz iforni t-tagħrif dwar l-eżistenza ta’ mard tal-annimali infettuż fit-territorju tiegħu, b’mod partikolari l-mard elenkat fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri u l-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali; |
(i) |
ir-regolamenti dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-annimali infettuż fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi regoli dwar importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn. |
Il-listi ta’ stabbilimenti jew impjanti msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandhom jinżammu aġġornati u komunikati lill-Kummissjoni u l-Istati Membri u jkunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 42
Miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Għandhom jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 41 li jistgħu jeskludu prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati manifatturati f’ċerti stabbilimenti jew impjanti milli jiġu impurtati jew milli jgħaddu bi transitu sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali, b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
2. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri oħra għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 41, marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
kondizzjonijiet għall-importazzjoni u t-transitu ta’ materjali tal-Kategorija 1 u Kategorija 2 u għal prodotti derivati minnhom; |
(b) |
restrizzjonijiet rigward is-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali applikabbli għal materjal tal-Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom li jistgħu jkunu stipulati b’referenza għal listi Komunitarji ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mfassla skont l-Artikolu 41(4) jew għal finijiet oħrajn ta’ saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali; |
(c) |
kondizzjonijiet għall-manifattura ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fi stabbilimenti jew impjanti f’pajjiżi terzi; kondizzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu l-arranġamenti għall-kontrolli ta’ stabbilimenti jew impjanti bħal dawn mill-awtorità kompetenti kkonċernata u jistgħu jeżentaw ċerti tipi ta’ stabbilimenti jew impjanti li jimmaniġġaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati minn approvazzjoni jew reġistrazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(3); u |
(d) |
mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa, għad-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet kummerċjali li għandhom jakkumpanjaw il-konsenji, u li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom jistgħu jistqarru li l-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati kkonċernati nġabru jew ġew manifatturati skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Artikolu 43
Esportazzjoni
1. L-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati destinati għall-inċinerazzjoni jew għal-landfill għandha tkun ipprojbita.
2. L-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għal pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-OECD għall-użu f’impjant tal-bijogass jew kompost għandha tkun ipprojbita.
3. Materjal tal-Kategorija 1, materjal tal-Kategorija 2 u prodotti derivati minnhom għandhom ikunu esportati biss għal finijiet li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 bil-kondizzjoni li r-regoli għall-esportazzjoni tagħhom ikunu ġew stabbiliti.
Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
4. L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jikkonċerna ikel u għalf esportat mill-Komunità għandu japplika mutatis mutandis għall-esportazzjoni ta’ materjal tal-Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom b’konformità ma’ dan ir-Regolament.
5. B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-esportazzjoni ta’:
(a) |
materjal ta’ riskju speċifikat għandu jseħħ biss b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(b) |
prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħalltin jew kontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandu jseħħ biss suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
TITOLU III
KONTROLLI UFFIĊJALI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
KAPITOLU I
Kontrolli uffiċjali
Artikolu 44
Proċedura għall-approvazzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tapprova stabbilimenti jew impjanti biss wara li żjara fuq il-post, qabel il-bidu ta’ kwalunkwe attività, tkun uriet li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 27.
2. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-approvazzjoni bil-kondizzjoni li jkun jidher li, wara ż-żjara fuq il-post, l-istabbilment jew l-impjant ikun jissodisfa r-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-infrastruttura u t-tagħmir sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni tal-proċeduri operattivi b’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-approvazzjoni sħiħa għandha tingħata biss jekk ikun jidher li, wara li tkun saret żjara oħra fuq il-post fi żmien tliet xhur wara l-għoti tal-approvazzjoni bil-kondizzjoni msemmija qabel, l-istabbilment jew l-impjant ikun jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Jekk ikun sar progress biċ-ċar, iżda l-istabbiliment jew l-impjant ikun għadu ma ssodisfax dawn ir-rekwiżiti kollha, l-awtorità kompetenti tista’ ttawwal l-approvazzjoni b’kondizzjoni. Madankollu, l-approvazzjoni b’kondizzjoni m’għandhiex taqbeż is-sitt xhur.
3. L-operaturi għandhom jiggarantixxu li stabbiliment jew impjant ma jibqax jopera jekk l-awtorità kompetenti tirtira l-approvazzjoni tagħha jew, fil-każ ta’ approvazzjoni b’kondizzjoni, tonqos li testendiha jew tagħti l-approvazzjoni sħiħa.
Artikolu 45
Kontrolli uffiċjali
1. Bla ħsara għall-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha b’intervalli regolari twettaq kontrolli u superviżjoni uffiċjali tal-immaniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati li jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika mutatis mutandis għall-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.
3. L-awtorità kompetenti tista’ tqis l-aderenza ma’ gwidi ta’ prattika tajba, waqt li twettaq il-kontrolli uffiċjali tagħha.
4. Arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi regoli li jikkonċernaw il-metodi ta’ referenza għall-analiżi mikrobijoloġiċi, jistgħu jiġu stabbiliti.
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Artikolu 46
Sospensjonijiet, irtiri u projbizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet
1. Jekk il-kontrolli u s-superviżjoni uffiċjali mwettqa mill-awtorità kompetenti jiżvelaw li wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti, hija għandha tieħu azzjoni xierqa.
L-awtorità kompetenti għandha b’mod partikolari, skont il-każ tan-natura u l-gravità tad-defiċjenzi u skont ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali:
(a) |
tissospendi l-approvazzjonijiet ta’ stabbilimenti jew impjanti approvati skont dan ir-Regolament, jekk:
|
(b) |
tirtira l-approvazzjonijiet ta’ stabbilimenti jew impjanti approvati skont dan ir-Regolament, jekk:
|
(c) |
timponi kondizzjonijiet speċifiċi fuq stabbilimenti jew impjanti sabiex jissewwew defiċjenzi eżistenti. |
2. L-awtorità kompetenti għandha, skont il-każ tan-natura u l-gravità tad-defiċjenzi u skont ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, tipprojbixxi temporanjament jew permanentement operaturi msemmija fl-Artikolu 23(1) u (3) u fl-Artikolu 24(1), milli jwettqu operazzjonijiet skont dan ir-Regolament, kif xieraq, wara r-riċezzjoni ta’ tagħrif li jindika:
(a) |
li r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mhumiex sodisfatti; u |
(b) |
riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali li jiġu minn operazzjonijiet bħal dawn. |
Artikolu 47
Listi
1. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi li ġew approvati jew reġistrati skont dan ir-Regolament fi ħdan it-territorju tiegħu.
Huwa għandu jassenja numru uffiċjali lil kull stabbiliment, impjant jew operatur approvat jew reġistrat, li jidentifika l-istabbiliment, l-impjant jew l-operatur fir-rigward tan-natura tal-attivitajiet tiegħu.
L-Istati Membri għandhom jindikaw, jekk ikun applikabbli, numru uffiċjali li ngħata lill-istabbiliment, impjant jew operatur skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-listi ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi approvati jew reġistrati disponibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn.
L-Istati Membri għandhom iżommu l-listi ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi approvati jewreġistrati aġġornati u jagħmluhom disponibbli għal Stati Membri oħrajn u għall-pubbliku.
2. Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3), b’mod partikolari dwar:
(a) |
il-format għal-listi msemmija fil-paragrafu 1; u |
(b) |
il-proċedura biex il-listi msemmija fil-paragrafu 1 isiru disponibbli. |
Artikolu 48
Kontrolli għad-dispaċċ lejn Stati Membri oħrajn
1. Meta operatur ikun bi ħsiebu jibgħat materjal tal-Kategorija 1, materjal tal-Kategorija 2 u ikel ta’ laħam u għadam jew xaħam tal-annimali li jkun ġej minn materjali tal-Kategorija 1 u Kategorija 2 lejn Stat Membru ieħor, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu jiddeċiedi mal-applikazzjoni mill-operatur, f’perjodu speċifiku ta’ żmien:
(a) |
li jirrifjuta l-wasla tal-konsenja; |
(b) |
li jaċċetta l-konsenja bla kondizzjoni; jew |
(c) |
li jirrikonoxxi r-riċezzjoni tal-konsenja tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. Għandhom jiġu adottati formati għall-applikazzjonijiet minn operaturi msemmija fil-paragrafu 1 b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, permezz tas-sistema Traces b’konformità mad-Deċiżjoni 2004/292/KE, tad-dispaċċ ta’ kull konsenja mibgħuta lill-Istat Membru tad-destinazzjoni, ta’
(a) |
prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
proteini tal-annimali pproċessati ġejjin minn materjal tal-Kategorija 3. |
Meta tiġi infurmata bid-dispaċċ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bil-wasla ta’ kull konsenja permezz tas-sistema Traces.
4. Il-materjali tal-Kategorija 1 u Kategorija 2, ikel ta’ laħam u għadam u xaħam tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trasportati direttament lejn lill-impjant ta’ destinazzjoni, li kellu jkun reġistrat jew approvat skont l-Artikoli 23, 24 u 44 jew, fil-każ ta’ demel, lir-razzett ta’ destinazzjoni.
5. Meta prodotti sekondarji jew prodotti derivati jintbagħtu lil Stati Membri oħrajn permezz tat-territorju ta’ pajjiż terz, huma għandhom jintbagħtu b’konsinja li ġew issiġillati fl-Istat Membru tal-oriġini u għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa.
Il-konsenji ssiġillati għandhom jerġgħu jidħlu fil-Komunità biss permezz ta’ post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera, b’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/662/KEE.
6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa 5, il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati msemmija fihom li tħalltu jew ġew ikkontaminati ma’ kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħrajn suġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.
7. Għandhom jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu marbuta ma’ dan li ġej:
(a) |
perjodu ta’ żmien speċifiku għad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 1; |
(b) |
kondizzjonijiet supplimentari għad-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 4; |
(c) |
mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa li jridu jakkumpanjaw il-konsenji mibgħuta taħt il-paragrafu 5; u |
(d) |
kondizzjonijiet li bihom il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati maħsuba biex jintużaw f’wirjiet, attivitajiet artistiċi, u għal skopijiet dijanjostiċi, edukattivi jew ta’ riċerka jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra, permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa5 ta’ dan l-Artikolu. |
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
8. Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom, permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 sa 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu:
(a) |
id-dispaċċ ta’ demel trasportat bejn żewġ postijiet li jinsabu fl-istess razzett jew bejn irziezet li jinsabu f’reġjuni fil-fruntiera ta’ Stati Membri li jaqsmu fruntiera bejniethom; |
(b) |
id-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali oħrajn trasportati bejn stabbilimenti jew impjanti li jinsabu f’reġjuni fil-fruntiera ta’ Stati Membri li jaqsmu fruntiera bejniethom; u |
(c) |
it-trasport ta’ annimal domestiku mejjet għall-inċinerazzjoni lejn stabbiliment jew impjant li jinsab f’reġjun fil-fruntiera ma’ Stat Membru ieħor li jaqsam fruntiera komuni. |
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).
Artikolu 49
Il-kontrolli Komunitarji fl-Istati Membri
1. Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu ispezzjonijiet fuq il-post, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, safejn huwa meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament.
L-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jitwettqu ispezzjonijiet għandu jipprovdi lill-esperti bl-għajnuna kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti bir-riżultati tat-testijiet li jkunu saru.
2. Jistgħu jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3), b’mod partikolari dwar il-proċedura għall-kooperazzjoni ma’ awtortitajiet nazzjonali.
Artikolu 50
L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-finijiet ta’ ċerti kontrolli
1. L-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika mutatis mutandis għall-kontrolli Komunitarji f’pajjiżi terzi mwettqa għall-verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. L-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika mutatis mutandis għall-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżiti tal-Artikolu 41(3) ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika mutatis mutandis għall-kontrolli minn pajjiżi terzi fi Stati Membri relatati ma’ operazzjonijiet taħt dan ir-Regolament.
KAPITOLU VII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw taħt il-kompetenza tagħhom li tikkonċerna direttament l-implimentazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 52
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
L-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.
6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 53
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implementati. Il-penalitajiet stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sal-4 ta’ Ġunju 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.
Artikolu 54
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa b’dan imħassar b’effett mill-4 ta’ Marzu 2011.
Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness.
Artikolu 55
Miżura transitorja
L-istabbilimenti, impjanti u utenti approvati jew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qabel l-4 ta’ Marzu 2011 għandhom jitqiesu bħala approvati jew reġistrati, kif meħtieġ, skont dan ir-Regolament.
Artikolu 56
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-tal-pubblikuzzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-4 ta’ Marzu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 133.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2009.
(3) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(5) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(6) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(7) ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1.
(8) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(9) ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
(10) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.
(11) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(12) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.
(13) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3.
(14) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(15) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
(16) ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.
(18) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(20) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.
(21) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(22) ĠU L 343, 27.12.2007, p. 1.
(23) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(24) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.
(25) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(26) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(27) ĠU L 39, 16.2.1993, p. 1.
(28) ĠU L 272, 4.10.1997, p. 45.
(29) ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.
(30) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.
(31) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(32) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.
(33) ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.
(34) ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.
(35) ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.
(36) ĠU L 105, 26.4.2003, p. 18.
(37) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(38) Regolament (KE) Nru 811/2003 dwar il-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ tal-intra-speċje għall-ħut, id-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14); Deċiżjoni 2003/322/KE dwar it-tmigħ ta’ ċerti għasafar nekrofagi b’ċertu materjali tal-Kategorija 1 (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 32; Deċiżjoni 2003/324/KE dwar deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intra-speċi għal annimali bil-pil (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37; Regolament (KE) Nru 92/2005 dwar mezzi ta’ rimi jew użi (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27; Regolament (KE) Nru 181/2006 dwar fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija li mhumiex demel (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 31); Regolament (KE) Nru 1192/2006 dwar listi ta’ pjanti approvati (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 10); Regolament Nru 2007/2006 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ ċerti prodotti intermedjarji derivati mill-materjal tal-Kategorija 3 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98).
(39) ĠU L 275, 25.8.2004, p. 17.
ANNESS
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 u 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 4(1) u (2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 41(3), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 4(3), (4) u (5) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 8 |
Artikolu 4(2) |
Artikoli 12, 15 u 16 |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 24(h), (i) u (j) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 41(2)(c), Artikolu 43(3) u (5)(a) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 9 |
Artikolu 5(2) |
Artikoli 13, 15 u 16 |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 24(h), (i) u (j) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 41(2)(c) u Artikolu 43(3) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 10 |
Artikolu 6(2) |
Artikoli 14, 15 u 16 |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 24(h), (i) u (j) |
Artikolu 7 |
Artikolu 21 |
Artikolu 8 |
Artikolu 48 |
Artikolu 9 |
Artikolu 22 |
Artikoli 10 sa 15, 17 u 18 |
Artikoli 23, 24, 27 u44 |
Artikolu 16 |
Artikolu 6 |
Artikolu 19 |
Artikolu 31 |
Artikolu 20(1) |
Artikoli 35 u 36 |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 32 |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 36 |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 22 |
Artikolu 11 |
Artikolu 23 |
Artikoli 17 u 18 |
Artikolu 24 |
Artikolu 19 |
Artikolu 25 |
Artikoli 28 u 29 |
Artikolu 26 |
Artikoli 45, 46 u 47 |
Artikolu 27 |
Artikolu 49 |
Artikolu 28 |
Artikolu 35(a)(ii) u Artikolu 41(1) |
Artikolu 29 |
Artikoli 41 u 42 |
Artikolu 30 |
Artikoli 41(1)(b) |
Artikolu 31 |
Artikolu 50(1) |
Artikolu 32 |
— |
Artikolu 33 |
Artikolu 52 |
Artikolu 34 |
— |
Artikolu 35 |
Artikolu 15(2) u Artikolu 51 |
Artikolu 36 |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 54 |
Artikolu 38 |
Artikolu 56 |