Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0777

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2009 tas- 26 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 575/2009 li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

    ĠU L 224, 27.8.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/777/oj

    27.8.2009   

    MT

    Il-Ġur nal Uff iċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 224/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 777/2009

    tas-26 ta’ Awwissu 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 575/2009 li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul sena ta’ kummerċjalizazzjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skont il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008 li jistipula l-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ‘l barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009 (3) ffissal-limitu kwantitattiv għal 650 000 tunnellata.

    (3)

    Il-kwantitajiet taz-zokkor koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni qabżu dak il-limitu kwantitattiv. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2009 (4) ssospenda t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ‘il barra mill-kwota għall-perjodu mis-6 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Settembru 2009.

    (4)

    Bl-emenda tar-Regolament (KE) Nru 924/2008, introdotta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2009 (5), il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota fir-rigward tas-sena tas-suq 2008/2009 żdied bi 300 000 tunnellata.

    (5)

    Hekk kif jiżdied il-limitu kwantittativ fir-rigward tas-sena tas-suq 2008/2009, it-tressiq tal-applikazzjonijiet għandu jerġa’ jkun possibbli.

    (6)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 575/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 575/2009, il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (3)  ĠU L 252, 20.9.2008, p. 7.

    (4)  ĠU L 172, 2.7.2009, p. 9.

    (5)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top