EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0944

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 944/2009 tat- 8 ta’ Ottubru 2009 li jiffissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-3 stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 733/2009

ĠU L 265, 9.10.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/944/oj

9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 944/2009

tat-8 ta’ Ottubru 2009

li jiffissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-3 stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 733/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 733/2009 (2) fetaħ ix-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti għall-perijodu li jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (3).

(2)

Skont l-offerti li saru b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa’ l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 214/2001.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b’risposta għall-3 stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-3 stedina individwali għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 733/2009 li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fis-6 ta’ Ottubru 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 167,90/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 208, 12.8.2009, p. 5.

(3)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100.


Top