This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1023
Commission Regulation (EC) No 1023/2009 of 29 October 2009 implementing Regulation (EC) No 808/2004 of the European Parliament and of the Council concerning Community statistics on the information society (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2009 tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2009 tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 283, 30.10.2009, p. 5–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1023/2009
tad-29 ta’ Ottubru 2009
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-soċjetà tal-informazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, miżuri ta’ implimentazzjoni huma meħtieġa biex tiġi ddeterminata d-dejta li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija tal-istatistika msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.
(2) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
ANNESS I
MODULU 1: L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI
1. IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2010, magħżula mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:
— |
sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi, |
— |
l-użu tal-internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi, |
— |
proċessi ta’ kummerċ u negozju elettroniku, |
— |
sigurtà tal-ICT, |
— |
nefqa u investiment fuq l-ICT. |
(b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta mal-intrapriżi:
Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:
— |
l-użu tal-kompjuter. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
mhux obbligatorja persentaġġ ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuters tal-anqas darba fil-ġimgħa, |
— |
użu ta’ netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN), |
— |
użu ta’ home page interna (intranet), |
— |
użu ta’ extranet, |
— |
użu ta’ esplojtazzjoni ħielsa jew b’sors miftuħ, bħal-Linux (jiġifieri bil-kodiċi tas-sors disponibbli, l-ebda spiża ta’ drittijiet tal-awtur, u l-possibilità biex timmodifika u/jew tqassamha mill-ġdid). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN):
— |
użu ta’ aċċess bla wajers fin-netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN). |
Użu tal-internet u netwerks elettroniċi mill-intrapriżi
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
aċċess għall-internet. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-internet:
— |
persentaġġ ta’ persuni impjegati li jużaw kompjuters imqabbda mal-World Wide Web tal-anqas darba fil-ġimgħa, |
— |
konnessjoni mal-internet: modem tradizzjonali jew ISDN, |
— |
konnessjoni mal-internet: DSL, |
— |
konnessjoni mal-internet: konnessjoni fissa oħra mal-internet, |
— |
konnessjoni mal-internet: konnessjoni broadband mal-mowbajl, |
— |
(mhux obbligatorja) konnessjoni mal-internet: konnessjoni broadband mal-mowbajl permezz ta’ handset 3G, |
— |
(mhux obbligatorja) konnessjoni mal-internet: konnessjoni broadband mal-mowbajl permezz ta’ kompjuter mobbli li juża modem 3G, |
— |
konnessjoni mal-internet: konnessjoni oħra mal-mowbajl, |
— |
(mhux obbligatorja) użu tal-internet għal servizzi bankarji u finanzjarji, |
— |
(mhux obbligatorja) użu tal-internet għat-taħriġ u l-edukazzjoni, |
— |
użu tal-internet għal interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
— |
użu ta’ websajt, |
— |
użu ta’ firma diġitali fi kwalunkwe messaġġ mibgħut, jiġifieri metodi ta’ kodifikazzjoni li jiżguraw l-awtentiċità u l-integrità tal-messaġġ (marbut unikament ma’ u kapaċi jidentifika l-firmatarju u fejn kwalunkwe bidla fil-messaġġ tista’ tiġi osservata). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li interaġixxew ma’ awtoritajiet pubbliċi permezz tal-internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel:
— |
użu tal-internet għal ksib ta’ tagħrif minn websajts tal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
— |
użu tal-internet għal ksib ta’ formoli mill-websajts tal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
— |
użu tal-internet biex jintbagħtu lura l-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
— |
użu tal-internet li jieħu ħsieb il-proċedura amministrattiva kollha b’mod elettroniku mingħajr ma jinħtieġ xogħol addizzjonali ta’ kitba, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
— |
użu tal-internet biex tintbagħat proposta f’sistema elettronika tal-offerti (kuntratti pubbliċi b’mod elettroniku), fis-sena kalendarja ta’ qabel. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt:
— |
(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: stqarrija speċifika dwar il-politika ta’ privatezza, siġill ta’ privatezza jew ċertifikat tas-sikurezza tal-websajt, |
— |
(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: katalogi tal-prodotti jew listi tal-prezzijiet, |
— |
(mhux obbligatorju) forniment tal-faċilità li ġejja: possibbiltà għall-viżitaturi biex jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti, |
— |
(mhux obbligatorja) talforniment -faċilità li ġejja: faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn, |
— |
(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: faċilità li tittraċċa l-ordni onlajn, |
— |
(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: kontenut personalizzat għal viżitaturi regolari/repetuti, |
— |
(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: riklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala jew applikazzjoni għal xogħol onlajn. |
Proċessi ta’ kummerċ elettroniku u negozju elettroniku
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
l-użu ta’ skambju ta’ dejta awtomatizzat (ADE), iddefinit bħala li tibgħat u/jew li tirċievi l-messaġġi permezz ta’ kwalunkwe netwerk ta’ kompjuter f’format bi qbil jew standard li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tagħhom mingħajr ma jiġi ttajpjat il-messaġġ individwali, |
— |
tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-inventarju tal-immaniġġjar, |
— |
tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-immaniġġjar tal-kontijiet, |
— |
tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-immaniġġjar tal-produzzjoni jew servizzi, |
— |
tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tad-distribuzzjoni tal-immaniġġjar, |
— |
tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jintbagħtu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-inventarju tal-immaniġġjar, |
— |
tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jintbagħtu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-immaniġġjar tal-kontijiet, |
— |
l-użu tal-pakkett tas-software ERP (L-Ippjanar ta’ Riżorsi tal-Intraprisa) biex jitqassam tagħrif intern bejn oqsma funzjonali differenti (eżempju il-kontabilità, l-ippjanar, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq), |
— |
l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tat-tagħrif dwar il-klijenti (Il-Ġestjoni tar-Relazzjoni tal-Klijent - CRM) biex jaqbad, u jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ funzjonijiet oħrajn tan-negozju t-tagħrif dwar il-klijenti, |
— |
l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni ta’ tagħrif dwar il-klijenti (CRM) biex tanalizza it-tagħrif dwar il-klijenti għal finijiet ta’ tqegħid fis-suq (iffissar tal-prezzijiet, promozzjoni tal-bejgħ, għażla tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, eċċ.), |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw skambju awtomatizzat tad-dejta:
— |
l-użu ta’ ADE biex: jintbagħtu l-ordnijiet lill-fornituri, |
— |
l-użu ta’ ADE biex: jiġu rċevuti fatturi elettroniċi, |
— |
l-użu ta’ ADE biex: jiġu rċevuti ordnijiet mill-klijenti, |
— |
l-użu ta’ ADE biex: jintbagħtu fatturi elettroniċi, |
— |
l-użu ta’ ADE biex: jintbagħat jew jiġi rċevut tagħrif dwar il-prodott, |
— |
l-użu ta’ ADE biex: jintbagħtu jew jiġu rċevuti dokumenti għat-trasport, |
— |
(mhux obbligatorja) l-użu tal-format ADE: jintbagħtu struzzjonijiet ta’ ħlas lill-istituzzjonijiet finanzjarji, |
— |
(mhux obbligatorja) l-użu ta’ ADE: tintbagħat jew tiġi rċevuta dejta lil/minn awtoritajiet pubbliċi. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:
— |
tqassim elettroniku ta’ tagħrif dwar l-immaniġġjar tal-katina tal-provvista mal-konsumaturi u l-fornituri, |
— |
jintbagħtu ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
jiġu rċevuti ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja preċedenti, |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu t-tagħrif tal-immaniġġjar tal-katina tal-forniment ma’ klijenti u fornituri u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tal-NACE Rev. 2:
— |
skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar l-inventarju, il-produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda jew il-progress tal-konsenji, |
— |
skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar l-inventarju, il-produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda jew il-progress tal-konsenji, |
— |
(mhux obbligatorja) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ websajts, |
— |
(mhux obbligatorja) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ trażmissjoni elettronika li tippermetti pproċessar awtomatiku (eżempju sistemi tat-tip EDI, XML, EDIFACT, eċċ.). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tal-NACE Rev. 2:
— |
persentaġġ tal-bejgħ totali li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
persentaġġ tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
persentaġġ tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ trażmissjoni elettronika li tippermetti pproċessar awtomatiku (eżempju sistemi tat-tip EDI, XML, EDIFACT, eċċ.), fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
l-użu ta’ protokolli ta’ sigurtà (SSL/TLS) għal ordinijiet li jiġu rċevuti permezz tal-internet, |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li bagħtu ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tal-NACE Rev. 2:
— |
persentaġġ tal-valur tax-xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fi klassijiet ta’ persentaġġ, fis-sena kalendarja preċedenti ([0;<1], [1;<5], [5;<10], [10;<25], [25;<50], [50;<75], [75;100]), |
Sigurtà fl-ICT
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi b’politika ta’ sigurtà ta’ ICT iddefinita b’mod formali bi pjan għal reviżjoni regolari, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi li jgħarrfu lill-persunal bl-obbligi tagħhom dwar is-sigurtà ta’ ICT permezz ta’ taħriġ jew preżentazzjonijiet obbligatorji, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi li jgħarrfu lill-persunal bl-obbligi tagħhom dwar is-sigurtà ta’ ICT permezz ta’ kuntratt, inkluż il-kuntratt tal-impjiegi, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi li jgħarrfu lill-persunal bl-obbligi tagħhom dwar is-sigurtà ta’ ICT permezz ta’ offerti ta’ taħriġ volontarju jew tagħrif ġeneralment disponibbli (eż. permezz tal-Intranet, ittri bl-aħbarijiet jew dokumenti fuq il-karta), |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw f’servizzi tal-ICT mhux disponibbli, qerda jew korruzzjoni ta’ dejta minħabba ħsarat fil-hardware jew fis-software, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw f’servizzi tal-ICT mhux disponibbli minħabba attakki minn barra, eż. ċaħda ta’ attakki ta'servizz, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw f’qerda jew korruzzjoni ta’ dejta minħabba infezzjoni minn software malizzjuż jew aċċess mhux awtorizzat, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw fi żvelar ta’ dejta kunfidenzjali minħabba interferenza, attakki ta’ “pharming” jew “phishing”, |
— |
(mhux obbligatorja) persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw fi żvelar mill-ħaddiema ta’ dejta kunfidenzjali f’forma elettronika, kemm jekk b’intenzjoni jew le, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: password tal-awtentiċità sikura tal-utent |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: identifikazzjoni u awtentiċità tal-utent permezz ta’ tokens tal-hardware, eż. smart cards, |
— |
(mhux obbligatorja) persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: identifikazzjoni u awtentiċità tal-utent permezz ta’ metodi bijometriċi, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: backup ta’ dejta lil hinn mis-sit, |
— |
persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: attivitajiet ta’ reġistrazzjoni għal analiżi ta’ inċidenti ta’ sigurtà. |
Karatteristiċi li se jinġabru għal intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li għandhom politika ta’ sigurtà tal-ICT formalment iddefinita:
— |
riskju indirizzat fil-politika tas-sigurtà tal-ICT: qerda jew korruzzjoni ta’ dejta minħabba attakk jew inċident mhux mistenni, |
— |
riskju indirizzat fil-politika tas-sigurtà tal-ICT: żvelar ta’ dejta kunfidenzjali minħabba interferenza, attakki ta’ “pharming” jew “phishing” jew b’aċċident, |
— |
riskju indirizzat fil-politika tas-sigurtà tal-ICT: nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi tal-ICT minħabba attakk minn barra (eż. ċaħda ta’ attakk ta’ servizz). |
Nefqa u investiment fuq l-ICT
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:
— |
(mhux obbligatorja) xiri tal-oġġetti tal-IT (kompjuters u tagħmir periferali) u oġġetti ta’ komunikazzjoni (tagħmir), |
— |
(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri tal-oġġetti tal-IT (kompjuters u tagħmir periferali) u oġġetti ta’ komunikazzjoni (tagħmir) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment), |
— |
(mhux obbligatorja) xiri ta’ oġġetti oħra tal-ICT (tagħmir elettroniku għall-konsumatur, komponenti u oġġetti varji tal-ICT, servizzi ta’ manifattura għat-tagħmir tal-ICT), |
— |
(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’ oġġetti oħra tal-ICT (tagħmir elettroniku għall-konsumatur, komponenti u oġġetti varji tal-ICT, servizzi ta’ manifattura għat-tagħmir tal-ICT) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment), |
— |
(mhux obbligatorja) xiri ta’ software, ippakkjat minn qabel u personalizzat (software ta’ kummerċ u produttività u servizzi ta’ liċenzjar), |
— |
(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’ software, ippakkjat minn qabel u personalizzat (software ta’ kummerċ u produttività u servizzi ta’ liċenzjar) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment), |
— |
(mhux obbligatorja) l-ispiża totali għall-ħolqien ta’ software personali, |
— |
(mhux obbligatorja) l-ispiża totali għall-ħolqien ta’ software personali inkluża fil-karta tal-bilanċ (investiment), |
— |
(mhux obbligatorja) xiri ta’servizzi u konzulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika, servizzi ta’ telekomunikazzjoni, u servizzi oħrajn tal-ICT, |
— |
(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’servizzi u konzulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika, servizzi ta’ telekomunikazzjoni u servizzi oħrajn tal-ICT inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment), |
— |
(mhux obbligatorja) xiri ta’ kiri finanzjarju u operazzjonali jew servizzi ta’ kiri għal tagħmir tal-ICT, |
— |
(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’ servizzi ta’ kiri finanzjarju fis-servizzi kollha tal-kiri ta’ tagħmir tal-ICT inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment). |
(c) Il-karatteristiċi li ġejjin dwar l-isfond tal-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:
— |
l-attività ekonomika prinċipali għall-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
il-medja tal-għadd ta’ persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
(mhux obbligatorja) ħin meħtieġ biex jimtela l-kwestjonarju (f’minuti) |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi għall-intrapriżi kollha għas-suġġett tal-investiment u l-infiq tal-ICT:
— |
(mhux obbligatorja) xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
(mhux obbligatorja) dħul totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
(mhux obbligatorja) investiment totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:
— |
xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti, |
— |
dħul totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti. |
2. KOPERTURA
Il-karatteristiċi speċifikati fl-intestaturi 1(b) u 1(c) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati taħt l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, għad-daqsijiet ta’ intrapriżi li ġejjin u bil-firxa ġeografika li ġejja.
(a) |
Attività ekonomika: intrapriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:
|
(b) |
Daqs tal-intrapriża: intrapriżi b’10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b’anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju. |
(c) |
Ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru. |
3. PERJODI TA’ REFERENZA
Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2009 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2010 għall-karatteristiċi l-oħra.
4. TQASSIM
Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness, għandhom jingħataw il-karatteristiċi bl-isfond li ġejjin.
(a) Tqassim tal-attività ekonomika: skont l-aggregati NACE Rev. 2 li ġejjin:
Aggregazzjoni NACE Rev. 2
għal kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali
|
10-18 |
|
19-23 |
|
24-25 |
|
26-33 |
|
35-39 |
|
41-43 |
|
45-47 |
|
49-53 |
|
55 |
|
58-63 |
|
64.19 + 64.92 + 65.1 + 65.2 + 66.12 + 66.19 |
|
68 |
|
69-74 |
|
77-82 |
|
26.1-26.4, 26.8, 46.5, 58.2, 61, 62.01, 62.02, 62.09, 63.1, 95.1 |
Aggregazzjoni NACE Rev. 2
għal kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej
|
10-12 |
|
13-15 |
|
16-18 |
|
26 |
|
27-28 |
|
29-30 |
|
31-33 |
|
45 |
|
46 |
|
47 |
|
55-56 |
|
58-60 |
|
61 |
|
62-63 |
|
64.19 + 64.92 |
|
65.1 + 65.2 |
|
66.12 + 66.19 |
|
77-78 + 80-82 |
|
79 |
|
95.1 |
(b) Tqassim tad-daqs tal-klassi: id-dejta għandha titqassam skont il-klassijiet tad-daqs li ġejjin bl-għadd ta’ persuni impjegati.
Daqs tal-klassi
|
10 persuni impjegati jew aktar |
|
10 sa 49 persuna impjegata |
|
50 sa 249 persuna impjegata |
|
250 persuna impjegata jew aktar |
Fejn kopert, it-tqassim li ġej għandu jiġi applikat għal intrapriżi li għandhom anqas minn 10 persuni impjegati. (Il-karatteristiċi għandhom jiġu pprovduti għal klassijiet ta’ daqs “B’anqas minn 5 persuni impjegati” u “b’5 jew 9 persuni impjegati” b’mod mhux obbligatorju.)
Daqs tal-klassi
|
Anqas minn 10 persuni impjegati |
|
Anqas minn 5 persuni impjegati (mhux obbligatorja) |
|
5 sa 9 persuni impjegati (mhux obbligatorja) |
5. PERJODIĊITÀ
Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2010.
6. SKADENZI
(a) |
Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2010 jew, għal dejta aggregata dwar is-suġġett “infiq u investiment tal-ICT”, qabel it-30 ta’ Ġunju 2011. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat. |
(b) |
Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2010. Il-metadejta għandha tkun skont il-mudell użat għar-rapport ipprovdut mill-Eurostat. |
(c) |
Ir-rapport dwar kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2010 jew, għas-suġġett tal-“infiq u l-investiment tal-ICT”, qabel il-31 ta’ Lulju 2011. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skont il-mudell użat għar-rapport pprovdut mill-Eurostat. |
ANNESS II
MODULU 2: INDIVIDWI, FAMILJI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI
1. IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2010, magħżula mil-lista fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:
— |
aċċess u użu tas-sistemi tal-ICT minn individwi u/jew fid-djar, |
— |
użu tal-internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar, |
— |
sigurtà tal-ICT, |
— |
kompetenza tal-ICT, |
— |
ostakli għall-użu tal-ICT u l-internet. |
(b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:
Aċċess u użu tas-sistemi tal-ICT minn individwi u/jew fid-djar
Karatteristiċi li jridu jinġabru għad-djar kollha:
— |
aċċess għal kompjuter mid-dar, |
— |
aċċess għall-internet mid-dar, sew jekk jintuża sew jekk le. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar b’aċċess għall-internet mid-dar:
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: kompjuter desktop, |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: kompjuter li jista’ jinġarr (laptop), |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: strumenti mobbli oħrajn, |
— |
(mhux obbligatorja) strumenti użati għall-aċċess għall-internet mid-dar: permezz ta’ mowbajl li jista’ jaqbad mal-internet, |
— |
(mhux obbligatorja) strumenti użati għall-aċċess għall-internet mid-dar: kompjuter miżmum bl-idejn, |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: sett tat-TV b’tagħmir speċifiku għall-internet, |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: console għal-logħob, |
— |
strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mhux magħruf, |
— |
tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: modem (aċċess għad-dħul fl-internet fuq il-linja normali tat-telefown) jew ISDN, |
— |
tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL), |
— |
tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: wajer fiss (eż. kejbil, optical fibre, Ethernet, PLC), |
— |
tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: wireless fiss (eż. satellita, WiFi, WiMax), |
— |
tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl wiereless (eż. UMTS), |
— |
(mhux obbligatorja) tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl wireless permezz ta’ handset 3G (eż. UMTS, mowbajl WiMax), |
— |
(mhux obbligatorja) tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl wireless permezz ta’ modem 3G (ċavetta tal-USB, karta tal-laptop), |
— |
tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl fuq in-narrowband (GPRS, eċċ.). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:
— |
l-użu l-aktar reċenti tal-kompjuter fid-dar, fix-xogħol jew f’post ieħor (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża kompjuter). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:
— |
frekwenza medja ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); tal-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar), |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar), |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: x’imkien ieħor (eż. f’librerija pubblika, lukanda, ajruport, internet kafè). |
L-użu tal-internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:
— |
l-aktar użu reċenti tal-internet (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża l-internet). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-internet:
— |
l-aktar attività ta’ kummerċ bl-internet reċenti għal użu privat (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:
— |
frekwenza medja ta’ użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); tal-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar), |
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar, |
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar), |
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim, |
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor, |
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: x’imkien ieħor, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: librerija pubblika, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju tal-posta, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju pubbliku, muniċipju jew aġenzija tal-gvern, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: għaqda tal-komunità jew volontarja, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: internet kafè, |
— |
(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: hotspot (f’lukandi, ajruporti, postijiet pubbliċi eċċ.), |
— |
l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: mowbajl (jew telofown smart), |
— |
l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: mowbajl (jew telofown smart) permezz ta’ GPRS, |
— |
l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: mowbajl (jew telofown smart) permezz tal-UMTS, HSDPA (3G, 3G+), |
— |
l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: kompjuter tal-id (palmtop, PDA), |
— |
l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: kompjuter mobbli (laptop) mhux mid-dar jew mix-xogħol, |
— |
l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: oħrajn, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-e-mails, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal telefonati minn fuq l-internet, telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-internet, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat messaġġi fuq siti taċ-chat, siti ta’ netwerking soċjali, blogs, gruppi ta’ diskussjoni jew forum ta’ diskussjoni onlajn, l-użu tal-ibgħit instantanju ta’ messaġġi, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed isib tagħrif dwar oġġetti u servizzi, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju u/jew jara t-televixin fuq il-web, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella’ kontenut maħluq minnu stess (test, stampi, ritratti, vidjos, mużik, eċċ.) fi kwalunkwe websajt biex jitqassam, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel software (ħlief software tal-logħob), |
— |
l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jilgħab jew iniżżel il-logħob, l-istampi, il-films jew il-mużika, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex xogħol jew jibgħat applikazzjoni għal xogħol, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar is-saħħa, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-użu ta’ servizzi bankarji fuq l-internet, |
— |
(mhux obbligatorja) l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, eż. permezz ta’ irkanti, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar offerti edukattivi, ta’ taħriġ jew ta’ korsijiet, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jagħmel kors onlajn (fi kwalunkwe suġġett), |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikkonsulta l-internet għall-fini ta’ tagħlim, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jaqraw jew iniżżlu aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn:
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti jew rivisti tal-aħbarijiet onlajn li wieħed ikun abbonat għalihom biex jirċivihom regolarment. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
— |
l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi, |
— |
l-użu tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar biex issir imħatra (eż. imħatra fuq sports) jew logħob tal-ażżard jew lottu. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet għal attivitajiet kummerċjali bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna films jew mużika fl-aħħar tnax-il xahar (irid jiġi rraportat separatament: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
— |
użu tal-internet biex wieħed jordna kotba, rivisti jew gazzetti (inklużi kotba elettroniċi) fl-aħħar tnax-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament b’materjal ta’ tagħlim elettroniku: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna materjal ta’ tagħlim elettroniku fl-aħħar tnax-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament mal-kotba, rivisti jew gazzetti: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
— |
użu tal-internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna software għal logħob bil-kompjuter u aġġornamenti f’dawn l-aħħar tnax-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament ma’ software għal kompjuter u aġġornamenti: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna kompjuter software u aġġornamenti f’dawn l-aħħar tnax-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament ma’ software għal logħob bil-kompjuter u aġġornamenti: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna hardware tal-kompjuter fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex jiġu ordnati servizzi ta’ telekomunikazzjoni (eż. TV, abbonament fi broadband, abbonament f’linja fissa jew mowbajl, tqegħid ta’ flus f’kards telefoniċi mħallsa minn qabel), |
— |
l-użu tal-internet għax-xiri ta’ ishma, polzi ta’ assigurazzzjoni u servizzi finanzjarji oħra fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet għal akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna arranġamenti oħra ta’ vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta’ karozza, eċċ.), |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu tal-internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa nazzjonali, |
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn tal-UE, |
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa mill-bqija tad-dinja, |
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar: il-pajjiżi tal-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf. |
Sigurtà fl-ICT
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:
— |
livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: teħid ta’ vajrus jew infezzjoni oħra tal-kompjuter (eż. worm jew trojan horse) li jirriżultaw f’telf ta’ tagħrif jew ħin (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett), |
— |
livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: ittri elettroniċi mhux mitluba (“spam”) li wieħed jirċievi (b’saħħithom, mhux b’saħħithom, mingħajr effett), |
— |
livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: abbuż fuq tagħrif personali mibgħut fuq l-internet u/jew ksur ta’ kunfidenzjalità ta’ affarijiet oħra privati (eż. abbuż fuq ritratti, vidjos, dejta’ personali li tittella’ dwar websajts tal-komunità) (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett), |
— |
livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: telf finanzjarju bħala riżultat ta’ messaġġi qarrieqa li wieħed jirċievi (“phishing”) jew li jiġi ggwidat għal websajts foloz li jistaqsu għal tagħrif personali (“pharming”) (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett), |
— |
livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: telf finanzjarju minħabba użu qarrieq ta’ ħlas bil-kard (kreditu jew debitu) (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett), |
— |
livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: tfal li jidħlu f’websajts mhux xierqa jew li jagħmlu kuntatt ma’ persuni li potenzjalment jagħmlu l-ħsara minn kompjuter ġewwa d-dar (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett), |
— |
problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: teħid ta’ vajrus jew infezzjoni oħra tal-kompjuter (eż. worm jew trojan horse) li jirriżultaw f’telf ta’ tagħrif jew ħin, |
— |
problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: ittri elettroniċi mhux mitluba (“spam”) li wieħed jirċievi, |
— |
problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: abbuż fuq tagħrif personali mibgħut fuq l-internet u/jew ksur ta’ kunfidenzjalità ta’ affarijiet oħra privati (eż. abbuż fuq ritratti, vidjos, dejta’ personali li tittella’ dwar websajts tal-komunità), |
— |
problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: telf finanzjarju bħala riżultat ta’ messaġġi qarrieqa li wieħed jirċievi (“phishing”) jew li jiġi ggwidat għal websajts foloz li jistaqsu għal tagħrif personali (“pharming”), |
— |
problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: telf finanzjarju minħabba użu qarrieq ta’ ħlas (kreditu jew debitu) bil-kard, |
— |
problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: tfal li jidħlu f’websajts mhux xierqa jew li jagħmlu kuntatt ma’ persuni li potenzjalment jagħmlu l-ħsara minn kompjuter ġewwa d-dar, |
— |
tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għall-ordnijiet jew ix-xiri tal-oġġetti jew servizzi għal użu privat permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal twettiq ta’ attivitajiet tal-bank bħall-ġestjoni tal-kontijiet għal għanijiet privati permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal provvediment ta’ tagħrif personali lil komunitajiet onlajn għal netwerking soċjali u professjonali fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għall-komunikazzjoni mas-servizzi pubbliċi jew amministrazzjonijiet għal għanijiet privati permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal tniżżil ta’ software, mużika, fajls ta’ vidjos, logħob jew fajls oħra ta’ dejta mill-internet għal għanijiet privati permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal użu tal-internet b’tagħmir mobbli (eż. laptop) permezz ta’ konnessjoni wireless minn postijiet għajr id-dar fl-aħħar tnax-il xahar, |
— |
l-użu ta’ kwalunkwe tip tas-software jew għodda ta’ sigurtà tal-IT (kontra l-vajrus, kontra l-ispam, firewall eċċ.) sabiex ikunu protetti l-kompjuter u d-dejta privati (iva, le, ma nafx, mhux applikabbli minħabba li l-individwu ma jużax kompjuter), |
— |
il-frekwenza li biha wieħed jagħmel kopji sikuri jew fajls ta’ back-up (dokumenti privati, stampi, eċċ) mill-kompjuter fuq tagħmir estern tal-ħżin, pereżempju, CD, DVD, hard disk estern, tagħmir tal-ħżin tal-USB, jew spazju fuq disk fuq il-provvdituri tal-internet (dejjem jew kważi dejjem; xi kultant; qatt jew kważi qatt; mhux applikabbli għax l-individwu ma jżommx fajls fuq kompjuter). |
Karratteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li użaw l-internet fl-aħħar tnax-il xahar u li użaw kwalunkwe software ta’ sigurtà jew għodda tal-IT biex jipproteġu l-kompjuter u d-dejta privati:
— |
l-użu ta’ programm li jikkontrolla vajrus u/jew programm kontra l-ispyware, |
— |
l-użu ta’ firewall għall-hardware jew għas-software, |
— |
l-użu ta’ filter tal-ittri elettroniċi biex jipprevjeni l-“ispam”, |
— |
l-użu ta’ kontroll tal-ġenituri jew software li jservi ta’ filter għall-web, |
— |
l-użu ta’ software jew għodda ta’ sigurtà tal-IT, |
— |
l-użu ta’ pakkett iżda l-komponenti mhumiex magħrufa, |
— |
isiru aġġornamenti ta’ prodott wieħed jew aktar ta’ sigurtà li qed jintużaw (iva, kull darba se jkun hemm aġġornament ġdid disponibbli, awtomatiku jew manwali; iva, kultant jew meta wieħed jiftakar, le). |
Karratteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li użaw l-internet fl-aħħar tnax-il xahar u li użaw kwalunkwe software ta’ sigurtà jew għodda tal-IT biex jipproteġu l-kompjuter u d-dejta privati iżda mingħajr ma jkun sar aġġornament ta’ prodotti ta’ sigurtà:
— |
Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu jemmen li mhux meħtieġ għax ir-riskju huwa baxx, |
— |
Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu ma jafx kif jagħmel l-aġġornament, |
— |
Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu ma jaħsibx li l-aġġornament ikun effettiv, |
— |
Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu jemmen li l-aġġornament hu għoli wisq, |
— |
Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: oħra. |
Kompetenza fl-ICT
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:
— |
(mhux obbligatorja)l-aktar kors ta’ taħriġ reċenti ta’ mill-inqas tliet sigħat dwar kwalunkwe aspett tal-użu tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; bejn sena u tliet snin ilu; aktar minn tliet snin ilu; qatt ma ħa kors), |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw l-internet:
— |
ħiliet fl-internet fl-użu ta’ magni ta’ tiftix biex jinstab it-tagħrif, |
— |
ħiliet fl-internet biex wieħed jibgħat e-mails b’fajls mehmuża magħhom, |
— |
ħiliet fl-internet fl-ippustjar ta’ messaġġi lil chat rooms, gruppi ta’ diskussjoni jew forums ta’ diskussjoni onlajn, |
— |
ħiliet fl-internet biex wieħed juża l-internet biex jagħmel telefonati, |
— |
ħiliet fl-internet għall-użu ta’ qsim ta’ fajl minn persuna magħrufa għall-oħra għall-iskambju ta’ films, mużika, eċċ. |
— |
ħiliet fl-internet għall-ħolqien ta’ paġna web. |
Ostakli għall-użu tal-ICT u l-internet
Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar mingħajr aċċess għall-internet mid-dar:
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: aċċess għall-internet minn x’imkien ieħor, |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: ma jridux l-internet (minħabba l-kontenut dannuż, eċċ.), |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.), |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq, |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, eċċ.), |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: nuqqas ta’ ħiliet, |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: tħassib dwar sigurtà jew privatezza, |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: diżabilità fiżika, |
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn. |
2. KOPERTURA
(a) |
L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom tal-anqas membru wieħed fil-grupp b’età bejn 16 u 74. |
(b) |
L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness jikkonċernaw individwi li huma individwi b’età bejn 16 u 74. |
(c) |
L-ambitu ġeografiku irid ikopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru. |
3. PERJODU TA’ REFERENZA
Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-istatistika li trid tinġabar huwa l-ewwel kwart tal-2010.
4. TQASSIM
(a) |
Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
|
(b) |
Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mal-individwi, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
|
5. PERJODIĊITÀ
— |
Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2010. |
6. SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI
(a) |
Id-dejta aggregata imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2010. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat. |
(b) |
Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2010. Il-metadejta għandha tkun skont il-mudell użat għar-rapport ipprovdut mill-Eurostat. |
(c) |
Ir-rapport dwar kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2010. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skont il-mudell użat għar-rapport pprovdut mill-Eurostat. |