EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0992

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 992/2009 tat- 22 ta’ Ottubru 2009 li jemenda l-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

ĠU L 278, 23.10.2009, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1307

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/992/oj

23.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 992/2009

tat-22 ta’ Ottubru 2009

li jemenda l-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2)(b) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti li ma jistgħux jinqabżu mill-ammonti totali tal-pagamenti diretti, netti wara l-modulazzjoni, li jistgħu jingħataw matul sena kalendarja fl-Istat Membru msemmi.

(2)

Il-Ġermanja u l-Iżvezja ddeċidew, skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li jqiegħdu għad-dispożizzjoni ammont li għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament, mis-sena finanzjarja 2011, għall-appoġġ Komunitarju fil-kuntest tal-ipprogrammar u l-iffinanzjar tal-iżvilupp rurali, f’isem il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). B’konsegwenza ta’ dan, skont l-Artikolu 8(2)(d) tal-istess Regolament, jeħtieġ li jitnaqqsu, għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012, il-limiti nazzjonali għall-Ġermanja u għall-Iżvejza, stipulati fl-Anness IV għall-istess Regolament, bl-ammonti mogħtija b’appoġġ għall-iżvilupp rurali.

(3)

Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni li, minħabba diffikultajiet imprevisti fis-settur agrikolu kkaġunati mill-kriżi ekonomika attwali, li laqtet ħażin il-qagħda ekonomika tal-agrikulturi, iddeċieda li ma japplikax il-modulazzjoni fakultattiva għas-sena kalendarja 2009. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jeħtieġ li jiżdied, għas-sena 2009, il-limitu nazzjonali għall-Portugall stipulat fl-Anness IV għar-Regolament imsemmi, bl-ammont nett li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugal matul is-sena 2009, stipulat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE (2) kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/505/KE (3).

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Tabella fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 hija emendata kif ġej:

(1)

ir-ringiela li tikkonċerna l-Ġermanja għandha tinbidel b’li ġej:

(f’miljuni ta’ Eur)

Sena kalendarja

2009

2010

2011

2012

“Il-Ġermanja

5 524,8

5 402,6

5 357,1

5 329,6 ”

(2)

ir-ringiela li tikkonċerna l-Iżvezja għandha tinbidel b’li ġej:

(f’miljuni ta’ Eur)

Sena kalendarja

2009

2010

2011

2012

“L-Iżvezja

733,1

717,5

712,1

708,5 ”

(3)

ir-ringiela li tikkonċerna l-Portugall għandha tinbidel b’li ġej:

(f’miljuni ta’ Eur)

Sena kalendarja

2009

2010

2011

2012

“Il-Portugall

590,5

545,0

545,0

545,0 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 271, 11.10.2008, p. 44.

(3)  ĠU L 171, 1.7.2009, p. 46.


Top