EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0985

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 985/2009 tal- 21 ta’ Ottubru 2009 id-dħul ta’ isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Hajdúsági torma (DPO))

ĠU L 277, 22.10.2009, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/985/oj

22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 985/2009

tal-21 ta’ Ottubru 2009

id-dħul ta’ isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Hajdúsági torma (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ungerija biex tirreġistra l-isem “Hajdúsági torma” ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Minħabba li l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 ma waslet għand il-Kummissjoni, l-isem għandu jidħol fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament qiegħed hawnhekk jiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 39, 18.2.2009, p. 32.


ANNESS

Prodotti agrikoli intenzjonati għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski u pproċessati

L-UNGERIJA

Hajdúsági torma [PDO]


Top