Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0889

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u jistabbilixxi, għas-sena 2009, limiti baġitarji għall-implimentazzjoni parzjali jew fakultattiva tal-iskema ta’ pagament uniku, previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, il-pakketti finanzjarji annwali tal-iskema tal-pagament uniku u l-limiti baġitarji applikabbli għall-pagament tranżitorju tal-frott u l-ħaxix u għall-appoġġ speċifiku, previsti mir-Regolament (KE) Nru 73/2009

    ĠU L 254, 26.9.2009, p. 73–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32009R0073

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/889/oj

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 254/73


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 889/2009

    tal-25 ta’ Settembru 2009

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u jistabbilixxi, għas-sena 2009, limiti baġitarji għall-implimentazzjoni parzjali jew fakultattiva tal-iskema ta’ pagament uniku, previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, il-pakketti finanzjarji annwali tal-iskema tal-pagament uniku u l-limiti baġitarji applikabbli għall-pagament tranżitorju tal-frott u l-ħaxix u għall-appoġġ speċifiku, previsti mir-Regolament (KE) Nru 73/2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment l-Artikolu 64(2) u 70(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 69(3), l-Artikolu 87(3), l-Artikolu 123(1) u t-tieni subparagrafu (1) tal-Artikolu 128 u t-tieni subparagrafu (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti li ma jistgħux jinqabżu mill-ammonti totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw matul sena kalendarja fl-Istat Membru msemmi.

    (2)

    Minħabba t-tnaqqis fil-kwota taz-zokkor tagħha, Spanja ħarġet applikazzjoni fl-2009 tal-iskema tal-għajnuna għall-produtturi tal-pitravi u l-kannamieli previsti fit-taqsima 7 tal-Kapitlu 1 tat-titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Konsegwentement hemm bżonn li jiġu riveduti l-limiti stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament imsemmi għal Spanja.

    (3)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 146(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiġi mħassar mill-1 ta’ Jannar 2009. Madankollu, uħud minn dawn id-dispożizzjonijiet jibqgħu japplikaw għas-sena 2009.

    (4)

    Għall-Istat Membru li jimplimenta l-Iskema ta’ Pagament Uniku stabbilita f’Titlu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2009, il-limiti baġitarji għal kull pagament, imsemmija f’Artikoli 66 sa 69 ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu ffissati għall-2009 bil-kundizzjonijiet stipulati f’Sezzjoni 2 ta’ Kapitlu 5 ta’ Titlu III ta’ dak ir-Regolament.

    (5)

    Għall-Istati Membri li fl-2009 jużaw l-għażla stabbilita fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-limiti baġitarji li japplikaw għall-pagamenti diretti esklużi mill-iskema ta’ pagament uniku għandhom ikunu ffissati għall-2009.

    (6)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-limiti tal-baġit tal-iskema tal-pagament uniku għall-2009 li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-limiti stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 66 sa 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, limiti riveduti fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    Għandhom jiġu ffissati l-pakketti finanzjarji annwali għall-2009 skont l-Artikolu 123(1), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2009 jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona previst fit-2 Kapitlu tat-Titolu V tar-Regolament imsemmi.

    (8)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi ppubblikat l-ammont massimu tal-fondi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona għall-għotja ta’ pagament separat għaz-zokkor fl-2009 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbilit abbażi tan-notifika tagħhom.

    (9)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi ppubblikat l-ammont massimu tal-fondi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona għall-għotja ta’ pagament separat għall-frott u l-ħxejjex fl-2009 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbilit abbażi tan-notifika tagħhom.

    (10)

    Għall-2009 għandhom jiġu stipulati l-limiti tal-baġit applikabbli għall-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħxejjex, skont l-Artikolu 128(1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona, stabbiliti fuq il-bażi tan-notifika tagħhom.

    (11)

    Għall-2009 huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti baġitarji applikabbli għall-appoġġ speċifiku pprovdut fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, f’konformità mal-Artikolu 69(3) ta’ dan ir-Regolament għall-Istati Membri li jagħtu dan l-appoġġ abbażi tal-Artikolu 72(4) tar-Regolament imsemmi, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

    (12)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 73/2009 jiġi emendat.

    (13)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti li jikkonċernaw lil Spanja għall-2009 u għas-snin ta’ wara huma sostitwiti mill-ammonti li ġejjin:

    “2009

    :

    5 043,7

    2010

    :

    5 038,4

    2011

    :

    5 021,0

    2012

    :

    5 032,8”

    Artikolu 2

    1.   Il-limiti baġitarji għall-2009 imsemmija fl-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Il-limiti baġitarji għall-2009 imsemmija fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Il-limiti baġitarji għall-Iskema ta’ Pagament Uniku msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2009 huma stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    4.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2009 msemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    5.   L-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, tal-Polonja, tar-Rumanija u tas-Slovakkja, għall-għotja ta’ pagament separat għaz-zokkor imsemmi fl-Artikolu 126(1), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fl-2009 huma stipulati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

    6.   L-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Ungerija, tal-Polonja u tas-Slovakkja, għall-għotja ta’ pagament separat għall-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 127(1), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fl-2009, huma stipulati fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

    7.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2009 msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

    8.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2009 msemmija fl-Artikolu 69(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


    ANNESS I

    LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI JINGĦATAW SKONT ID-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ARTIKOLI 66 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

    Sena kalendarja 2009

    (f'eluf ta' EUR)

     

    BE

    DK

    DE

    EL

    ES

    FR

    IT

    NL

    AT

    PT

    SI

    FI

    SE

    UK

    Pagamenti għaż-żona tal-uċuħ tar-raba’ li jinħartu

     

     

     

     

    372 670

    1 154 046

     

     

     

     

     

     

     

     

    Pagament supplimentari għall-qamħ durum

     

     

     

     

    42 025

    14 820

     

     

     

     

     

     

     

     

    Primjum għall-baqar li jreddgħu

    77 565

     

     

     

    261 153

    734 416

     

     

    70 578

    78 695

     

     

     

     

    Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

    19 389

     

     

     

    26 000

     

     

     

    99

    9 462

     

     

     

     

    Primjum speċjali għaċ-ċanga

     

    33 085

     

     

     

     

     

     

     

     

    7 557

    24 420

    37 446

     

    Primjum għall-qtil tal-annimali adulti

     

     

     

     

    47 175

    101 248

     

    62 200

    17 348

    8 657

     

     

     

     

    Primjum għall-qtil tal-għoġġiela

    6 384

     

     

     

    560

    79 472

     

    40 300

    5 085

    946

     

     

     

     

    Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

    855

     

     

    183 499

     

     

     

     

    21 892

    519

    600

     

     

    Primjum għan-nagħaġ

     

     

     

     

     

    66 455

     

     

     

     

     

     

     

     

    Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

     

     

     

    55 795

     

     

     

     

    7 184

    178

    200

     

     

    Primjum supplimentari għan-nagħaġ

     

     

     

     

     

    19 572

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għajnuna għaż-żona tal-ħobs

     

     

    2 277

     

     

    98

     

     

    27

     

    149

     

     

     

    Tadam – Artikolu 68b, paragrafu 1

     

     

     

    10 720

    28 117

    4 017

    91 984

     

     

    16 667

     

     

     

     

    Frott u ħxejjex minn barra t-tadam – Artikolu 68b, paragrafu 2

     

     

     

    17 920

    93 733

    43 152

    9 700

     

     

     

     

     

     

     

    Artikolu 69, is-setturi kollha

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    3 434

     

    Artikolu 69, l-uċuħ tar-raba'

     

     

     

    47 323

     

     

    141 712

     

     

    1 878

     

    5 840

     

     

    Artikolu 69, ross

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    150

     

     

     

     

    Artikolu 69, Laħam taċ-ċanga u tal-vitella

     

     

     

    8 810

    54 966

     

    28 674

     

     

    1 681

    4 455

    10 118

     

    29 800

    Artikolu 69, Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

     

     

     

    12 615

     

     

    8 665

     

     

    616

     

     

     

     

    Artikolu 69, qoton

     

     

     

     

    13 432

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Artikolu 69, żejt taż-żebbuġa

     

     

     

    22 196

     

     

     

     

     

    5 658

     

     

     

     

    Artikolu 69, tabakk

     

     

     

    7 578

    2 353

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Artikolu 69, zokkor

     

     

     

    2 938

    19 743

     

    10 880

     

     

    1 256

     

     

     

     

    Artikolu 69, prodotti tal-ħalib

     

     

     

     

    19 763

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    ANNESS II

    LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKONT ID-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003 U TAL-ARTIKOLU 87 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2009

    (f'eluf ta' EUR)

     

    Il-Belġju

    Il-Greċja

    Spanja

    Franza

    L-Italja

    L-Olanda

    Il-Portugall

    Il-Finlandja

    Artikolu 87 tar-Regolament 73/2009

    Għajnuna għaż-żrieragħ

    1 397

    1 400

    10 347

    2 310

    13 321

    726

    272

    1 150

    Il-punt b), paragrafu 1 tal-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru1782/2003

    Pagamenti għall-uċuħ tar-raba’ li jinħartu

     

     

    23

     

     

     

     

     

    Għajnuna għal-legumi taż-żerriegħa

     

     

    1

     

     

     

     

     

    Għajnuna speċifika għar-ross

     

     

     

    3 053

     

     

     

     

    Għajnuna għat-tabakk

     

     

     

     

     

     

    166

     

    Primjums għall-prodotti tal-ħalib

     

     

     

     

     

     

    12 608

     

    Pagamenti addizzjonali għall-produtturi tal-ħalib

     

     

     

     

     

     

    6 254

     


    ANNESS III

    LIMITI BAĠITARJI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

    Sena kalendarja 2009

    Stat Membru

    (f'eluf ta' EUR)

    Il-Belġju

    509 444

    Id-Danimarka

    996 538

    Il-Ġermanja

    5 767 977

    L-Irlanda

    1 335 268

    Il-Greċja

    2 249 213

    Spanja

    3 626 688

    Franza

    6 184 896

    L-Italja

    3 838 239

    Il-Lussemburgu

    37 518

    Malta

    3 752

    L-Olanda

    749 864

    L-Awstrija

    652 424

    Il-Portugall

    434 709

    Is-Slovenja

    75 084

    Il-Finlandja

    524 473

    L-Iżvezja

    722 202

    Ir-Renju Unit

    3 956 095


    ANNESS IV

    PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU GĦAŻ-ŻONA

    Sena kalendarja 2009

    Stat Membru

    f’eluf ta’ EUR

    Il-Bulgarija

    289 797

    Ir-Repubblika Ċeka

    517 895

    L-Estonja

    60 655

    Ċipru

    29 482

    Il-Latvja

    83 723

    Il-Litwanja

    221 622

    L-Ungerija

    768 875

    Il-Polonja

    1 718 551

    Ir-Rumanija

    619 883

    Is-Slovakkja

    227 613


    ANNESS V

    AMMONTI MASSIMI TA' FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TA' PAGAMENT SEPARAT GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 126 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2009

    Stat Membru

    f'eluf ta' EUR

    Ir-Repubblika Ċeka

    44 245

    Il-Latvja

    6 616

    Il-Litwanja

    10 260

    L-Ungerija

    41 010

    Il-Polonja

    159 392

    Ir-Rumanija

    3 536

    Is-Slovakkja

    17 712


    ANNESS VI

    AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TA’ PAGAMENT SEPARAT GĦALL-FROTT U L-ĦXEJJEX IMSEMMI FL-ARTIKOLU 127 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2009

    Stat Membru

    f’eluf ta’ EUR

    Ir-Repubblika Ċeka

    414

    L-Ungerija

    4 756

    Il-Polonja

    6 715

    Is-Slovakkja

    516


    ANNESS VII

    LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI TRANŻITORJI FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 128 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2009

    (F’eluf ta’ EUR)

    Stat Membru

    Ċipru

    Ir-Rumanija

    Is-Slovakkja

    Tadam – Artikolu 128, paragrafu 1

     

    869

    509

    Frott u ħxejjex minbarra t-tadam – Artikolu 128, paragrafu 2

    4 478

     

     


    ANNESS VIII

    LIMITI BAĠITARJI GĦALL-APPOĠĠ SPEĊIFIKU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 69, PARAGRAFU 3, TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Sena kalendarja 2009

    Stat Membru

    f'eluf ta' EUR

    L-Irlanda

    7 000


    Top