Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0852

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 852/2009 tas- 17 ta’ Settembru 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

ĠU L 246, 18.9.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/852/oj

18.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 852/2009

tas-17 ta’ Settembru 2009

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-15 ta’ Settembru 2009.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-15 ta’ Settembru 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi hu ffissat EUR 25,80/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


Top