EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1022

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2009 tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006 u (KE) Nru 377/2008 fir-rigward tal-Klassifika Standard Internazzjonali tal-Mestieri (ISCO) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 283, 30.10.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1022/oj

30.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1022/2009

tad-29 ta’ Ottubru 2009

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006 u (KE) Nru 377/2008 fir-rigward tal-Klassifika Standard Internazzjonali tal-Mestieri (ISCO)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (2), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/98 ġie implimentat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ dejta mill-2009 ‘l quddiem, u l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti (perjodi ta’ tliet xhur) ta’ referenza (3). Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 ġie implimentat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1738/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1916/2000 li jirrigwarda d-definizzjoni u t-trażmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qligħ (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006 tal-5 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ (5).

(2)

L-Annessi ma’ dawk ir-Regolamenti implimentattivi jirreferu għall-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Mestieri, “ISCO-88” jew il-verżjoni Ewropea ta’ din il-klassifikazzjoni minn hawn ‘il quddiem imsemmija “ISCO-88(COM)”.

(3)

L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) irrevediet il-verżjoni tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Mestieri li ntużat sa issa (ISCO-88) bil-għan li tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi klassifikazzjoni iżjed effettiva li tkun tista’ tintuża mill-pajjiżi fl-eżerċizzju ta’ ċensimenti tal-popolazzjoni li jmiss, kif ukoll mis-servizzi nazzjonali tal-impjiegi u għal applikazzjonijiet oħra li huma orjentati lejn il-klijenti. Sabiex tkun żgurata l-komparabilità bejn id-dejta dwar il-mestieri fl-Istati Membri tal-UE u fil-bqija tad-dinja, jeħtieġ li tintuża din il-klassifikazzjoni riveduta (ISCO-08) fl-istħarriġiet ewlenin tas-Sistema Statistika Ewropea li jiġbru d-dejta dwar il-mestieri qabel l-eżerċizzju taċ-ċensiment tal-popolazzjoni li jmiss fl-2011.

(4)

Minħabba t-twaqqif ta’ Klassifikazzjoni Standard tal-Mestieri riveduta, jeħtieġ li r-referenzi għall-ISCO-88 u l-verżjoni Ewropea tagħha, l-ISCO-88 (COM) għandhom ikunu mmodifikati. Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006 u (KE) Nru 377/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Ta’ min jirrikkmanda li, kemm jista’ jkun, l-ewwel sena ta’ referenza għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ISCO-08 tkun l-istess waħda fl-oqsma statistiċi kkonċernati kollha, b’ konformità mal-eżerċizzju ta’ ċensiment li jmiss, li se jkollu l-2011 bħala sena ta’ referenza. Huwa għalhekk irrikkmandat li s-sena 2011 tkun użata bħala l-ewwel sena ta’ referenza għat-trażmissjoni tad-dejta dwar il-mestieri skont l-ISCO-08 bl-eċċezzjoni tal-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ, li jsir kull erba’ snin u għalhekk juża l-2010.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 1738/2005 it-terminu “ISCO-88 (COM)” jinbidel b’ “ISCO-08” tul it-testi tal-Annessi I, II u III.

Artikolu 2

Fir-Regolament (KE) Nru 698/2006 it-terminu “ISCO-88” jinbidel b’ “ISCO-08” tul it-test tal-Anness.

Artikolu 3

Fir-Regolament (KE) Nru 377/2008 it-terminu “ISCO-88 (COM)” jinbidel b’ “ISCO-08” tul it-test tal-Anness.

Artikolu 4

Dħul fis seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010. L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  ĠU L 63, 12.3.1999, p. 6.

(3)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.

(4)  ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32.

(5)  ĠU L 121, 6.5.2006, p. 30.


Top