EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0989

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009 tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja

ĠU L 278, 23.10.2009, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/989/oj

23.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 989/2009

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 paragrafu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA PREĊEDENTI

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 658/2002 (2) il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 li joriġinaw mir-Russja. Abbażi ta’ talba mill-industrija Komunitarja sussegwentement twettqet analiżi interim dwar l-ambitu tal-prodott u, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 (3), ġew imposti dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż (“AN”), li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 u li joriġinaw mir-Russja.

(2)

Wara talba għal analiżi dwar l-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 661/2008 (4), ikkonferma d-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja.

B.   IL-PROĊEDIMENT QUDDIEM IL-QORTI TA’ PRIMA ISTANZA

(3)

Nhar l-14 ta’ Settembru 2005, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat, kumpanija inkorporata skont il-liġi Russa, ressqet applikazzjoni fir-Reġistru tal-Qorti għall-annullament tar-Regolament (KE) Nru 945/2005.

(4)

Nhar l-10 ta’ Settembru 2008, fil-każ T-348/05, kif interpretat fis-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2009 fil-każ T-348/05 INTP, il-Qorti ta’ Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 f’dak li jirrigwarda lil JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat.

C.   EMENDA TAL-MIŻURI

(5)

In vista tas-sejbiet imsemmija hawn fuq, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, għajr dawk li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 manifatturati u esportati minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat għandhom jiġu abbrogati b’effett b’lura mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 661/2008.

(6)

Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandha tintalab mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2008 għandu jiġi renumerat (c).

2.   Dan li ġej għandu jiġi inserit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2008 wara s-subparagrafu (a)

“(b)

Fil-każ ta’ oġġetti prodotti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (kodiċi addizzjonali TARIC A959):

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont fiss ta’ dazju (EUR għal kull tunnellata)

Nitrat tal-ammonju għajr għal f-soluzzjonijiet tal-ilma

3102 30 90

47,07

Taħlit tan-nitrat tal-ammonju ma’ karbonat tal-kalċju jew sustanzi inorganiċi oħra mhux fertilizzanti, b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-28 % fil-piż

3102 40 90

47,07

Għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(1) prodotti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat u li mhumiex imsemmija fit-tabella ta’ hawn fuq, m’għandu japplika l-ebda dazju antidumping.”

Artikolu 2

Id-dazji antidumping definittivi imħallsa fuq l-importazzjonijiet minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat fil-Komunità Ewropea fuq il-prodott ikkonċernat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imposti fuq l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90, għandhom jitħallsu lura jew jiġu rimessi. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandhom jintalbu lill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mit-13 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 185, 12.7.2008, p. 1.


Top