This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0971
Commission Regulation (EC) No 971/2009 of 16 October 2009 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of October 2009 under tariff quotas opened by Regulation (EC) No 616/2007 for poultry meat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2009 tas- 16 ta’ Ottubru 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2009 tas- 16 ta’ Ottubru 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
ĠU L 273, 17.10.2009, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2009
tas-16 ta’ Ottubru 2009
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Ottubru 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2010 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2010 huma assenjati skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu 1.1.2010-31.3.2010 (%) |
1 |
09.4211 |
0,391598 |
5 |
09.4215 |
9,859228 |
7 |
09.4217 |
86,483977 |